Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0858

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 858/2007 ta’ l- 20 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l- 1 ta' Settembru sat- 30 ta' Novembru 2007

    ĠU L 190, 21.7.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/858/oj

    21.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 190/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 858/2007

    ta’ l-20 ta’ Lulju 2007

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Settembru sat-30 ta' Novembru 2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

    (3)

    Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 imsemmi, jistgħu jkunu sodisfatti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Lulju 2007 u mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2007, għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


    ANNESS

    Oriġini

    Numru ta' l-ordni

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    L-Arġentina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4104

    X

    Importaturi ġodda

    09.4099

    X

    Iċ-Ċina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4105

    25,646149  %

    Importaturi ġodda

    09.4100

    0,575177  %

    Pajjiżi terzi oħra

    Importaturi tradizzjonali

    09.4106

    100  %

    Importaturi ġodda

    09.4102

    62,084331  %

    “X”

    :

    Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.


    Top