This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0816
Commission Regulation (EC) No 816/2007 of 12 July 2007 opening annual tariff quotas for the importation from Turkey of certain goods resulting from the processing of agricultural products covered by Council Regulation (EC) No 3448/93
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 816/2007 tat- 12 ta’ Lulju 2007 li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni mit-Turkija ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 816/2007 tat- 12 ta’ Lulju 2007 li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni mit-Turkija ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
ĠU L 183, 13.7.2007, pp. 5–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 183/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 816/2007
tat-12 ta’ Lulju 2007
li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni mit-Turkija ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), b’mod partikulari, l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-Turkija tal-KE (2) timplimenta l-fażi finali ta’ l-Għaqda Doganali. It-Taqsima V tagħha tistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali għall-prodotti agrikoli pproċessati. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-Turkija tal-KE (3) tistabbilixxi l-arranġamenti applikabbli fuq ċerti prodotti agrikoli pproċessati. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 1/2007 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tat-Turkija tal-KE (4) tistabbilixxi titjib kummerċjali ġdid applikabbli fuq ċerti prodotti agrikoli pproċessati bl-għan li titkabbar u titwessa’ l-Għaqda Doganali u tittejjeb il-konverġenza ekonomika bħala riżultat tat-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004. Dan it-titjib jistabbilixxi konċessjonijiet fil-forma ta’ kwoti tariffarji bla dazju. Għal importazzjonijiet barra l-kwoti, id-dispożizzjonijiet preżenti tal-kummerċ se jkomplu japplikaw. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (5), jistabbilixxi r-regoli għat-tmexxija tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jingħad li l-kwoti tariffarji miftuħa minn dan ir-Regolament jitmexxew bi qbil ma’ dawk ir-regoli. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummisjsoni (KE) Nru 2026/2005 tat-13 ta’ Diċembru 2005 li jiftaħ il-kwoti tariffarji għall-2006 u s-snin ta’ wara għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ ċerti oġġetti mit-Turkija li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 (6) għandu jitħassar. Il-kwantitajiet importati skond dan ir-Regolament bejn l-1 ta’ Jannar u d-data tat-tħassir għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-kwota l-ġdida korrispondenti. |
|
(6) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Komunità għall-importazzjoni mit-Turkija ta’ l-oġġetti stabbiliti fl-Anness jinfetħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru għal kull sena mill-2007 skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
L-aċċess għall-benefiċċju ta’ dawn il-kwoti tariffarji għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ moviment A.TR bi qbil mad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitmexxew mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
Ir-Regolament (KE) Nru 2026/2005 jitħassar fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-kwantità tal-kwota tariffarja bin-numru ta’ l-ordni 09.0232 għandha titnaqqas mill-kwantitajiet ta’ l-għaġin importat skond ir-regolament (KE) Nru 2026/2005 (numru ta’ l-ordni 09.0205) bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(3) ĠU L 126, 17.5.1997, p. 26.
(4) Għadha mhux pubblikata fil-ĠU.
(5) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6)
ANNESS
Kwoti tariffarji bla dazju applikabbli fuq l-importazzjoniji fl-UE ta’ prodotti agrikoli pproċessati mit-Turkija
|
Numru ta’ l-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Kwota Tariffarja Bla Dazju Annwali (f’tunnellati ta’ piż nett) |
|
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
09.0228 |
1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw: |
5 000 |
|
1704 10 |
– Chewing gum, kemm jekk jinkesa biz-zokkor jew le: |
||
|
|
– – Li jkollu inqas minn 60 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
