Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0894

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/2007 tat- 23 ta’ Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea

ĠU L 205, 7.8.2007, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/894/oj

Related international agreement
Related international agreement

7.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 205/35


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 894/2007

tat-23 ta’ Lulju 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jagħti lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe.

(2)

Huwa fl-interess tal-Komunità li dan il-Ftehim jiġi approvat.

(3)

Jeħtieġ li jiġi definit il-metodu għat-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll għall-Ftehim huma mqassma bejn l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija ta’ sajd

Tip ta’ bastiment

Stat Membru

Liċenzji jew kwota

Sajd għat-tonn

Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun

Spanja

13

Franza

12

Sajd għat-tonn

Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ

Spanja

13

Il-Portugall

5

Jekk it-talbiet għal liċenzji ta’ dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu taħt il-qafas tal-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet, minn kull stokk, maqbuda fiż-żoni tas-sajd ta’ São Tomé, skond it-termini previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid mid-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa sabiex jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)   ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


FTEHIM TA’ SĦUBIJA FIS-SETTUR TAS-SAJD

bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea

IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA ta’ SÃO TOMÉ E PRÍNCIPE

minn hawn ‘il quddiem “São Tomé e Príncipe”,

u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”,

minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ koperazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u São Tomé e Príncipe, speċjalment fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom li jsaħħu din ir-relazzjoni;

FILWAQT LI JQISU x-xewqa taż-żewġ Partijiet li jippromwovu l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd permezz tal-koperazzjoni;

FID-DAWL tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar;

DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku, minn issa ‘l quddiem “ICCAT”;

KONXJI ta’ l-importanza tal-prinċipji stabbiliti permezz tal-Kodiċi ta’ Mġiba dwar sajd responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;

DETERMINATI li jikkoperaw, fl-interess reċiproku tagħhom, għall-istabbiliment ta’ sajd responsabbli sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

KONVINTI li din il-koperazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-komplementarjetà ta’ l-inizjattivi u l-azzjonijiet imwettqa, kemm b’mod konġunt kif ukoll minn kull waħda mill-Partijiet, sabiex jiżguraw il-koerenza tal-politika u s-sinerġija ta’ l-isforzi;

DEĊIŻI li, għal dawk il-finijiet, jibdew djalogu dwar il-politika settorali tas-sajd adottata mill-gvern ta’ São Tomé e Príncipe, sabiex jiġu identifikati l-mezzi addattati sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din il-politika kif ukoll l-involviment, fil-proċess, ta’ l-operaturi ekonomiċi u tas-socjetà ċivili,

ĦERQANA sabiex jistabbilixxu regoli dettaljati u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Komunità fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe, kif ukoll dawk dwar l-appoġġ mogħti mill-Komunità għall-istabbiliment ta’ sajd responsabbli f’dawn l-istess ilmijiet;

RIŻOLTI sabiex jikkoperaw ekonomikament aktar mill-qrib fil-qasam ta’ l-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet marbuta magħha, permezz tat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ impriżi konġunti li jinvolvu kumpanniji miż-żewġ Partijiet;

FTIEHMU DWAR DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:

Il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd, bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd f’São Tomé e Príncipe;

il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità, għaż-żoni tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe;

il-koperazzjoni dwar metodi ta’ kontroll tas-sajd fiż-żoni tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe sabiex jiġu żgurati l-osservanza tal-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat;

sħubijiet bejn kumpanniji bil-għan li, fl-interess komuni, jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u fl-attivitajiet marbuta miegħu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-espressjonjiet li ġejjin huma definiti kif ġej:

(a)

“awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe”, il-gvern ta’ São Tomé e Príncipe

(b)

“awtoritajiet Komunitarji”, il-Kummissjoni Ewropea;

(c)

“żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe”, l-ilmijiet li, għall-finijiet ta’ sajd, jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ São Tomé e Príncipe;

(d)

“bastiment tas-sajd”, kwalunkwe bastiment mgħammar bil-ħsieb ta’ l-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;

(e)

“bastiment tal-Komunità”, bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità u rreġistrat fil-Komunità;

(f)

“kumitat konġunt” kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta’ São Tomé e Príncipe kif speċifikat fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim;

(g)

“trasbord”, it-trasferiment fil-port jew fil-baħar tal-qabda kollha ta’ bastiment, jew ta’ parti minnha, għal bastiment ieħor;

(h)

“ċirkostanzi mhux normali”, ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali, li jaħarbu l-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet, b’tali mod li jtellfu l-eżerċizzju ta’ l-attività tas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe;

(i)

“baħri ta’ l-ACP”, kwalunkwe baħri ċittadin ta’ pajjiż mhux Ewropew firmatarju tal-Ftehim ta’ Cotonou. Bħala tali, baħri minn São Tomé e Príncipe huwa baħri ta’ l-ACP.

(j)

“qabdiet supplimentari”, il-kwantità kollha ta’ l-ispeċi maqbuda li mhumiex elenkati fl-Anness 1 mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982.

Artikolu 3

Prinċipji u għanijiet fundamentali li jispiraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe imsejjes fuq il-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet, mingħajr ħsara għall-arranġamenti milħuqa bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-istess reġjun ġeografiku, inklużi l-arranġamenti reċiproċi dwar is-sajd.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jimplimentaw politika settorali tas-sajd adottata mill-gvern ta’ São Tomé e Príncipe, u għal dan il-għan għandhom jagħtu bidu għal djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Għandhom jikkonsultaw bejniethom bil-għan ta’ l-adozzjoni ta’ miżuri eventwali f’dan il-qasam.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll sabiex jagħmlu evalwazzjonijiet ex-ante, waqt il-proċess, u ex-post, kemm flimkien kif ukoll unilateralment, tal-miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

4.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond il-prinċipji tat-treġija ekonomika u soċali tajba, u b’rispett għall-qagħda tar-riżorsi tas-sajd.

5.   B’mod partikolari, l-impjieg tal-baħrin ta’ l-ACP fuq il-bastimenti tal-Komunità huwa rregolat mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol li japplikaw fl-intier tagħhom fil-qafas tal-kuntratti konċernati u l-kondizzjonijiet ġenerali tax-xogħol. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-libertà ta’ l-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta’ xogħol u professjoni.

Artikolu 4

Kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku

1.   Sakemm jibqa’ fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe ser jagħmlu minn kollox sabiex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi taż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe;

2.   Iż-żewġ Partijiet, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-reżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni dwar is-Sajd tat-Tonn fl-Oċean Indjan (ICCAT) u fid-dawl ta’ l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, għandhom jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sabiex, jekk ikun il-każ, wara laqgħa xjentifika u bi qbil komuni, jadottaw miżuri bil-għan tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità.

