Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 32007R0847
Commission Regulation (EC) No 847/2007 of 18 July 2007 implementing Regulation (EC) No 808/2004 of the European Parliament and of the Council concerning Community statistics on the information society (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2007 tat- 18 ta’ Lulju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2007 tat- 18 ta’ Lulju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 187, 19.7.2007, S. 5-19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In Kraft
|
19.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 187/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 847/2007
tat-18 ta’ Lulju 2007
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jinħtieġu miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata d-data li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija ta’ l-istatistika ddefinita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħha. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif hemm speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
ANNESS I
MODULU 1: L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI
1. IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TA GĦHOM
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2008, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 huma dawn li ġejjin:
|
— |
Is-sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi; |
|
— |
L-użu ta’ l-Internet u netwerks elettroniċi oħrajn mill-intrapriżi; |
|
— |
Il-proċessi e-Commerce u e-Business; |
b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta ma’ l-intrapriżi:
Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN):
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw l-intranet:
|
L-użu ta’ l-Internet u netwerks elettroniċi oħrajn mill-intrapriżi
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt:
|
Proċessi e-Commerce u e-Business
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw skambju awtomatizzat tad-data:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u ma jużawx skambju awtomatizzat tad-data:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu tagħrif dwar il-ġestjoni tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li bagħtu ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:
|
2. KOPERTURA
Il-karatteristiċi definiti fl-intestaturi 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati fl-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, tad-daqs ta’ intrapriża li ġej u bl-ambitu ġeografiku li ġej.
(a) Attività ekonomika: intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1:
|
Kategorija NACE |
Deskrizzjoni |
|
Taqsima D |
“Manifattura” |
|
Taqsima F |
“Bini” |
|
Taqsima Ġ |
“Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi motorizzati, muturi u oġġetti personali u tad-dar” |
|
Gruppi 55.1 u 55.2 |
“Lukandi” u “Siti għall-kampeġġ u servizzi oħra ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir” |
|
Taqsima I |
“Trasport, ħażna u komunikazzjoni” |
|
Klassi 65.12 |
“Intermedjazzjoni monetarja oħra” |
|
Klassi 65.22 |
“Għoti ta’ kredtu ieħor” |
|
Klassi 66.01 |
“Assigurazzjoni fuq il-Ħajja” |
|
Klassi 66.03 |
“Assigurazzjoni Mhux fuq il-Ħajja” |
|
Taqsima K |
“Bejgħ ta’ proprjetà, kiri u attivitajiet ta’ negozju” |
|
Gruppi 92.1 u 92.2 |
“Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni” |
Intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1 għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju:
|
Kategorija NACE |
Deskrizzjoni |
|
Taqsima E |
“Provvista ta’ l-elettriku, gass u ilma” |
|
Gruppi 55.3, 55.4 u 55.5 |
“Ristoranti”, “Barijiet” u “Kantins u catering” |
|
Gruppi 92.3 sa 92.7 inklussiv |
“Attivitajiet ta’ rikreazzjoni, kulturali u sportivi”, għajr għal “Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni” |
|
Diviżjoni 93 |
“Attivitajiet ta’ servizz oħrajn” |
|
Klassijiet 67.12, 67.13, 67.2 |
“Attivitajiet awżiljarji għall-intermedjazzjoni finanzjarja”, għajr għal “Amministrazzjoni ta’ swieq finanzjarji” |
(b) Daqs ta’ l-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar; Intrapriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju;
(ċ) Ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.
3. PERJODI TA’ REFERENZA
Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2007 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja ta’ qabel. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2008 għall-karatteristiċi l-oħra.
4. TQASSIM
Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu pprovduti b’mod separat bit-tqassim li ġej.
(a) Tqassim ta’ l-attività ekonomika: skond l-aggregati NACE Rev. 1.1 li ġejjin. (Il-karatteristiċi għandhom jiġu provduti għad-Diviżjoni 22 b’mod mhux obbligatorju.)
Aggregazzjoni NACE
|
|
DA + DB + DĊ + DD + DE |
|
|
DF + DG + DH |
|
|
DI + DJ |
|
|
DK + DL + DM + DN |
|
|
40 + 41 (mhux obbligatorju) |
|
|
45 |
|
|
50 |
|
|
51 |
|
|
52 |
|
|
55.1 + 55.2 |
|
|
55.3 + 55.4 + 55.5 (mhux obbligatorju) |
|
|
60 + 61 + 62 + 63 |
|
|
64 |
|
|
65.12 + 65.22 |
|
|
66.01 + 66.03 |
|
|
72 |
|
|
70 + 71 + 73 + 74 |
|
|
92.1 + 92.2 |
|
|
92.3 sa 92.7 (mhux obbligatorju) |
|
|
93 (mhux obbligatorju) |
|
|
22 (mhux obbligatorju) |
|
|
67.12 + 67.13 + 67.2 (mhux obbligatorju) |
(b) Tqassim tal-klassi tad-daqs: Id-data għandha titqassam skond il-klassijiet tad-daqs li ġejjin ta’ l-għadd ta’ persuni impjegati.