1704 10 11 |
– – – Chewing gum fi strixxi |
||
|
1704 10 19 |
– – – Oħrajn |
||
|
|
– – Li jkollu 60 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
1704 10 91 |
– – – Chewing gum fi strixxi |
||
|
1704 10 99 |
– – – Oħrajn |
||
|
09.0229 |
1704 90 |
– Oħrajn: |
10 000 |
|
1704 90 30 |
– – Ċikkulata bajda |
||
|
|
– – Oħrajn: |
||
|
1704 90 51 |
– – – Pastes, inkluż il-marżipan, ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ kilo jew aktar |
||
|
1704 90 55 |
– – – Mustardini tal-griżmejn u ħelu għas-sogħla |
||
|
1704 90 61 |
– – – Oġġetti miksija biz-zokkor (panned) |
||
|
|
– – – Oħrajn: |
||
|
1704 90 65 |
– – – – Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pastes tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor |
||
|
1704 90 71 |
– – – – Ħelu mgħolli, mimli jew le |
||
|
1704 90 75 |
– – – – Tofi, karamelli u ħelu simili |
||
|
|
– – – – Oħrajn: |
||
|
1704 90 81 |
– – – – – Pilloli kompressati |
||
|
ex 1704 90 99 |
– – – – – Oħrajn: |
||
|
|
– – – – – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
|
– – – – – – Li jkollu 70 % jew aktar, skond il-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
|
– – – – – – – Ħelwa tat-Tork u Loukhum |
||
|
09.0230 |
1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet ta’ l-ikel oħra li fihom il-kawkaw: |
5 000 |
|
1806 10 |
– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor jew xi sustanza oħra ta’ ħlewwa miżjuda: |
||
|
1806 10 20 |
– – B’5 % jew aktar, iżda anqas minn 65 %, bil-piż, ta’ sukrożju (inkluż zokkor maqlub muri bħala sukrożju) jew iżoglikożju muri bħala sukrożju |
||
|
1806 20 |
– Preparazzjonijiet oħra fi blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ li jiżnu aktar minn 2 kg jew f’forma likwida, paste, trab, granulat jew xi forma oħra fil-kwantità f’kontenituri jew ippakkjati għall-konsum, b’kontenut ta’ aktar minn 2 kg: |
||
|
1806 20 10 |
– – Li jkun fihom 31 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw jew ikun fihom piż kombinat ta’ 31 % jew aktar ta’ ħalib tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib |
||
|
1806 20 30 |
– – Li jkun fihom piż kombinat ta’ 25 % jew aktar, iżda anqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw u xaħam tal-ħalib |
||
|
|
– – Oħrajn: |
||
|
1806 20 50 |
– – – Bi 18 % jew aktar, bil-piż, ta’ butir tal-kawkaw |
||
|
1806 20 70 |
– – – Ċikkulata tal-ħalib imfarrka |
||
|
ex 1806 20 80 |
– – – Kisi biċ-ċikkulata |
||
|
|
– – – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
ex 1806 20 95 |
– – – Oħrajn: |
||
|
|
– – – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
|
– Oħra, bħala blokok, ċangaturi jew biċċiet sħaħ: |
||
|
1806 31 00 |
– – Mimlija |
||
|
1806 32 |
– – Mhux mimlija |
||
|
1806 32 10 |
– – – Biċ-ċereali, frott jew lewż miżjuda |
||
|
1806 32 90 |
– – – Oħrajn |
||
|
1806 90 |
– Oħrajn: |
||
|
|
– – Ċikkulata u prodotti taċ-ċikkulata: |
||
|
|
– – – Ċikkulatini (inklużi pralines), mimlija jew le: |
||
|
1806 90 11 |
– – – – Li jkun fihom l-alkoħol |
||
|
1806 90 19 |
– – – – Oħrajn |
||
|
|
– – – Oħrajn: |
||
|
1806 90 31 |
– – – – Mimlija |
||
|
1806 90 39 |
– – – – Mhux mimlija |
||
|
1806 90 50 |
– – Ħelu taz-zokkor u s-sostituti tagħhom magħmula minn prodotti tal-ħelu sostitwibbli, li jkun fihom il-kawkaw |
||
|
1806 90 60 |
– – Dlik (pejst) li jkun fih il-kawkaw |
||
|
1806 90 70 |
– – Preparazzjonijiet li fihom il-kawkaw biex jinħadem ix-xorb |
||
|
ex 1806 90 90 |
– – Oħrajn: |
||
|
|
– – – Li jkollu inqas minn 70 % sukrożju, skond il-piż (inkluż zokkor maqlub espress bħala sukrożju): |
||
|
09.0231 |
1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ l-ikel minn dqiq, xgħir u barli mitħun oħxon, trab tal-qamħ, lamtu jew estratt tax-xgħir, mingħajr kawkaw jew li fih anqas minn 40 % bħala piż ta’ kawkaw ikkalkolat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel minn prodotti ta’ l-intestaturi 0401 sa 0404 , mingħajr kawkaw jew li fihom anqas minn 5 % bħala piż ta’ kawkaw ikkalkolat kompletament bla xaħam, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra: |
900 |
|
1901 20 00 |
– Taħlitiet u għaġina għall-preparazzjoni tal-prodotti tal-furnara li jidhru taħt l-intestatura 1905 |
||
|
09.0232 |
1902 |