3.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsultaw bejniethom, kemm direttament, inkluż fuq il-livell tas-subreġjun fil-qafas tal-COREP (Il-Kumitat Reġjonali għas-Sajd fil-Golf tal-Guinea), kif ukoll fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, sabiex jiżguraw il-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi fl-Atlantiku u sabiex jikkoperaw fir-riċerka xjentifika relevanti.

Artikolu 5

L-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe

1.   São Tomé e Príncipe jintrabtu li jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Komunità jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tagħhom skond dan il-Ftehim, inklużi l-Protokoll u l-Anness.

2.   L-attivitajiet tas-sajd imsemmija f’dan il-Ftehim huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti fis-seħħ f’São Tomé e Príncipe. L-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jinnotifikaw lill-Komunità b’kull tibdil li jsir fil-leġiżlazzjoni msemmija.

3.   São Tomé e Príncipe jintrabtu li jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet li jolqtu l-kontroll tas-sajd previst fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli.

4.   Il-Komunita' tintrabat li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-osservanza, mill-bastimenti tagħha, tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet relattivi tal-ġurisdizzjoni ta’ São Tomé e Príncipe.

Artikolu 6

Liċenzji

1.   Il-bastimenti tal-Komunità ma’ jistgħux jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe jekk ma jkollhomx liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Ftehim u l-Protokoll anness miegħu.

2.   Il-proċedura sabiex bastiment jikseb liċenzja tas-sajd, it-taxxi applikabbli u l-metodu ta’ ħlas li jrid jintuża’ mis-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness tal-Protokoll.

Artikolu 7

Kumpens finanzjarju

1.   Il-Komunità għandha tħallas lil São Tomé e Príncipe kumpens finanzjarju skond it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll u fl-Anness. Dan il-kumpens waħdani huwa definit abbażi ta’ żewġ komponenti relattivi, rispettivament:

(a)

l-aċċess tal-bastimenti tal-Komunità għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe, u

(b)

l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ sajd responsabbli u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe.

2.   Il-komponent tal-kumpens finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) hawn fuq għandu jiġi determinat fid-dawl ta’ l-għanijiet identifikati bi qbil komuni bejn iż-żewġ Partijiet, u skond id-dispożizzjonjiet stabbiliti fil-Protokoll, li jridu jintlaħqu fil-kuntest tal-politika settorali tas-sajd kif definita mill-gvern ta’ São Tomé e Príncipe u tal-programmazzjoni annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-kumpens finanzjarju min-naħa tal-Komunità għandu jitħallas kull sena skond it-termini stabbiliti fil-Protokoll, u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u tal-Protokoll rigward il-modifika eventwali tat-total tiegħu minħabba:

(a)

ċirkustanzi mhux normali;

(b)

it-tnaqqis, bi qbil komuni, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji fl-applikazzjoni tal-miżuri tal-ġestjoni ta’ l-istokkijiet konċernati meqjusa neċessarji għall-konservazzjoni u għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;

(ċ)

iż-żieda, bi qbil komuni bejn il-Partijiet, ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd mogħtija lill-bastimenti Komunitarji jekk, skond l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tippermetti dan;

(d)

l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-kondizzjonijiet ta’ l-appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-politika settorali tas-sajd f’São Tomé e Príncipe, meta din tkun iġġustifikata bir-riżultati tal-programmazzjoni annwali u pluriennali osservati miż-żewġ Partijiet;

(e)

it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tiegħu;

(f)

is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 12 tiegħu.

Artikolu 8

Promozzjoni tal-koperazzjoni fil-livell ta’ l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi miegħu. Għandhom jikkonsultaw flimkien sabiex jikkoordinaw id-diversi azzjonijiet li jkunu prevedibbli f’dan ir-rigward.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar tekniki tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ konservazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.

3.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kondizzjonijiet adatti għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impriżi tagħhom, fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u l-investimenti.

4.   Il-Partijiet b’mod partikolari jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ impriżi konġunti b’interess reċiproku b’osservanza sistematika tal-leġiżlazzjoni ta’ São Tomé e Príncipe u Komunitarja li tkun fis-seħħ.

Artikolu 9

Kumitat Konġunt

1.   Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt bil-għan li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

jissorvelja l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim u, b’mod partikulari, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 7(2);

(b)

jiżgura l-komunikazzjoni meħtieġa dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd, b’mod partikolari l-analiżi ta’ l-istatistika ta’ l-informazzjoni dwar il-qabdiet;

(ċ)

iservi ta’ forum sabiex jissolvew bonarjament il-kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(d)

jevalwa mill-ġdid, jekk ikun hemm il-ħtieġa, il-livelli ta’ sajd possibbli u, konsegwentament, il-kumpens finanzjarju;

(e)

kull funzjoni oħra li l-Partijiet, bi qbil komuni, jiddeċiedu li jafdawlu.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ għall-anqas darba fis-sena, darba f’São Tomé e Príncipe u darba fil-Komunità, u jkun presedut mill-Parti fejn issir il-laqgħa. Għandu jitlaqqa’ f’seduta straordinarja fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Artikolu 10

Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim

Dan il-Ftehim japplika, minn naħa waħda, fit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, skond il-kondizzjonijiet stipulati mill-imsemmi Trattat, u min-naħa l-oħra, fit-territorju ta’ São Tomé e Príncipe.

Artikolu 11

Il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika għal 4 snin mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ; jiġġedded b’mod taċitu għal perjodi supplimentari ta’ 4 snin, ħlief fil-każ ta’ terminazzjoni skond l-Artikolu 13 tiegħu.

Artikolu 12

Sospensjoni

1.   L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim serju fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu. Din is-sospensjoni hija suġġetta għan-notifika mill-Parti konċernata dwar l-intenzjoni tagħha, bil-miktub, mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni jkollha tidħol fis-seħħ. Mill-ħruġ ta’ din in-notifika, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw bil-għan li jsolvu n-nuqqas ta’ ftehim bonarjament.

2.   Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas, proporzjonalment u pro rata temporis, għat-tul ta’ żmien tas-sospensjoni.

Artikolu 13

Terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-Partijiet, fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux normali relatati, fost oħrajn, mad-degradazzjoni ta’ l-istokkijiet konċernati, l-osservazzjoni ta’ livell ridott ta’ l-użu ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd allokati għall-bastimenti tal-Komunità, jew in-nuqqas ta’ osservanza ta’ l-obbligi tal-Partijiet fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolat.

