Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0729

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 729/2007 tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 tas-27 ta’ Ġunju 1996 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

ĠU L 166, 28.6.2007, p. 4–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011R1344

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/729/oj

28.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 729/2007

tal-25 ta’ Ġunju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 tas-27 ta’ Ġunju 1996 li jissospendi b’mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Huwa fl-interess tal-Komunità li d-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni jiġu sospiżi parzjalment jew totalment għal għadd ta’ prodotti ġodda mhux elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 (1).

(2)

Għadd ta’ prodotti għandhom jitneħħew mil-lista fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għax il-Komunità m’għandhiex interess li tkompli iżżomm is-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni jew għax teħtieġ tinbidel id-deskrizzjoni biex tinkludi l-iżviluppi tekniċi tal-prodotti u t-tendenzi ekonomiċi fuq is-suq.

(3)

Għaldaqstant, il-prodotti li teħtieġ tinbidel id-deskrizzjoni tagħhom għandhom jitqiesu bħala prodotti ġodda.

(4)

Il-perjodu ta’ validità tal-miżura għandu jkun limitat sabiex ikunu jistgħu jsiru valutazzjonijiet ekonomiċi għas-sospensjonijiet individwali. L-esperjenza wriet il-ħtieġa li tingħata data ta’ skadenza għas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru. 1255/96 biex ikun żgurat li jitqies it-tibdil teknoloġiku u ekonomiku. Dan ma għandux jeskludi t-tmiem prematur ta’ ċerti miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dan il-perjodu, jekk jitressqu raġunijiet ekonomiċi, skond il-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwoti u s-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi (2).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Tenut kont ta’ l-importanza ekonomika ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li tintuża d-dispożizzjoni dwar l-urġenza msemmija fil-punt I.3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(7)

Minħabba li dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007, għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)

il-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiddaħħlu, flimkien mar-rati korrispondenti ta’ dazju u ta’ perjodi ta’ validità;

(2)

il-prodotti li l-Kodiċi NM u TARIC tagħhom huma mniżżla fl-Anness II għal dan ir-Regolament, flimkien mar-rati korrispondenti ta’ dazju u ta’ perjodi ta’ validità, għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)  ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1897/2006 (ĠU L 395, 30.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2.


ANNESS I

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Perjodu ta’ validità

ex 0302 70 00

11

Bajd iebes tal-ħut, frisk, imkessaħ jew friżat

0  %

1.7.2007 - 31.12.2008

ex 0302 70 00

31

ex 0302 70 00

41

ex 0302 70 00

82

ex 0302 70 00

83

ex 0302 70 00

84

ex 0302 70 00

89

ex 0303 80 90

10

ex 0303 80 90

12

ex 0303 80 90

14

ex 0303 80 90

16

ex 0303 80 90

19

ex 2009 80 79

87

Konċentrat iffriżat tal-meraq tal-boysenberry b’valur Brix ta’ 61 jew aktar, iżda mhux aktar minn 65

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2009 80 99

93

Ilma tal-ġewż ta’ l-indi (coconut) iffriżat mhux ittrattat, mhux maħruġ għall-bejgħ bl-imnut

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2811 22 00

20

Mikrosferi ta’ silkon amorfi b’daqs tal-partiċelli ta’ 5 μm (± 1 μm), għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2811 22 00

30

Boċċi ta’ silika bajda poruża b’ daqs tal-partiċelli ta’ aktar minn 1 μm għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti kożmetiċi (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2827 39 85

20

Pentakloridu ta’ l-antimonju b’purità skond il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2845 90 90

10

Elju-3

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2845 90 90

20

Ilma arrikkit fuq livell ta’ 95 % jew aktar bl-ossiġenu-18

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2845 90 90

30

Monossidu tal-karbon 13C

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2916 39 00

45

Aċdu 2-klorobenżojku

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

2920 90 40

 

Fosfit trietiliku

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2921 51 19

40

p-Fenilenedijamin

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2924 19 00

60

N,N-Dimetilakrilamid

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2926 90 95

61

Aċdu m-(1-Ċanoetil)benżojku

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2929 10 90

80

1,3-Bis(isoċjanatometil) benżin

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2930 90 85

78

4-Merkaptomeil-3,6-ditja-1,8-oktanditjol

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2932 29 85

60

6′-(Dibutilamino)-3′-metil-2′-(fenilamino)-spiro[isobenzofuran-1(3H),9′-[9H]żanten]-3-on

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2932 29 85

71

6′-(Dijetilamino)-3′-metil-2′-(fenilamino)-spiro[isobenzofuran-1(3H),9′-[9H]zanten]-3-on

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2932 29 85

72

2′-[Bis(fenilmetil)amino]-6′-(dijetilamino)-spiro[isobenzofuran-1(3H),9′-[9H]żanten]-3-on

