This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0802
Commission Regulation (EC) No 802/2007 of 5 July 2007 establishing a prohibition of fishing for cod in ICES zone IV; EC waters of IIa by vessels flying the flag of Sweden
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2007 tal- 5 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fiż-żona IV ta' l-ICES u l-ilmijiet taż-żona IIa tal-KE minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2007 tal- 5 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fiż-żona IV ta' l-ICES u l-ilmijiet taż-żona IIa tal-KE minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja
ĠU L 179, 7.7.2007, pp. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
|
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 179/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 802/2007
tal-5 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fiż-żona IV ta' l-ICES u l-ilmijiet taż-żona IIa tal-KE minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal bastimenti tal-Komunità, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007. |
|
(2) |
Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut l-aħħar mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).
ANNESS
|
Nru |
17 |
|
Stat Membru |
L-IŻVEZJA |
|
Stokk |
COD/2AC4. |
|
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
|
Żona |
IV; l-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa |
|
Data |
13.6.2007 |