Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0898

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV

    ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/898/oj

    28.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 196/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2007

    tas-27 ta’ Lulju 2007

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu;

    Billi:

    (1)

    Limiti preliminari għall-qbid għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV huma stipulati fl-Annessi IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007.

    (2)

    Skond l-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-limiti tal-qbid fid-dawl ta’ l-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel nofs ta’ l-2007.

    (3)

    Fid-dawl ta’ l-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel nofs ta’ l-2007, il-limiti tal-qbid għal-laċċa kaħla fiż-żoni konċernati għandhom jiġu aġġustati.

    (4)

    L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-laċċa kaħla hija speċi b'ħajja qasira, u għalhekk il-limiti tal-qbid għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat dewmien li jista' jwassal għal sajd żejjed ta’ l-istokk.

    (6)

    Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joe BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 754/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 26).


    ANNESS

    L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat kif ġej:

    L-entrata dwar l-istokk tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV għandha tinbidel b'li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Laċċa kaħla

    Sprattus sprattus

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

    SPR/2AC4-C

    Il-Belġju

    1 917

    TAC Prekawzjonali
    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

    Id-Danimarka

    151 705

    Il-Ġermanja

    1 917

    Franza

    1 917

    L-Olanda

    1 917

    L-Iżvezja

    1 330  (1)

    Ir-Renju Unit

    6 325

    KE

    167 028

    In-Norveġja

    18 812  (2)

    Il-Gżejjer Faroe

    9 160  (3)  (4)  (5)

    TAC

    195 000


    (1)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

    (2)  Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona ICES IV.

    (3)  Din il-kwantità tista' tiġi mistada fiż-żoni ta' l-ICES IV u VIa fit-Tramuntana ta' 56 30′ N. Kwalunkwe qabdiet inċidentali ta' stokkafixx għandhom jinqatgħu mill-kwota għall-istokkafixx stabbilita għaż-żoni ta' l-ICES VIa, VIb u VII.

    (4)  Jistgħu jinqabdu 1 832 tunnelata bħala aringi fis-sajd bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32 mm. Jekk il-kwota ta' 1 832 tunnelata ta' aringi tiġi eżawrita, is-sajd kollu bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32 mm huwa pprojbit.

    (5)  Qabdiet li jsiru fis-sajd ta' monitoraġġ, li jikkorispondu għal 2 % ta' l-isforz u sa massimu ta' 2 500 tunnellata jistgħu jkunu ċiċċirell.’


    Top