Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0819

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 819/2007 tat- 12 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta’ l-ikel, tuffieħ u ħawħ)

    ĠU L 183, 13.7.2007, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/819/oj

    13.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 183/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 819/2007

    tat-12 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta’ l-ikel, tuffieħ u ħawħ)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35(3) tiegħu, it-tielet inċiż,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 678/2007 (2) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema A3.

    (2)

    Fid-dawl ta’ l-offerti sottomessi, il-massimu ta’ rati ta’ rifużjoni u l-perċentwal ta’ kwantitajiet li jridu jingħataw għall-offerti li qed jikkwotaw dawk ir-rati massimi għandhom ikunu ffissati.

    (3)

    Rigward il-liċenzji għat-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb ta’ l-ikel, it-tuffieħ u l-ħawħ, jaqbel li tiġi stabbilita r-rata definittiva ta’ rifużjoni fil-livell tar-rata indikattiva, u li jiġi stabbilit il-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Rigward it-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb ta’ l-ikel, it-tuffieħ u l-ħawħ , ir-rati massimi ta’ rifużjoni u l-perċentwal biex jitnaqqsu l-kwantitajiet mogħtija skond is-sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 678/2007 għandhom ikunu ffissati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

    (2)  ĠU L 157, 11.6.2007, p. 9.


    ANNESS

    Il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema A3 fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb ta' l-ikel, tuffieħ u ħawħ)

    Prodott

    Rata massima tar-rifużjoni

    (f'EUR/tunnellata netta)

    Perċentwali tal-ħruġ tal-kwantitajiet mitluba fil-livell tar-rata massima tar-rifuzjoni

    Tadam

    30

    100  %

    Larinġ

    100  %

    Lumi

    60

    100  %

    Għeneb ta' l-ikel

    23

    100  %

    Tuffieħ

    35

    100  %

    Ħawħ

    20

    100  %


    Top