2.   Il-Parti konċernata għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tirtira mill-Ftehim talanqas sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali jew ta’ kull perjodu supplimentari.

3.   Meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti, għandhom jinfetħu l-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

4.   Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju regolat mill-Artikolu 7, għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ, għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis.

Artikolu 14

Il-Protokoll u l-Anness

Il-Protokoll u l-Anness huma parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Id-dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe huma rregolati mill-liġi applikabbli f’ São Tomé e Príncipe, sakemm il-Ftehim, il-Protokoll preżenti, l-Anness u l-appendiċi tiegħu ma jistipulawx xort’oħra.

Artikolu 16

Abrogazzjoni

Fid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jabbroga u jissostitwixxi l-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta’ São Tomé li daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Frar 1984.

Madanakollu l-Protokoll li jistipula, għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2006 sal-31 ta’ Mejju 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u São Tomé e Príncipe dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta’ São Tomé e Príncipe għandu jibqa’ fis-seħħ matul il-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tiegħu u għandu jagħmel parti integrali minnu.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim, imfassal duplikatament biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal dan il-għan.

PROTOKOLL

li jistipula l-opportunitajiet ta’ sajdu l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn ir-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta ta’ São Tomé e Príncipe għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2006 sal-31 ta’ Mejju 2010

Artikolu 1

Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet ta’ sajd

1.   Mill-1 ta’ Ġunju 2006 u għal perjodu ta’ erba’ snin, l-opportunijtajiet tas-sajd konċessi skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:

L-ispeċi b’tendenza ferm migratorja (l-ispeċi elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-1982)

bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun: 25 bastiment,

bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 18-il bastiment,

2.   Il-paragrafu 1 japplika b’riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3.   Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe ħlief jekk ikollhom liċenzja valida tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll, u skond il-metodi deskritti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Il-kumpens finanzjarju — Metodi ta’ ħlas

1.   Il-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim huwa magħmul għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 1, minn ammont ta’ EUR 552 500 fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 8 500 tunnellata fis-sena, kif ukoll minn ammont speċifiku ta’ EUR 1 105 000 fis-sena, allokati għall-għajnuna u għall-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorali tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe. Dan l-ammont speċifiku huwa parti integrali mill-kumpens finanzjarju waħdani kif definit fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2.   Il-paragrafu 1 japplika b’riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3.   L-ammont totali skond il-paragrafu 1, jiġifieri EUR 663 000, għandu jitħallas darba fis-sena mill-Komunità matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

4.   Jekk il-kwantità totali ta’ ħut maqbuda mill-bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe teċċedi t-8 500 tunnellata fis-sena, l-ammont ta’ EUR 552 500 tal-kumpens finanzjarju jitla’ għal EUR 65 għal kull tunnellata supplimentari maqbuda. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Kommunità ma jistax jeċċedi d-doppju ta’ l-ammont ekwivalenti għat-tunnellaġġ ta’ referenza (ta’ EUR 1 105 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta’ l-ammont totali annwali (17 000 tunnellata), l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

5.   Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju skond il-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2007 għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2007, 2008, 2009 għas-snin segwenti.

6.   B’riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, l-attribuzzjoni ta’ dan il-kumpens taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva ta’ l-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe.

7.   Il-kumpens finanzjarju għandu jitħallas f’kont wieħed tat-Teżor Pubbliku ta’ São Tomé e Príncipe li għandu jinfetaħ ma’ istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe.

Artikolu 3

Kooperazzjoni għal sajd responsabbli — Kooperazzjoni xjentifika

1.   Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw ruħhom sabiex jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe imsejjes fuq il-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti preżenti f’dawn fl-ilmijiet.

2.   Sakemm jibqa’ fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe ser jagħmlu minn kollox sabiex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi taż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe;

3.   Iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom sabiex jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell tas-subreġjun, għal sajd responsabbli b’mod partikolari fi ħdan il-COREP.

4.   Skond l-Artikolu 4 tal-Ftehim u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Oċean Atlantiku (ICCAT) u fid-dawl ta’ l-aħjar opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet se jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt regolat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim, sabiex jadottaw, bi qbil bejniethom u jekk ikun meħtieġ wara laqgħa xjentifika fil-livell tas-subreġjun, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti Komunitarji.

Artikolu 4

Reviżjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bi qbil reċiproku

1.   L-opportunitajiet ta’ sajd stipulati fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil bejn il-Partijiet sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika regolata mill-Artikolu 3(4), din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta’ São Tomé e Príncipe. F’ dan il-każ, il-parti tal-kumpens finanzjarju ta’ EUR 552 500 stipulata Artikolu 2(1) tiżdied proporzjonalment u prorata temporis. Madanakollu, is-somma totali tal-kumpens finanzjarju maħruġa mill-Komunità Ewropea u mmirata għat-tunnellaġġ ta’ referenza, ma tistax teċċedi d-doppju tas-somma ta’ EUR 552 500. Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu d-doppju ta’ 8 500 tunnellata (jiġifieri 17 000 tunnellata) fis-sena, is-somma dovuta għall-kwantità li teċċedi dan il-limitu, titħallas is-sena ta’ wara.

2.   Min-naħa l-oħra jekk il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta’ tnaqqis tal-possibbiltajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 1, il-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u prorata temporis.

3.   It-tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd bejn il-kategoriji differenti tal-bastimenti jista’, bl-istess mod, jiġi preżentat għar-reviżjoni wara konsultazzjoni u bi ftehim komuni bejn il-Partijiet, b’kunsiderazzjoni għal kull rakkomandazzjoni li tista’ ssir mill-laqgħa xjentifika regolata mill-Artikolu 3(4), fir-rigward tal-ġestjoni ta’ l-istokkijiet li jistgħu jiġu milquta minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-aġġustament tal-kumpens finanzjarju jekk dan ikun ġustifikat minħabba t-tqassim mill-ġdid ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd.

Artikolu 5

L-opportunitajiet ġodda tas-sajd

F’każ li l-bastimenti tas-sajd Komunitarji jkunu interessati fl-attivitajiet tas-sajd li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 1, il-Komunità għandha tikkonsulta lil São Tomé e Príncipe sabiex tinkiseb awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet jaqblu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u jekk neċessarju, jemendaw il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 6

Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju f’ċirkostanzi anormali

1.   F’ċirkostanzi anormali, għajr fenomini naturali li jwaqqfu l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta’ São Tomé e Príncipe, il-ħlas tal-kumpens finanzjarju skond l-Artikolu 2(1), jista’ jiġi sospiż mill-Komunità Ewropea. Id-deċiżjoni għal sospensjoni tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tat-talba magħmula minn waħda mill-Partijiet, u bil-kondizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni.