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2933 21 00

70

α-(4-Metoksibenzojl)-α-(1-benzil-5-etoksi-3-ħidantojnil)-2-kloro-5-dodesiloksikarbonilaċetanilide

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2933 39 99

50

N-Floro-2,6-dikloropiridinium tetrafloroborat

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2933 99 90

81

1,2,3-Benżotrijażol

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 2933 99 90

82

Toliltrijażol

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3707 10 00

40

Emulsjoni sensitizzanti, li fiha:

mhux aktar minn 10 % bil-piż ta’ esteri tan-naftokwinondijazid,

2 % jew aktar iżda mhux aktra minn 20 % bil-piż ta’ kopolimeri ta’ idroksistirene,

mhux aktar minn 7 % ta’ deriviatti li fihom l-epoksi

maħlula f’aċetat 1-etoksi-2-propil u/jew laktat ta’ l-aċetat

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3815 90 90

71

Katalist, li fih N-(2-idroksipropilammonjum)dijazabiċiklo (2,2,2) oktan-2-ethil essanoat, maħlul fl-etan-1,2-diol

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3903 19 00

30

Polistajrin kristallin b’punt tat-tidwib ta’ 268 °C jew aktar iżda mhux aktar minn 272 °C u punt ta’ solidifikazzjoni ta’ 247 °C jew aktar iżda mhux aktar minn 252 °C, fih jew ma fihx adittivi u materjal għall-mili

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3904 22 00

91

Klorul ta’ (poli)vinil, miżbugħ fil-massa, taħt forma ta’ qxur, ħbub, ċagħaq jew laqx rettangulari, għal użu bħala elementi dekorattivi ma’ l-art jew mal-kisi tal-ħitan (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2008

ex 3926 90 97

80

ex 3907 30 00

40

Rażi ta’ eposside, li fihom piż ta’ 70 % jew iktar ta’ diossidu tas-silikon, għall-inkapsulament ta’ l-oġġetti fit-titlu Nru 8533 , 8535 , 8536 , 8541 , 8542 jew 8548  (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2008

ex 3916 90 15

10

ex 3926 90 97

70

ex 3919 10 38

40

Fojl tar-reża epoksi mmodifikat, b’żewġ naħat u li jeħel waħdu, f’rombli ta’ wisa’ ta’ bejn 10 u 20 ċm u ta’ tul ta’ bejn 10 u 210 m u bi ħxuna totali ta’ bejn 10 u 50 μm, mhux għall-bejgħ bl-imnut

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3920 59 90

10

Folja mhux ċellulari u mhux laminata ta’ kopolimeru mmodifikat ta’ akrilat akrilonitrile-metil bi ħxuna ta’ 1.0 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 1.3 mm, maħruġa f’rombli

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3920 99 28

50

Folja rqiqa termplastika tal-polijuretan, bi ħxuna ta’ 250 μm jew aktar iżda mhux aktar minn 350 μm, mgħottija minn naħa b’folja għall-protezzjoni li tista’ titneħħa

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 3920 99 59

55

Membrani għall-bdil ta’ joni ta’ materjal ta’ plastik fluworinat

0  %

1.7.2007 - 31.12.2008

ex 5004 00 10

10

Ħajt tal-ħarir (għajr ħajt magħżul mill-iskart tal-ħarir) mhux maħruġ għall-bejgħ bl-imnut, mhux ibbliċjat, magħruk jew ibbliċjat, kollu kemm hu tal-ħarir

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 5004 00 90

10

Ħjut mibrumin kompletament mill-ħarir, mhux ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut

2,5  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 5907 00 90

10

Drappijiet ta’ tessuti, miksija b’kolla li fiha boċċi ta’ dijametru li ma jaqbiżx il-150 μm

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 7011 20 00

20

Kon tal-ħġieġ (lembut) għal tubu tar-raġġ katodiku b’qies djagonali ta’ 508,8 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 811,0 mm

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 7011 20 00

50

Pjanċa b’wiċċ tal-ħġieġ

bi trasmissjoni tad-dawl ta’ 52,5 % (± 5 %) bi ħxuna tal-ħġieġ ta’ 11,43 mm u

bi trażmissjoni tad-dawl ta’ 512,1 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 814,2 mm u

qisien ta’ 341,8 × 440,5 × 94,1 mm (± 1,4 mm)

jew 359,4 × 454,8 × 80,0 mm (± 1,4 mm)

jew 358,0 × 454,0 × 90,0 (± 1,4 mm)

jew 359,4 × 454,8 × 72,0 (± 1,4 mm)

jew 396,0 × 633,0 × 103,7 mm (± 1,4 mm)

jew 472,7 × 600,8 × 97,6 mm (± 1,4 mm)

jew 472,7 × 600,8 × 84,5 mm (± 1,4 mm)

jew 445,0 × 726,1 × 112,5 mm (± 1,4 mm)

jew 445,0 × 726,1 × 93,0 mm (± 1,4 mm)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8407 90 10

