This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0830
Council Regulation (EC) No 830/2007 of 16 July 2007 amending Regulation (EC) No 817/2006 renewing the restrictive measures in respect of Burma/Myanmar
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 830/2007 tas- 16 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 li jġedded il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Mjanmar
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 830/2007 tas- 16 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 li jġedded il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Mjanmar
ĠU L 185, 17.7.2007, pp. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 09/03/2008
|
17.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 185/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 830/2007
tas-16 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 817/2006 li jġedded il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Mjanmar
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/318/CFSP tas-27 ta’ April 2006 li ġeddet il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Mjanmar (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi huwa kunsiljabbli li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 817/2006 (2) sabiex jiġi allinjat mal-prattika riċenti tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti u skambji ta’ informazzjoni bejniethom,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(a) |
fl-Artikolu 4, fil-paragrafu 1, il-paragrafu introduttorju għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. B’deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websites elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skond il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa:”; |
|
(b) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websites elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw li jinħelsu ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skond dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-artikolu.”; |
|
(ċ) |
il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 8 għandhom jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni, l-entitajiet u l-korpi naturali u ġuridiċi għandhom:
2. Kull informazzjoni addizzjonali li tasal direttament mill-Kummissjoni għandha tkun imqiegħda għad-disposizzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat.”; |
|
(d) |
il-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “5. Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1(b) ma għandhiex timpedixxi l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi li jkunu l-proprjetà ta’ l-Istat tal-Burma kif elenkat fl-Anness IV, jekk tali estensjoni tkun obbligatorja taħt ftehim konkluż ma’ l-intrapriża konċernata li tkun il-proprjetà ta’ l-Istat tal-Burma qabel il-25 ta’ Ottubru 2004. L-awtorità kompetenti relevanti, kif indikat f’website elenkat fl-Anness IV, u l-Kummissjoni għandhom jiġu informati qabel ma ssir kwalunkwe transazzjoni bħal din. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.” |
|
(e) |
għandu jiġi inserit Artikolu ġdid kif ġej: “Artikolu 13a 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u għandhom jidentifikawhom fil-websites jew permezz ta’ l-istess websites, kif elenkati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jgħarrfuha dwar kull modifika sussegwenti.”; |
|
(f) |
L-Anness II għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) ĠU L 116, 29.4.2006, p. 77. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata mill-Pożizzjoni Komuni 2007/248/PESK (ĠU L 107, 25.4.2007, p. 8).
(2) ĠU L 148, 2.6.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 481/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 50).
ANNESS
“ANNESS II
Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 4, 7, 8. 9, 12 u 13a u l-indirizz għall-finijiet ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea
|
BELĠJU http://www.diplomatie.be/eusanctions |
|
BULGARIJA http://www.mfa.government.bg |
|
REPUBBLIKA ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce |
|
DANIMARKA http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/ |
|
ĠERMANJA http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html |
|
ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ |
|
IRLANDA http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities |
|
GREĊJA http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/ |
|
SPANJA www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales |
|
FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/ |
|
ITALJA http://www.esteri.it/UE/deroghe.html |
|
ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions |
|
LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 |
|
LITWANJA http://www.urm.lt |
|
LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions |
|
UNGERIJA http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm |
|
MALTA http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp |
|
OLANDA http://www.minbuza.nl/sancties |
|
AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version= |
|
POLONJA http://www.msz.gov.pl |
|
PORTUGALL http://www.min-nestrangeiros.pt |
|
RUMANIJA http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3 |
|
SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/ |
|
SLOVAKKJA http://www.foreign.gov.sk |
|
FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet |
|
SVEZJA http://www.ud.se/sanktioner |
|
RENJU UNIT http://www.fco.gov.uk/competentauthorities |
Indirizz għall-finijiet ta’ notifika lill-Kummissjoni Ewropea:
|
Commission of the European Communities |
|
Directorate-General for External Relations |
|
Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP |
|
Unit A.2. Crisis management and conflict prevention |
|
CHAR 12/108 |
|
B-1049 Brussels |
|
Tel. (32-2) 299 1176/295 5585 |
|
Fax (32-2) 299 0873 ” |