2.   Il-ħlas tal-kumpens finanzjarju jerġa’ jsir dovut minn meta jistabbilixxu l-Partijiet, wara konsultazzjonijiet u bi qbil komuni li ċ-ċirkonstanzi li taw lok għall-waqfien ta’ l-attivitajiet tas-sajd jkunu għebu u/jew is-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid.

3.   Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, li bħal ħlas tal-kumpens finanzjarju tkun ġiet sospiża, hija estiża b’perjodu ta’ żmien li jkun jikkorrispondi għas-sospensjoni ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 7

Il-promozzjoni ta’ sajd responsabbli fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe

1.   Mis-somma totali tal-kumpens finanzjarju (EUR 663 000) stipulata fl-Artikolu 2, 50 % (jiġifieri EUR 331 500) għandhom jikkontribwixxu ta’ kull sena għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorali tas-sajd definita mill-gvern ta’ São Tomé e Príncipe.

L-amministrazzjoni minn São Tomé e Príncipe tas-somma korrispondenti, tistrieħ fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta’ Ftehim komuni, b’konformità mal-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd f’São Tomé e Príncipe, bl-għan li tiġi assigurata tmexxija sostenibbli u responsabbli tas-settur u għanijiet li jridu jintlaħqu, fosthom l-ippjanar annwali u pluriennali, skond il-paragrafu 2 hawn taħt.

2.   Fuq proposta ta’ São Tomé e Príncipe u sabiex jiġi implimentat il-paragrafu preċedenti, il-Komunità u São Tomé e Príncipe jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sa mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll u sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dwar Programm Settorali Pluriennali, u dwar il-mod kif għandu jiġi applikat, inklużi b’mod partikolari:

(a)

l-għażliet fuq bażi annwali u pluriennali li fuqhom il-perċentwal tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-paragrafu 1 imsemmi hawn fuq u l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi meħuda fuq bażi annwali jiġu utiliżżati.

(b)

l-għanijiet li jridu jintlaħqu fuq bażi annwali u pluriennali sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta’ politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli.

(ċ)

il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati milħuqa, fuq bażi annwali.

(d)

ir-reviżjoni eventwali tal-perċentwal tas-somma totali tal-kumpens finanzjarju regolat mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, applikabbli għas-snin ta’ wara l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll preżenti.

3.   L-emendi kollha proposti għall-Programm Settorali Pluriennali jew għall-użu tas-somom speċifiċi għall-inizjattivi li se jittieħdu kull sena jridu jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4.   Kull sena, São Tomé e Príncipe jallokaw l-valur korrispondenti għall-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1, għall-implimentazzjoni tal-Programm Pluriennali. Rigward l-ewwel sena ta’ validità tal-Protokoll, din l-allokazzjoni trid tiġi trażmessa lill-Komunità fil-mument ta’ l-approvazzjoni tal-Programm Settorali Pluriennali mill-Kumitat Konġunt. Għal kull sena sussegwenti, São Tomé e Príncipe għandhom jinnotifikaw lil Komunità b’din l-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel.

5.   Jekk l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Settorali Pluriennali tiġġustifikah, il-Komunità Ewropea tkun tista’ tilob aġġustament mill-ġdid tal-kumpens finanzjarju stipulat fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll, sabiex is-somma effettiva tal-fondi allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm tiġi adattata għal dawn ir-riżultati.

Artikolu 8

Disputi — is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll

1.   Kull disputa bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-applikazzjoni tiegħu għandha titressaq għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 9 tal-Ftehim, u jekk meħtieġ, għandha tissejjaħ laqgħa straordinarja.

2.   Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża, fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta d-disputa bejn iż-żewġ Partijiet titqies bħala serja u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt skond l-ewwel paragrafu ma jkunux wasslu għal riżoluzzjoni bonarja.

3.   Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata ta’ l-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u ta’ mhux anqas minn tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.

4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu riżoluzzjoni bonarja għad-diverġenzi ta’ bejniethom. Meta jintlaħaq Ftehim bonarju, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kumpens finanzjarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u prorata temporis skond it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 9

Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, f’każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ għall-ħlas sa mhux aktar tard minn 60 ġurnata tax-xogħol, li għandhom jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ġiet notifikata.

(b)

F’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(5) ta’ dan il-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe jkunu fid-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan minnufih.

(ċ)

Il-Protokoll għandu jibda japplika mill-ġdid, hekk kif isir il-ħlas.

Artikolu 10

Id-dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe huma rregolati mill-liġi applikabbli f’ São Tomé e Príncipe, sakemm il-Ftehim, il-Protokoll preżenti, l-Anness u l-Appendiċi tiegħu ma jistipulawx xort’oħra.

Artikolu 11

Abrogazzjoni

L-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ São Tomé e Príncipe dwar is-sajd ‘il barra minn São Tomé e Príncipe huwa abrogat u sostitwit bl-Anness ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa fir-rigward.

2.   Għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2006.

ANNESS

Kondizzjonijiet li jirregolaw is-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Sāo Tomé e Príncipe mill-bastimenti tal-Komunità

KAPITOLU I

FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦAT-TALBA U GĦALL-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI

SEZZJONI 1

Ħruġ ta’ liċenzji

1.   Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja sabiex jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe.

2.   Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jistgħux ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd f’ São Tomé e Príncipe. Jeħtiġilhom ikunu f’qagħda regolari ma’ l-amministrazzjoni ta’ São Tomé e Príncipe, fis-sens li jridu jkunu meħlusa mill-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’São Tomé e Príncipe fil-qafas ta’ l-arranġamenti tas-sajd konklużi mal-Komunità.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iressqu talba (elettronikament) lill-Ministru responsabbli mis-sajd f’São Tomé e Príncipe, għal kull bastiment li jixtieq jistad jew jassisti fl-attività tas-sajd bis-saħħa tal-Ftehim, mill-anqas 15-il ġurnata tax-xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba.

4.   It-talbiet għandhom jiġu ppreżentati lill-ministeru responsabbli mis-sajd skond il-formoli li l-format tagħhom jinsab f’Appendiċi I. L-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tat-talba għal-liċenzji, tkun trattata b’mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni tintuża biss fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-sajd.

5.   Kull talba għal liċenzja għandha jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

prova tal-ħlas bil-quddiem tas-somma stipulata, għall-perjodu tal-validità tagħha.

