Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0874

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2007 ta’ l- 24 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-ammont finali ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2006/2007

    ĠU L 193, 25.7.2007, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/874/oj

    25.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 193/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 874/2007

    ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi l-ammont finali ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2006/2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1786/2003, bl-Artikolu 4(2) tiegħu, jistabbilixxi l-ammont ta’ l-għajnuna li għandha titħallas lill-impriżi ta’ l-ipproċessar ta’ l-għalf niexef, fil-limitu tal-kwantità massima ggarantita li jingħata fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament imsemmi.

    (2)

    F'konformità ma’ l-Artikolu 33(1), l-ewwel inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (2), l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ għalf niexef li għalihom tressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2006/2007. Minn dawn il-komunikazzjonijiet jirriżulta li ma nqabżitx il-kwantità massima ggarantita għall-għalf niexef.

    (3)

    L-ammont ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef għaldaqstant jitla' għal EUR 33 it-tunnellata, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont finali ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef huwa stabbilit għal EUR 33 it-tunnellata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 456/2006 (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 116/2007 (ĠU L 35, 8.2.2007, p. 7).


    Top