Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0846

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/2007 tat- 18 ta’ Lulju 2007 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2007/08

ĠU L 187, 19.7.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0710

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/846/oj

19.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 187/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 846/2007

tat-18 ta’ Lulju 2007

li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2007/08

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u partikolarment Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, għandu jiġi stabbilit billi jiġu kkalkolati l-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru b'koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f'kull Stat Membru.

(2)

Dawn il-koeffiċjenti għandhom jiġu ddeterminati fuq in-numru ta’ majjali magħduda fil-bidu ta’ Diċembru ta’ kull sena skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ statistika li trid tkun imwettqa dwar il-produzzjoni tal-majjal (2).

(3)

Fuq il-bażi tar-riżultati taċ-ċensiment ta’ Diċembru 2006, il-koeffiċjenti ta’ kalkolu ġodda għandhom jiġu stabbiliti għas-sena tas-suq 2007/08 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1201/2006 għandu jiġi mħassar (3).

(4)

Billi s-sena tas-suq 2007/08 tibda fl-1 ta’ Lulju 2007, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat minn din id-data.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-koeffiċjenti mniżżla fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru. 2759/75 għandhom ikunu kif speċifikati fl-Anness mar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1201/2006 qiegħed b'hekk jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p.2).

(2)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1977/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 87).


ANNESS

Il-koefiċċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2007/08

Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75

Il-Belġju

3,9  %

Il-Bulgarija

0,6  %

Ir-Repubblika Ċeka

1,7  %

Id-Danimarka

8,4  %

Il-Ġermanja

16,5  %

L-Estonja

0,2  %

Il-Greċja

0,6  %

Spanja

16,1  %

Franza

9,3  %

L-Irlanda

1,1  %

L-Italja

5,7  %

Ċipru

0,3  %

Il-Latvja

0,3  %

Il-Litwanja

0,7  %

Il-Lussemburgu

0,1  %

L-Ungerija

2,5  %

Malta

0,1  %

L-Olanda

6,9  %

L-Awstrija

1,9  %

Il-Polonja

11,6  %

Il-Portugall

1,4  %

Ir-Rumanija

4,2  %

Is-Slovenja

0,4  %

Is-Slovakkja

0,7  %

Il-Finlandja

0,9  %

L-Iżvezja

1,0  %

Ir-Renju Unit

2,9  %


Top