(kwalunkwe dokument ieħor jew prova oħra rikjesti mid-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw skond it-tip tal-bastiment bis-saħħa ta’ dan il-Protokoll).

6.   Il-ħlas ta’ l-ammont dovut għal-liċenzja għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe skond l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll.

7.   Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi kollha nazzjonali u lokali, esklużi t-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti għall-provvista tas-servizzi.

8.   Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta l-ministeru responsabbli għas-sajd f’São Tomé e Príncipe jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata f’punt 5 hawn fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon.

9.   Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment indikat u mhijiex trasferibbli.

10.   Madanakollu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor ta’ l-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ħlas ulterjuri. F’dan il-każ, meta jiġi kkalkolat il-livell ta’ ħut maqbud, għad-determinazzjoni tal-ħlas eventwali addizzjonali, għandu jitqies it-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

11.   Is-sid tal-bastiment li jkun qed jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe, permezz ta’ l-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

12.   Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe. Id-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea f’ għandha tiġi mgħarrfa dwar it-trasferiment tal-liċenzja.

13.   Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f’kull ħin. Il-Komunità Ewropea għandha żżomm aġġornament ta’ l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti li għalihom tkun saret talba għal-liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. L-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jiġu nnotifkati b’dan l-abbozz meta jsir għall-ewwel darba u kull meta jiġi aġġornat. Meta jiġu nnotifikati dan l-abbozz tal-lista kif ukoll il-ħlas bil-quddiem indirizzat mill-Komunità Ewropea lill-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe, il-bastiment jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe fuq lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tasal din ta’ l-aħħar.

SEZZJONI 2

Il-kondizzjonijiet tal-liċenzja — ħlasijiet u ħlasijiet bil-quddiem

1.   Il-liċenzji għandhom validità ta’ sena. Jistgħu jiġġeddu.

2.   Il-ħlas huwa stabbilit għal EUR 35 għal kull tunnellata ta’ ħut maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe għall-bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun u l-konzijiet tal-wiċċ.

3.   Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ l-ammonti segwenti:

EUR 5 250 għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 150 tunnellata fis-sena;

EUR 1 925 għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 55 tunnellata fis-sena;

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dwar it-tunnellaġġ tal-qabdiet li jkunu saru matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet, kif ikkonfermat mill-istituti xjentifiċi regolati minn punt 5 hawn taħt.

5.   It-tnaqqis finali ta’ l-ammonti dovuti fuq bażi annwali għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena n + 1, abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet magħmula minn kull sid ta’ bastiment u konfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti sabiex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), l-IPIMAR (Instituto Português de Investigaçao Maritima), mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

6.   Dan it-tnaqqis għandu jiġi nnotifikat fl-istess waqt lill-ministeru responsabbli għas-sajd f’São Tomé e Príncipe u lis-sidien tal-bastimenti.

7.   Kull ħlas addizzjonali eventwali (għall-kwantitajiet maqbuda li jeċċedu l-150 tunnelata għall-bastimenti tat-tonn bit-tartarun u l-55 tunnellata għall-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ) għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu tas-sena n + 1, fil–kont imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ l-1 Sezzjoni tal-Kapitolu preżenti, bir-rata ta’ EUR 35 għal kull tunnellata.

8.   Madanakollu, jekk it-tnaqqis finali huwa inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skond il-punt 3 tas-sezzjoni preżenti, l-ammont residwu korrispondenti ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment.

KAPITOLU II

IŻ-ŻONI TAS-SAJD

1.   Il-bastimenti tal-Komunità jkunu jistgħu jistadu fl-ilmijiet ‘il barra mit-12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ.

2.   Mingħajr diskriminazzjoni, l-attività kollha tas-sajd fiż-żona maħsuba għall-isfruttament konġunt minn São Tomé e Príncipe u n-Niġerja, kif definita mill-pożizzjonijiet fl-Appendiċi 3, hija projbita.

KAPITOLU III

ID-DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET TAL-ĦUT

1.   Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-perjodu ta’ żmien li matulu bastiment Komunitarju ikun fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe, għall-finijiet ta’ dan l-anness huwa definit kif ġej:

iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe;

iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe u t-trasbord u/jew l-iżbark f’São Tomé e Príncipe.

2.   Il-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-Ftehim, għandhom jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom lill-ministeru inkarigat mis-sajd f’São Tomé e Príncipe, sabiex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkontrollaw il-kwantitajiet tal-qabdiet kif ikkonfermati mill-Istituti xjentifiċi kompetenti, skond il-proċedura stipulata f’Kapitolu I sezzjoni 2, parti 4 ta’ l-anness preżenti. Il-qabdiet għandhom ikunu nnotifikati kif ġej:

2.1.

Matul perjodu ta’ sena ta’ validità tal-liċenzja, fis-sens ta’ Sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness preżenti, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ. L-oriġinal tad-dikjarazzjonijiet għandu jiġi nnotifikat lill-ministeru responsabbli mis-sajd f’São Tomé e Príncipe, permezz ta’ dokument tanġibbli, fi żmien 45 ġurnata mill-aħħar vjaġġ magħmul fl-imsemmi perjodu.

2.2.

Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola rilevanti li tinsab fil-ġurnal ta’ abbord, li l-mudell tagħha jinsab f’Appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe, għandu jdaħħal nota fil-ġurnal ta’ abbord bir-referenza segwenti: “‘Il Barra miż-Żona tas-Sajd ta’ São Tomé e Príncipe”.

2.3.

Il-formoli għandhom jimtlew b’mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

3.   Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, il-Kumitat Konġunt jista’ jiltaqa’ sabiex jikkompara l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd.

4.   F’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Gvern ta’ São Tomé e Príncipe jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment inkriminat sakemm tiġi sodisfatta l-formalità u li jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skond ir-regoli fis-seħħ f’São Tomé e Príncipe. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan.

KAPITOLU IV

TRAŻBORD

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkoperaw bl-għan ta’ titjib fil-possibbiltajiet ta’ trasbord fiż-żoni portwarji u l-portijiet ta’ São Tomé e Príncipe.

1.   Trasbord:

Il-bastimenti tat-tonn Komunitarji li jħottu minn jeddhom f’żona portwarja jew f’port f’São Tomé e Príncipe, jibbenifikaw minn tnaqqis fuq l-ammont dovut ta’ EUR 5 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe fuq is-somma indikata f’sezzjoni 2, paragrafu 2 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness.

Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal kull bastiment Komunitarju sa massimu ta’ 50 % fuq l-ammont finali tal-qabdiet (kif definit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness) mill-ewwel sena ta’ dan il-Protokoll.

