This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0843
Commission Regulation (EC) No 843/2007 of 17 July 2007 amending Regulation (EC) No 712/2007 as regards the quantities covered by the standing invitation to tender for the resale on the Community market of cereals held by the intervention agencies of the Member States
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 843/2007 tas- 17 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 843/2007 tas- 17 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri
ĠU L 186, 18.7.2007, pp. 19–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/08/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R0957
|
18.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 186/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 843/2007
tas-17 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħirrum, tal-qamħ komuni u tax-xgħir fil-Komunità u ta' l-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f'ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta' ċereali miżmuma għall-intervent. Għaldaqstant jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri jiġu awtorizzati jżidu l-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għall-offerti kompetittivi, għall-qamħirrum, b'500 000 tunnellata fl-Ungerija, għall-qamħ komuni, b'29 244 tunnellata fl-Ungerija u għax-xgħir, bi 13 218 tunnellata fi Franza. |
|
(3) |
Fil-waqt ta' l-aħħar allokazzjonijiet tas-sena finanzjarja 2006/2007, f'Ġunju 2007, kiber ħafna l-bejgħ mill-ġdid tas-segala fis-suq intern fis-sejħa permanenti miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2006 (3), bil-konsegwenza li naqsu l-ħażniet ta' intervent tas-segala disponibbli għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern matul is-sena finanzjarja 2007/2008. Fid-dawl ta' din il-qagħda, jeħtieġ li l-kwantità ta' segala oriġinalment i mqiegħda għad-dispożizzjoni permezz tas-sejħa permanenti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 712/2007 titnaqqas bi 11 578 tunnellata. |
|
(4) |
Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 712/2007 għandu jinbidel bit-test anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7.
(3) ĠU L 276, 7.10.2006, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 621/2007 (ĠU L 143, 6.6.2007, p. 9).
ANNESS
“ANNESS I
LISTA TAS-SEJĦIET GĦAL-OFFERTI
|
Stat Membru |
Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern (tunnellati) |
Aġenzija ta’ intervent Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt |
|||||||||||||||
|
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrun |
Segala |
||||||||||||||
|
Belgique/België |
0 |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
БЪЛГАРИЯ |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Česká republika |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Danmark |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Deutschland |
0 |
0 |
— |
38 422 |
|
||||||||||||
|
Eesti |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Eire/Ireland |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Elláda |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
España |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
France |
0 |
13 218 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Italia |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Kypros |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Latvija |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Lietuva |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Luxembourg |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Magyarország |
29 244 |
0 |
1 000 000 |
— |
|
||||||||||||
|
Malta |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Nederland |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Österreich |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Polska |
— |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Portugal |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
România |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Slovenija |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Slovensko |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Suomi/Finland |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Sverige |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
|
United Kingdom |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
|
Is-simbolu ‘—’ jfisser: li ma hemm l-ebda ħażna ta’ intervent għal dawn iċ-ċereali f’dan l-Istat Membru.” |
|||||||||||||||||