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le: |
20 000 |
|
|
– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli u mhux ippreparat b’xi mod ieħor |
||
|
1902 11 00 |
– – Li fih il-bajd |
||
|
1902 19 |
– – Oħrajn: |
||
|
1902 19 10 |
– – – Li ma fihx dqiq komuni tal-qamħ jew qamħ mitħun oħxon |
||
|
1902 19 90 |
– – – Oħrajn |
||
|
1902 20 |
– Għaġin mimli, imsajjar jew mhux imsajjar jew ippreparat b’xi mod ieħor: |
||
|
|
– – Oħrajn: |
||
|
1902 20 91 |
– – – Imsajjar |
||
|
1902 20 99 |
– – – Oħrajn |
||
|
1902 30 |
– Għaġin ieħor: |
||
|
1902 30 10 |
– – Mnixxef |
||
|
1902 30 90 |
– – Oħrajn |
||
|
1902 40 |
– Kuskus: |
||
|
1902 40 10 |
– – Mhux ippreparat |
||
|
1902 40 90 |
– – Oħrajn |
||
|
09.0233 |
1904 |
Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, il-kornflejks); ċereali (ħlief għall-qamħirrum (qamħ)) forma ta’ qamħ jew laqx jew xi qamħ ieħor maħdum, (minbarra d-dqiq, ix-xgħir u l-barli mitħun oħxon (groats), u qamħ mitħun oħxon (meal)), imsajjar minn qabel, jew ippreparat mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż x’imkien ieħor |
500 |
|
1904 10 |
– Ikel ippreparat bl-infiħ jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali: |
||
|
1904 10 10 |
– – Miskub mill-qamħirrun |
||
|
1904 10 30 |
– – Miksub mir-ross |
||
|
1904 10 90 |
– – Oħrajn |
||
|
09.0234 |
1904 20 |
– Ikel ippreparat miksub mit-trofof mhux mixwija taċ-ċereali jew minn taħlitiet ta’ trofof mhux mixwija taċ-ċereali u trofof mixwija taċ-ċereali jew ċereali minfuħ: |
100 |
|
1904 20 10 |
– – Preparazzjoni tal-Musli bbażata fuq trofof taċ-ċereali mhux mixwija |
||
|
|
– – Oħrajn: |
||
|
1904 20 91 |
– – – Miskub mill-qamħirrun |
||
|
1904 20 95 |
– – – Miksub mir-ross |
||
|
1904 20 99 |
– – – Oħrajn |
||
|
09.0235 |
1904 30 00 |
Bulgur wheat |
10 000 |
|
09.0236 |
1904 90 |
– Oħrajn: |
2 500 |
|
1904 90 10 |
– – Ross |
||
|
1904 90 80 |
– – Oħrajn |
||
|
09.0237 |
1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnar, sew jekk ikun fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta tar-ross u prodotti simili: |
10 000 |
|
|
– Gallettini ħelwin; waffles u wafers: |
||
|
1905 31 |
– – Gallettini ħelwin: |
||
|
|
– – – Kompletament jew parzjalment miksijin biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw: |
||
|
1905 31 11 |
– – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g |
||
|
1905 31 19 |
– – – – Oħrajn |
||
|
|
– – – Oħrajn: |
||
|
1905 31 30 |
– – – – Bi 8 % jew aktar, bil-piż, ta’ xaħam tal-ħalib |
||
|
|
– – – – Oħrajn: |
||
|
1905 31 91 |
– – – – – Gallettini forma ta’ sandwiċċ |
||
|
1905 31 99 |
– – – – – Oħrajn |
||
|
09.0238 |
1905 32 |
– – Waffles u wejfers: |
3 000 |
|
1905 32 05 |
– – – Li fihom aktar minn 10 % ilma bil-piż |
||
|
|
– – – Oħrajn: |
||
|
|
– – – – Kompletament jew parzjalment miksija jew mgħottija biċ-ċikkulata jew xi preparazzjonijiet oħra li fihom il-kawkaw: |
||
|
1905 32 11 |
– – – – – Ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 85 g |
||
|
1905 32 19 |
– – – – – Oħrajn |
||
|
|
– – – – Oħrajn: |
||
|
1905 32 91 |
– – – – – Melħin, mimlija jew le |
||
|
1905 32 99 |
– – – – – Oħrajn |
||
|
09.0239 |
1905 40 |
– Qarmeċ, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili: |
120 |
|
1905 40 10 |
– – Qarmeċ |
||
|
1905 40 90 |
– – Oħrajn |
||
|
09.0240 |
1905 90 |
– Oħrajn: |
10 000 |
|
1905 90 10 |
– – Matzos |
||
|
1905 90 20 |
– – Ostji tat-tqarbin, reċipjenti żgħar tat-tip addattati għall-użu farmaċewtiku, ostji għas-siġillar, karta tar-ross u prodotti simili |
||
|
|
– – Oħrajn: |
||
|
1905 90 30 |
– – – Ħobż li ma jkunx fih għasel, bajd, ġobon jew frott miżjuda u li meta jkun xott ma jkunx fih, bil-piż, aktar minn 5 % ta’ zokkor u aktar minn 5 % ta’ xaħam |
||
|
1905 90 45 |
– – – Gallettini |
||
|
1905 90 55 |
– – – Prodotti estrużi jew espansi, aromatizzati jew melħin |
||
|
|
– – – Oħrajn: |
||
|
1905 90 60 |
– – – – B’sustanza ta’ ħlewwa miżjuda |
||
|
09.0242 |
2106 |
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel mhux imsemmija jew inklużi mkien ieħor: |
4 000 |
|
2106 10 |
– Konċentrati tal-proteini u sustanzi tal-proteini b’konsistenza: |
||
|
2106 10 80 |
– – Oħrajn |
||
|
2106 90 |
– Oħrajn: |
||
|
2106 90 98 |
– – – Oħrajn |