2.   Il-mod ta’ kif għandu jsir il-kontroll tat-tunnellaġġ li jkun ġie trażbordat għandu jiġi definit matul l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

3.   Evalwazzjoni:

Il-livell ta’ l-inċentivi finanzjarji kif ukoll il-perċentwal massimu ta’ tnaqqis finali fuq il-qabdiet għandhom jiġu aġġustati fi ħdan il-Kumitat Konġunt, skond l-impatt soċjo-ekonomiku tal-ħatt l-art li jkun sar matul is-sena rilevanti.

KAPITOLU V

L-IMBARKAZZJONI TAL-BAĦRIN

1.   Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jimpenjaw irwieħhom sabiex jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi ACP bil-kondizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi ACP,

għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi ACP.

2.   Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw irwieħhom sabiex itellgħu abbord baħrin supplimentari minn São Tomé e Príncipe.

3.   Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, għandha tapplika fl-intier tagħha għall-baħrin li jittellgħu abbord bastimenti Komunitarji. B’mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u tal-professjonijiet.

4.   Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin ta’ l-ACP, li kopja tagħhom qed tingħata lill-firmatarji ta’ dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u inċident.

5.   Is-salarju tal-baħrin ta’ l-ACP jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kondizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin ta’ l-ACP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards ta’ l-ILO.

6.   Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbarkazzjoni tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jimbarka lil dak il-baħri.

7.   Madanakollu, f’kaz ta’ nuqqas ta’ tlugħ abbord ta’ baħrin li ġejjin mill-ACP għal raġunijiet għajr dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti Komunitarji konċernati ikunu obbligati li jħallsu l-ammont stipulat ta’ USD 20, għal kull jum li matulu l-bastiment jibqa’ fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe. Dan il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-limiti stipulati f’Kapitolu I, sezzjoni 2, punt 7 ta’ dan l-Anness.

KAPITOLU VI

MIŻURI TEKNIĊI

1.   Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inġenji tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2.   Il-bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun għandhom ipoġġu l-qabdiet addizjonali tagħhom għad-dispożizzjoni tad-direttorat tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe, li jkun responsabbli sabiex jirkuprahom u jiżbarkahom.

3.   Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jaslu għal fethim komuni dwar dispożizzjoni li tassigura l-implimentazzjoni effettiva tal-punt preċedenti jew li jaslu għal ftehim dwar soluzzjoni alternattiva fi żmien l-ewwel Kumitat Konġunt, regolat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim. F’dan ir-rigward, il-Kumitat Konġunt għandu janalizza l-possibbiltajiet kollha, inklużu l-obbligu tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jħallsu kontribuzzjoni annwali ekwivalenti għal parti tal-valur tal-qabdiet addizjonali, li tmur f’fond tad-Direttorat tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe maħsub għall-appoġġ tas-sajd artiġjanali.

KAPITOLU VII

OSSERVATURI

1.   Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-Ftehim jistgħu jtellgħu abbord osservaturi magħżula mill-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (ORP) kompetenti, bil-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt:

1.1.

Fuq talba ta’ l-awtorità kompetenti, il-bastimenti Komunitarji jtellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe.

1.2.

L-awtorità kompetenti tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula sabiex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura sabiex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

1.3.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta’ l-osservatur nominat sabiex jittella’ abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata sabiex l-osservatur jittella’ abbord.

2.   L-osservatur għandu jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba speċifika ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa’ abbord jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skond it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi previsti għall-bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi nnotifikat l-isem ta’ l-osservatur maħtur sabiex jitla’ abbord il-bastiment konċernat.

3.   Il-kondizzjonijiet għat-tlugħ abbord ta’ l-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti.

4.   It-tlugħ abbord ta’ l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

5.   Is-sidien konċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b’avviż minn qabel ta’ għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-subreġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta’ l-osservaturi.

6.   Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż li jinsab ‘il barra mis-subreġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta’ l-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur reġjonali abbord joħroġ miż-żona tas-sajd reġjonali, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha sabiex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jiġu mħallsa minn sid il-bastiment.

7.   Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella’ lil dak l-osservatur abbord.

8.   Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet ta’ São Tomé e Príncipe, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:

8.1.

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2.

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti impenjati fl-attivitajiet tas-sajd,

8.3.

jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi,

8.4.

jinnota l-irkaptu tas-sajd użat,

8.5.

jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta’ abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe;

8.6.

jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum ta’ l-ispeċi ta’ ħut mormija li huma tajbin għall-kummerċ;

8.7.

jikkomunika, permezz ta’ kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord.

9.   Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħu sabiex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali ta’ l-osservatur fit-twettiq ta’ dmirijietu.

10.   L-osservatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-faċilitajiet kollha neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment.

11.   Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

11.1.

jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kondizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

11.2.

jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti.

12.   Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti b’kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

13.   Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

14.   Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ l-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti.

15.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi interessati, mill-aktar fis possibbli dwar id-definizzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali u l-għażla ta’ l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Fl-istennija ta’ l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-Ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok u fil-post ta’ l-osservaturi reġjonali, osservaturi maħtura mill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe skond ir-regoli stabbiliti aktar ‘il fuq.

KAPITOLU VIII

KONTROLL

1.   Skond il-punt 13 tas-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness, il-Komunità Ewropea għandha żżomm aġġornat l-abbozz tal-lista ta’ bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u sussegwentament kull meta tiġi aġġornata.

2.   Hekk kif jiġi rċevut l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem (stipulat f’punt 3 ta’ Sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness preżenti) indirizzat mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet tal-pajjiż kostali, il-bastiment jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe fuq lista tal-bastimenti awtorizzati sabiex jistadu, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tasal din ta’ l-aħħar.

3.   Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha:

3.1.

Il-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw, mill-inqas minn 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe inkarigati mill-kontroll tas-sajd, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe. Għandhom jiddikjaraw ukoll il-kwantitajiet totali u l-ispeċi abbord, skond il-format misjub fl-anness.

3.2.

Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn in-notifiki għandhom isiru, f’din l-ordni, permezz tal-fax (+ 239 222 828) jew tal-posta elettronika (dpescas1@cstome.net) u/jew, fin-nuqqas, permezz tar-radju (Kodiċi ta’ l-identifikazzjoni bir-radju: filgħodu bejn it-08:00 u l-10:00, 12.00 Hz, wara nofsinhar mill-14:00 sal-17:00 8 634 Hz).

3.3.

Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

3.4.

In-numri tal-fax u tat-telefon kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenza tas-sajd.