Klassi tad-Daqs
|
|
Anqas minn 10 persuni impjegati (mhux obbligatorju) |
|
|
Anqas minn 5 persuni impjegati (mhux obbligatorju) |
|
|
5 sa 9 persuni impjegati (mhux obbligatorju) |
|
|
10 persuni impjegati jew aktar |
|
|
10 sa 49 persuna impjegata |
|
|
50 sa 249 persuna impjegata |
|
|
250 persuna impjegata jew aktar |
(ċ) Tqassim ġeografiku: Id-data għandha titqassam skond il-gruppi reġjonali li ġejjin:
Grupp Reġjonali
|
|
Reġjuni ta’ Konverġenza (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali) |
|
|
Kompetittività Reġjonali u reġjuni ta’ l-Impjiegi (inklużi reġjuni ta’ inklużjoni gradwali) |
5. PERJODIĊITÀ
Id-data għandha tiġi provduta darba għas-sena 2008.
6. SKADENZI
(a) Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2008. Sa dak in-nhar, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet pprovduti mill-Eurostat.
(b) Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2008. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti provduti mill-Eurostat.
(c) Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2008. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.
ANNESS II
MODULU 2: INDIVIDWI, DJAR U S-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI
1. IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM
(a) Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2008, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:
|
— |
aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fid-djar, |
|
— |
użu ta’ l-Internet għal finijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar, |
|
— |
(mhux obbligatorju) kompetenza fl-ICT, |
|
— |
ostakli għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet. |
(b) Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:
Aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fid-djar
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar kollha:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar b’aċċess għall-Internet id-dar:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li użaw mowbajl:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li użaw mowbajl u ħlas wara:
|
Użu ta’ l-Internet għal finijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jaqraw jew iniżżlu aħbarijiet, gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex iċemplu minn fuq l-Internet u/jew jagħmlu telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-Internet:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal individwi li użaw l-Internet fl-aħħar tliet xhur biex iniżżlu u/jew jisimgħu l-mużika u/jew iniżżlu u/jew jaraw films, films qosra jew fajls viżivi u/jew jużaw skambju ta’ fajls peer-to-peer għat-tpartit ta’ films, mużika fajls viżivi u/jew jużaw servizzi podcast biex jirċievu awtomatikament fajls awdjo jew viżivi li jinteressawhom:
|
|
|
Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li ma ħallsux għal kontenut awdjoviżiv onlajn f’dawn l-aħħar tliet xhur:
|
|
|
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali fuq l-Internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:
|
Kompetenza fl-ICT
Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:
|
— |
(mhux obbligatorju) l-aktar kors ta’ taħriġ reċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma segwew kors wieħed). |
Xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet
Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar mingħajr aċċess għall-Internet mid-dar:
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet minn x’imkien ieħor, |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma jridux l-Internet (minħabba l-kontenut dannuż, eċċ.), |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-Internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.), |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq, |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, eċċ.), |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: nuqqas ta’ ħiliet, |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza, |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: diżabilità fiżika, |
|
— |
raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn. |
2. KOPERTURA
(a) L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom ta’ l-anqas membru wieħed fil-grupp b’età bejn is-16 u -74.
(b) L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw l-individwi huma l-individwi b’età bejn is-16 u -74.
(ċ) L-ambitu ġeografiku għandu jkopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.
3. PERIJODU TA’ REFERENZA
Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart ta’ l-2008.
4. TQASSIM
(a) Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
|
— |
ir-reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skond il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1), |
|
— |
(mhux obbligatorju) ir-reġjun ta’ residenza skond il-klassifikazzjoni NUTS2, |
|
— |
lok ġeografiku: għajxien f’Reġjuni ta’ Konverġenza (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali); għajxien f’Kompetittività Reġjonali u Reġjuni ta’ Impjiegi (inklużi reġjuni ta’ inklużjoni gradwali), |
|
— |
grad ta’ urbanizzazzjoni: għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa, |
|
— |
tip ta’ familja: għadd ta’ membri fil-familja (irid jinġabar separatament: għadd ta’ tfal taħt is-16), |
|
— |
dħul nett fix-xhar tal-familja (irid jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-kwartili). |
(b) Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu ma’ l-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:
|
— |
ir-reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skond il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1), |
|
— |
(mhux obbligatorju) ir-reġjun ta’ residenza skond il-klassifikazzjoni NUTS2, |
|
— |
lok ġeografiku: għajxien f’Reġjuni ta’ Konverġenza (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali); għajxien f’Reġjuni ta’ Impjiegi u Kompetittività Reġjonali (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali), |
|
— |
grad ta’ urbanizzazzjoni: għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa, |
|
— |
sess: raġel; mara, |
|
— |
età (irid jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-gruppi ta’ l-età): taħt is-16 (mhux obbligatorju); minn 16 sa 24; minn 25 sa 34; minn 35 sa 44; minn 45 sa 54; minn 55 sa 64; minn 65 sa 74; ’il fuq minn 74 (mhux obligatorju), |
|
— |
l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum skond il-Klassifikazzjoni ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Livelli Edukattivi (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6), |
|
— |
sitwazzjoni ta’ l-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu inklużi dawk ħaddiema tal-familja; qiegħed; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol, |
|
— |
impjieg skond il-Klassifikazzjoni ta’ l-Istandards Internazzjonali ta’ l-Impjiegi (ISCO-88/ISCO-08): ħaddiema ta’ l-idejn, ħaddiema mhux ta’ l-idejn; ħaddiema ta’ l-ICT, ħaddiema mhux ta’ l-ICT. |
5. PERJODIĊITÀ
|
— |
Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2008. |
6. SKADENZI GĦAT-TRASMISSJONI TAR-RIŻULTATI
(a) Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2008. Sa dakinho, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.
(b) Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2008. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.
(ċ) Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2008. Ir-rapport tal-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.