Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0795

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2007 tal- 5 ta’ Lulju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

    ĠU L 176, 6.7.2007, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/795/oj

    6.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 176/9


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 795/2007

    tal-5 ta’ Lulju 2007

    li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    (2)

    Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

    (3)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

    (4)

    Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

    (5)

    Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

    (6)

    Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

    (7)

    Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

    (8)

    Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

    (9)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

    (3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


    ANNESS

    tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

    Kodiċi tal-prodott

    Destinazzjoni

    Unità ta' kejl

    Ammont tar-rifużjonijiet

    1102 20 10 9200  (1)

    C10

    EUR/t

    21,55

    1102 20 10 9400  (1)

    C10

    EUR/t

    18,47

    1102 20 90 9200  (1)

    C10

    EUR/t

    18,47

    1102 90 10 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1102 90 10 9900

    C10

    EUR/t

    0,00

    1102 90 30 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1103 19 40 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1103 13 10 9100  (1)

    C10

    EUR/t

    27,70

    1103 13 10 9300  (1)

    C10

    EUR/t

    21,55

    1103 13 10 9500  (1)

    C10

    EUR/t

    18,47

    1103 13 90 9100  (1)

    C10

    EUR/t

    18,47

    1103 19 10 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1103 19 30 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1103 20 60 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1103 20 20 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 19 69 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 12 90 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 12 90 9300

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 19 10 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 19 50 9110

    C10

    EUR/t

    24,62

    1104 19 50 9130

    C10

    EUR/t

    20,01

    1104 29 01 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 29 03 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 29 05 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 29 05 9300

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 22 20 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 22 30 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 23 10 9100

    C10

    EUR/t

    23,09

    1104 23 10 9300

    C10

    EUR/t

    17,70

    1104 29 11 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 29 51 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 29 55 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 30 10 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1104 30 90 9000

    C10

    EUR/t

    3,85

    1107 10 11 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1107 10 91 9000

    C10

    EUR/t

    0,00

    1108 11 00 9200

    C10

    EUR/t

    0,00

    1108 11 00 9300

    C10

    EUR/t

    0,00

    1108 12 00 9200

    C10

    EUR/t

    24,62

    1108 12 00 9300

    C10

    EUR/t

    24,62

    1108 13 00 9200

    C10

    EUR/t

    24,62

    1108 13 00 9300

    C10

    EUR/t

    24,62

    1108 19 10 9200

    C10

    EUR/t

    0,00

    1108 19 10 9300

    C10

    EUR/t

    0,00

    1109 00 00 9100

    C10

    EUR/t

    0,00

    1702 30 51 9000  (2)

    C10

    EUR/t

    24,12

    1702 30 59 9000  (2)

    C10

    EUR/t

    18,47

    1702 30 91 9000

    C10

    EUR/t

    24,12

    1702 30 99 9000

    C10

    EUR/t

    18,47

    1702 40 90 9000

    C10

    EUR/t

    18,47

    1702 90 50 9100

    C10

    EUR/t

    24,12

    1702 90 50 9900

    C10

    EUR/t

    18,47

    1702 90 75 9000

    C10

    EUR/t

    25,28

    1702 90 79 9000

    C10

    EUR/t

    17,54

    2106 90 55 9000

    C14

    EUR/t

    18,47


    (1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

    (2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

    Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

    Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

    C10

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha.

    C14

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


    Top