4.   Il-Proċeduri ta’ kontroll

4.1.

Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal ta’ São Tomé e Príncipe inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

4.2.

Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m’għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

4.3.

Wara kull ispezzjoni u kontroll, tingħata dikjarazzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

5.   Il-kontroll bis-satellita

5.1.

Il-bastimenti kollha Komunitarji li jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim ser ikunu sorveljati permezz tas-satellita skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Appendiċi 4. Dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ fit-tieni jum min-notifika tal-Gvern ta’ São Tomé e Príncipe lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon, li ċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd f’São Tomé e Príncipe (CSP) beda jiffunzjona.

6.   L-ispezzjoni

6.1.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b’kull ispezzjoni u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjoni ta’ bastiment Komunitarju, li jkun daħal fl-ilmijiet tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe.

6.2.

L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni.

7.   Ir-rapport ta’ l-ispezzjoni

7.1.

Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe, għandu jiffirmah.

7.2.

Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jkollu sabiex iwieġeb għall-ksur li jkun inġab kontrih. Jekk jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza “irrifjuta li jiffirma”.

7.3.

Il-kaptan għandu jiddiriġi l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe. F’ każ ta’ ksur minuri, l-awtorità kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat sabiex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

8.   Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ spezzjoni

8.1.

Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta’ l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tirrigwarda t-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni, fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jasal dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe, bil-parteċipazzjoni eventwali ta’ rappreżentant ta’ l-Istat Membru konċernat.

8.2.

Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew kwalunkwe informazzjoni utli li tista’ tgħin sabiex tiċċara ċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi mgħarraf bir-riżultat ta’ din il-laqgħa u bil-miżuri kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ispezzjoni.

9.   Il-proċedura għall-ispezzjoni

9.1.

Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux iktar tard minn tliett ijiem tax-xogħol mill-ispezzjoni.

9.2.

F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond ir-regoli applikabbli f’São Tomé e Príncipe.

9.3.

F’każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f’każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma’ bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe, f’ammont li għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni għall-ispejjeż konnessi ma’ l-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.

9.4.

Il-garanzija bankarja tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Tiġi rilaxxata f’każ ta’ liberazzjoni. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe.

9.5.

Il-bastiment jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

kemm meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja;

kemm wara d-depożitu tal-garanzija bankarja skond il-punt 9.3 aktar ‘il fuq u l-aċċettazzjoni tagħha mill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe, sakemm l-eżitu tal-proċedura ġudizzjarja ikun għadu pendenti.

10.   Trażbord

10.1.

Kull bastiment Komunitarju li jixtieq jagħmel trażbord tal-qabdiet fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe għandu jagħmel dan fil-portijiet u/jew fiż-żoni tal-portijiet ta’ São Tomé e Príncipe.

10.2.

Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas minn 24 siegħa minn qabel:

l-isem tal-bastimenti tas-sajd qabel it-trasbord;

l-isem, in-numru ta’ l-IMO u tar-reġistrazzjoni tal-bastiment tal-ġarr;

it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trażbordat;

il-jum u l-post tat-trażbord;

10.3.

It-trażbord huwa meqjus bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti ta’ São Tomé e Príncipe u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jew li jkomplu jistadu jew inkella li joħorġu miż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe.

10.4.

Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhijiex imsemmija fil-punti indikati hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe. Kull ksur ta’ din id-dispożizzjoni huwa suġġett għas-sanzjonijiet previsti mir-regoli fis-seħħ f’São Tomé e Príncipe.

11.   Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt jew ta’ trasbord f’port ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi ta’ São Tomé e Príncipe. Wara’ kull ispezzjoni u kontroll fil-port, jingħata ċertifikat ta’ l-ispezzjoni u tal-kontroll jew attestazzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

Appendiċijiet

1.

Formola ta’ applikazzjoni għal-liċenzja

2.

Il-ġurnal ta’ abbord ta’ l-ICCAT

3.

Il-pożizzjoni taż-żona projbita tas-sajd

4.

Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta’ sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS) u l-pożizzjoni taż-żona tas-sajd ta’ São Tomé e Príncipe.

Appendiċi 1

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

ĠURNAL TA’ ABBORD TAS-CICTA GĦAS-SAJD TAT-TONN

Image 3

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

Latitude

Longitude

Degrés

Minutes

Secondes

Degrés

Minutes

Secondes

03

02

22

N

07

07

31

E

02

50

00

N

07

25

52

E

02

42

38

N

07

36

25

E

02

20

59

N

06

52

45

E

01

40

12

N

05

57

54

E

01

09

17

N

04

51

38

E

01

13

15

N

04

41

27

E

01

21

29

N

04

24

14

E

01

31

39

N

04

06

55

E

01

42

50

N

03

50

23

E

01

55

18

N

03

34

33

E

01

58

53

N

03

53

40

E

02

02

59

N

04

15

11

E

02

05

10

N

04

24

56

E

02

10

44

N

04

47

58

E

02

15

53

N

05

06

03

E

02

19

30

N

05

17

11

E

02

22

49

N

05

26

57

E

02

26

21

N

05

36

20

E

02

30

08

N

05

45

22

E

02

33

37

N

05

52

58

E

02

36

38

N

05

59

00

E

02

45

18

N

06

15

57

E

02

50

18

N

06

26

41

E

02

51

29

N

06

29

27

E

02

52

23

N

06

31

46

E

02

54

46

N

06

38

07

E

03

00

24

N

06

56

58

E

03

01

19

N

07

01

07

E

03

01

27

N

07

01

46

E

03

01

44

N

07

03

07

E

03

02

22

N

07

07

31

E

Appendiċi 4

Protokoll (VMS)

li jistipula d-dispożizzjonijiet ta’ sorveljanza bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jistadu fiż-ŻEE ta’ São Tomé e Príncipe

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll jikkompletaw il-Protokoll dwar l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta’ São Tomé e Príncipe dwar is-sajd ‘il barra minn São Tomé e Príncipe għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2006 u l-31 ta’ Mejju 2010, u japplikaw skond punt 5 ta’ “Kapitolu VIII — Kontroll” ta’ l-Anness tiegħu.

2.   Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkollhom tul totali ta’ aktar minn 15-il metru, u li jistadu fil-qafas tal-Ftehim tas-sajd KE/São Tomé e Príncipe, ser ikunu ssorveljati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE ta’ São Tomé e Príncipe.

Għall-finijiet ta’ sorveljanza permezz tas-satellita, l-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe javżaw lill-Parti Komunitarja dwar il-pożizzjonijiet (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE ta’ São Tomé e Príncipe.

