Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0840

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 840/2007 tas- 17 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

ĠU L 186, 18.7.2007, pp. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/840/oj

18.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 840/2007

tas-17 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet fil-Komunità tista’ tkun koperta minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali fis-suq tal-laħam tat-tjur, jeħtieġ li jiġu ffissati rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

(3)

L-Artikolu 8(3), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jipprovdi li r-rifużjoni tista’ tiġi ddifferenzjata skond id-destinazzjoni meta jew il-qagħda tas-suq dinji jew inkella l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq dan jagħmluh ta’ ħtieġa.

(4)

Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw ħlief għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom fuqhom il-marka ta’ l-identifikazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jibbenefikaw mir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 u l-ammonti tar-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Il-prodotti eliġibbli għal rifużjoni skond fl-Artikolu 1(1) jeħtiġilhom ikunu jissodisfaw l-esiġenzi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u partikolarment jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbiliment approvat u jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ mmarkar ta’ l-identifikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, is-Sezzjoni I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.


ANNESS

Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur applikabbli mit-18 ta’ Lulju 2007

Il-kodiċi tal-prodotti

Id-destinazzjoni

L-unità ta’ kejl

L-ammont tar-rifużjonijiet

0105 11 11 9000

A02

EUR/100 pcs

0,98

0105 11 19 9000

A02

EUR/100 pcs

0,98

0105 11 91 9000

A02

EUR/100 pcs

0,98

0105 11 99 9000

A02

EUR/100 pcs

0,98

0105 12 00 9000

A02

EUR/100 pcs

1,95

0105 19 20 9000

A02

EUR/100 pcs

1,95

0207 12 10 9900

V03

EUR/100 kg

47,0

0207 12 90 9190

V03

EUR/100 kg

47,0

0207 12 90 9990

V03

EUR/100 kg

47,0

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A ” huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

V03

A24 , l-Angola, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Ġordan, il-Jemen, il-Libanu, l-Iraq, l-Iran.


Top