10

Magni petrol ta’ erba’ kolpi (four stroke) b’ċilindrata ta’ mhux aktar minn 250 cm3 għall-użu fil-produzzjoni ta’ tagħmir għall-qtugħ tal-ħaxix tas-sotto-intestatura 8433 11 , tagħmir għall-qtugħ tal-ħaxix tas-sotto-intestatura 8433 20 10 , rotovators tas-sottointestatura 8432 29 50 jew xreders għall-ġnien tas-sotto-intestatura 8436 80 99  (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8413 91 00

20

Swash plates tal-manganiż-silikon-bronż b’kontenut tar-ramm ta’ 58 % jew aktar iżda mhux aktar minn 63 % bil-piż biex jiġu inkorporati f’pompi tal-fluwidi għall-kundizzjonaturi ta’ l-ajra tal-vetturi bil-mutur

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8501 31 00

30

Mutur DC, mingħajr brushes, b’winding three-phase, b’dijametru estern ta’ 85 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 115 mm, torque nominali ta’ 2.23 Nm (± 1.0 Nm), ta’ saħħa aktar minn 120 W iżda mhux aktar minn 520 W, kalkulata b’1 550 RPM (± 350 RPM) bi provvista ta’ vultaġġ ta’ 12 V armata b’ċirkwit elettroniku mgħammar b’sensors li jużaw il-Hall effect, għall-użu fl-apparat tal-kontroll ta’ power steering ta’ l-elettriku (mutur tal-power steering) (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8507 80 30

40

Akkumulatur tal-joni tal-litju rettangolari b’

tul ta’ 80 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 000  mm,

wisa’ ta’ 25 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 150 mm,

għoli ta’ 100 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 500 mm,

toqol ta’ 0,5 kg jew aktar, iżda mhux aktar minn 30 kg,

kapaċità ta’ 20 Ah jew aktar, iżda mhux aktar minn 1 000  Ah,

biex jintuża fil-manifattura ta’ unitajiet tal-provvista ta’ l-enerġija li jiċċarġjaw mill-ġdid biex ikunu inkorporati fi prodotti taħt l-intestatura Nru 8903  (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8529 90 65

70

Drajver ta’ unità li jkun jikkonsisti minn ċirkwit integrat elettroniku u ċirkwit stampat flessibbli, għall-użu fil-manifattura ta’ moduli LCD (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8539 39 00

20

Bozoz florexxenti b’tubu katodiku kiesaħ (CCFL) jew Elettrodu Estern (EEFL), ta’ dijametru li ma jaqbiżx 5 mm u b’tul ta’ aktar minn 120 mm u li ma jaqbiżx 1 570  mm, għall-inkorporazzjoni f’units fil-moduli LCD għad-dawl ta’ l-isfond (backlight) (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8540 11 11

95

Tubu tar-raġġi katodiċi tal-kulur bi slot mask, mgħammar b’electron gun u b’deflection yoke u b’skrin bi proporzjon ta’ wisa’/għoli ta’ 4/3 u tul djagonali ta’ l-iskrin ta’ mhux aktar minn 42 ċm

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 8540 11 19

91

Tubu bir-raġġi tal-katowd tal-kulur (CRT) mgħammar b’punti ħdejn xulxin li jisparaw l-elettrons (teknoloġija in-line), b’qies djagonali ta’ l-iskrin ta’ 79 ċm jew iktar

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 9001 20 00

20

Folji ottiċi, diffusivi, rifletturi jew priżma, pjanċi diffusivi mhux stampati, ikollhom jew ma jkollhomx proprjetatjiet polarizzanti, maqtugħin speċifikament, għall-użu fil-manifattura ta’ moduli LCD (1)

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011

ex 9001 90 00

55

ex 9001 90 00

70

Folja tal-poli(etilene tereftalat), bi ħxuna ta’ inqas minn 300 μm skond ASTM D2103, b’fuq naħa priżmi tar-raża akrilika b’angolu tal-priżma ta’ 90° u prism pitch ta’ 50 μm

0  %

1.7.2007 - 31.12.2011


(1)  Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti Komunitarji (ara Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).


ANNESS II

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

0302 70 00

11

0302 70 00

31

0302 70 00

41

0302 70 00

82

0302 70 00

83

0302 70 00

84

0302 70 00

89

0303 80 90

10

0303 80 90

19

3707 10 00

20

3904 22 00

91

3926 90 98

80

3907 30 00

40

3916 90 15

10

3926 90 98

70

3919 10 38

40

3920 99 53

 

3920 99 59

55

5004 00 10

10

5004 00 90

10

5402 49 00

85

5503 90 90

40

5907 00 90

10

6307 90 10

10

7019 19 10

40

8540 11 19

91

9001 20 00

20

9001 90 00

55

9001 20 00

30

9001 90 00

65


Top