EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0835

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 835/2007 ta’ l- 10 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru

ĠU L 186, 18.7.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/835/oj

18.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 835/2007

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (2) jipprevedi s-sostituzzjoni bl-euro tal-muniti ta’ l-Istati Membri li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika fiż-żmien meta l-Komunità tkun daħlet fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2596/2000 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprevedi s-sostituzzjoni tal-munita tal-Greċja bl-euro.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2169/2005 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 sabiex iħejji għal introduzzjonijiet sussegwenti ta’ l-euro fl-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita unika.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1647/2006 (5) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprevedi s-sostituzzjoni tal-munita tas-Slovenja bl-euro.

(5)

Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, Ċipru huwa Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat.

(6)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 f’konformità ma’ l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni min-naħa ta’ Ċipru tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2008 (6), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur Ċipru għandha titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008.

(7)

L-introduzzjoni ta’ l-euro f’Ċipru tirrikjedi li d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 974/98 jiġu estiżi għal Ċipru.

(8)

Il-pjan ta’ bidla ta’ Ċipru jispeċifika li l-karti tal-flus u l-muniti ta’ l-euro għandhom isiru valuta legali f’dak l-Istat Membru fil-ġurnata ta’ l-introduzzjoni ta’ l-euro bħala l-munita tiegħu. B’konsegwenza ta’ dan, id-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-euro u d-data ta’ bidla fil-flus kontanti għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2008. M’ għandu japplika l-ebda perjodu “ta’ tneħħija gradwali”.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1647/2006 (ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2).

(3)  ĠU L 300, 29.11.2000, p. 2.

(4)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2.

(6)  Ara paġna 29 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Anness

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 974/98, il-linja li jmiss għandha tiddaħħal bejn l-annotazzjonijiet għall-Italja u għal-Lussemburgu.

Stat Membru

Data għall-adozzjoni ta’ l-euro

Data tal-bidla fil-flus kontanti

Stat Membru b’perjodu ta’ “tneħħija gradwali”

“Ċipru

l-1 ta’ Jannar 2008

l-1 ta’ Jannar 2008

Le”


Top