L-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe għandhom jgħaddu din l-informazzjoni elettronikament fi gradi deċimali (WGS 84).

3.   Il-Partijiet għandhom jipproċedu għal skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri tal-Kontroll tagħhom b’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5 u 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-telekx u tal-fax u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jkunu użati għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta’ Kontroll.

4.   Il-pożizzjoni tal-bastimenti hija determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500 m u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %.

5.   Meta bastiment li qed jistad fil-kuntest tal-Ftehim u li jkun suġġett għas-sorvaljanza permezz tas-satellita fit-termini tal-leġislazzjoni Komunitarja jerġa’ jidħol fiż-ŻEE ta’ São Tomé e Príncipe, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti jiġu kkomunikati immedjatament miċ-Ċentru tal-Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera lis-Sorveljanza tas-Sajd ta’ São Tomé e Príncipe (FMC), b’intervalli massimi ta’ 3 sigħat (l-identifikazzjoni tal-bastiment, il-lonġitudni, il-latitudni, ir-rotta u l-veloċità). Dawn il-messaġġi huma identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

6.   Il-messaġġi stipulati fil-punt 5 jiġu trażmessi elettronikament fil-format X.25, jew kwalunkwe protokoll ieħor sikur. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati mill-ewwel, skond il-format ta’ Tabella II.

7.   F’każ li l-apparat ta’ sorveljanza permanenti, permezz tas-satellita, installat abbord il-bastiment tas-sajd iġarrab xi nuqqas tekniku jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dak il-bastiment għandu mill-aktar fis possibbli jitrażmetti l-informazzjoni stipulata fil-punt 5 permezz ta’ fax, liċ-Ċentru tal-Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera u lill-FMC ta’ São Tomé e Príncipe. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun neċessarju li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull 9 sigħat. Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni kif reġistrati mill-kaptan tal-bastiment kull 3 sigħat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 5.

Iċ-Ċentru ta’ Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat dawn il-messaġġi lill-FMC ta’ São Tomé e Príncipe. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment konċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta’ São Tomé e Príncipe.

8.   Iċ-Ċentri ta’ Kontroll ta’ l-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet ta’ São Tomé e Príncipe. F’każ fejn is-sorveljanza tal-bastimenti ma sseħħx skond il-kondizzjonijiet stipulati, l-FMC ta’ São Tomé e Príncipe għandha tiġi infurmata immedjatament, hekk kif dan jiġi osservat, u l-proċedura stipulata fil-punt 7 għandha tiġi applikata.

9.   Jekk l-FMC ta’ São Tomé e Príncipe jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera ma jkunx għadda l-informazzjoni stipulata fil-punt 5, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni għandhom jiġu infurmati immedjatament.

10.   L-informazzjoni dwar is-sorveljanza mgħoddija lill-parti l-oħra, skond dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tintuża esklussivament għall-kontroll u s-sorveljanza mill-awtoritajiet ta’ São Tomé e Príncipe tal-flotta Komunitarja li qed tistad fil-qafas tal-Ftehim KE/São Tomé e Príncipe. Din l-informazzjoni fl-ebda każ ma tista’ tiġi kkomunikata lill-partijiet oħra.

11.   L-komponenti tas-softwer u l-materjal tat-tagħmir tas-sistema ta’ sorveljanza permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli, ma jkunu jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u ma jkunux jistgħu jiġu mibdula manwalment.

Is-sistema għandha tkun totalment awtomatika u taħdem f’kull mument u b’mod indipendenti mill-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent u tal-klima. M’huwiex permess li tinqered, issir ħsara, titwaqqaf milli taħdem jew ikun hemm interferenza fis-sistema ta’ sorveljanza permezz tas-satellita.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li:

l-informazzjoni ma tiġix mibdula;

l-antenna jew l-antenni marbuta mat-tagħmir ta’ sorveljanza permezz tas-satellita ma tkunx/jkunux imxekkla;

il-provvista ta’ l-elettriku tat-tagħmir ta’ sorveljanza permezz tas-satellita ma tkunx interrotta;

it-tagħmir tas-sorveljanza permezz tas-satellita ma jitneħħiex.

12.   Il-Partijiet jaqblu li, fuq talba, isir skambju ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna t-tagħmir utilizzat għas-sorveljanza permezz tas-satellita, sabiex ikun verifikat li kull tagħmir huwa kompatibbli bis-sħiħ ma’ l-eżiġenzi tal-parti l-oħra għall-iskopijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

13.   Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 9 tal-Ftehim.

14.   Il-Partijiet jaqblu li jirrivedu, jekk ikun meħtieġ, dawn il-miżuri.

Il-Komunikazzjoni tal-messaġġi VMS f’ São Tomé e Príncipe

Ir-Rapport tal-pożizzjoni

Informazzjoni

Kodiċi

Obbligatorju/Mhux obbligatorju

Osservazzjonijiet

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Informazzjoni dwar is-sistema — indika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Informazzjoni dwar il-messaġġ — destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż

Trażmettitur

FR

O

Informazzjoni dwar il-messaġġ — trażmettitur. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż

L-Istat tal-bandiera

FS

F |

 

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Informazzjoni dwar il-messaġġ — tip ta’ messaġġ “POS”

Kodiċi tas-sinjal tar-radju

RC

O

Informazzjoni dwar il-vapur — kodiċi internazzjonali tas-sinjal tar-radju tal-vapur

Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti

IR

F |

Informazzjoni dwar il-bastiment — numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat tal-bandiera segwit b’numru)

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

O

Informazzjoni dwar il-bastiment — in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur

Latitudni

LA

O

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DD ddd (WGS-84)

Lonġitudni

LO

O

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDD ddd (WGS-84)

Kap

CO

O

Ir-rotta tal-vapur fuq skala ta’ 360°

Veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-vapur f’deċmi ta’ knots

Data

DA

O

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Informazzjoni dwar is-sistema — tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Sett tal-karattri: ISO 8859.1

It-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni hija strutturata kif ġej:

linja doppja mmejla (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tat-trażmissjoni,

linja waħda mmejla (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u l-informazzjoni.

L-informazzjoni li mhijiex obbligatorja għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

Il-limiti taż-ŻEE ta’ São Tomé e Príncipe

Il-koordinati taż-ŻEE

Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ l-FMC ta’ Sao Tome e Príncipe

L-isem ta’ l-FMC:

Tel.. SSN:

Fax SSN:

Posta elettronika SSN:

Tel.. DSPG:

Fax DSPG:

Indirizz X25 =

Dikjarazzjoni dħul/ħruġ:


Top