Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0902

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 196, 28.7.2007, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/902/oj

    28.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 196/33


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 902/2007

    tas-27 ta’ Lulju 2007

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija.

    (3)

    Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda.

    (4)

    Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal- merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2)

    (5)

    Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.

    Artikolu 2

    Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Danuta HÜBNER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1)

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

    Klassifikazzjoni(

    (Kodiċi-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Rjus sħaħ tat-tewm (Allium sativum) b'temperatura ta' bejn 0 °C u – 5 °C iżda mhux kompletament iffriżati.

    0703 20 00

    Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 0703 u 0703 20 00 .

    Il-prodott huwa eskluż minn titlu 0710 peress li mhuwiex “iffriżat” skond it-tifsira ta’ Kapitlu 7 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitlu 7, Ġenerali, tielet paragrafu).

    Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0703 bħala tewm imkessaħ.


    Top