Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0715

    Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/715/oj

    29.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 171/1


    REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

    dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Is-suq intern jikkonsisti f’zona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital għandu jiġi żgurat. Għal dak l-għan, hemm fis-seħħ sistema ta’ approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur, stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3). Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

    (2)

    Dan ir-Regolament huwa wieħed minn numru ta’ atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip taħt id-Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata skond dan.

    (3)

    Fuq talba tal-Parlament Ewropew ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-vetturi. B’hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fundamentali dwar l-emissjonijiet mill-vetturi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati wara l-proċeduri ta’ kumitoloġija.

    (4)

    F’Marzu 2001 il-Kummissjoni varat il-programm Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), li l-elementi ewlenin tiegħu huma spjegati f’komunikazzjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2005. Dan wassal għall-adozzjoni ta’ strateġija tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja bil-komunikazzjoni tal-21 ta’ Settembru 2005. Waħda mill-konklużjonijiet ta’ l-istrateġija tematika hija li hemm bżonn ta’ tnaqqis ulterjuri ta’ l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (trasport bl-ajru, marittimu u bl-art), mid-djar u mis-setturi ta’ l-enerġija, tal-biedja u ta l-industrija biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-UE dwar il-kwalità ta’ l-arja. F’dan il-kuntest, il-ħidma biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn vetturi għandha tiġi affrontata bħala parti minn strateġija globali. L-istandards Euro 5 u 6 huma waħda mill-miżuri mfassla biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ partikulat u ta’ prekursuri ta’ l-ożonu, bħal ma huma l-ossidi tan-nitroġenu u l-idrokarburi.

    (5)

    Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ l-UE rigward il-kwalità ta’ l-arja. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tingħata informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fil-ġejjieni. Għalhekk, apparti l-Euro 5, dan ir-Regolament jinkludi l-istadju Euro 6 tal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet.

    (6)

    B’mod partikulari, hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għat-tniġġis. Dan jeħtieġ li, fl-istadju Euro 6, jintlaħqu valuri ta’ limitu ambizzjużi, mingħajr ma’ jkun hemm l-obbligu li jiġu abbandunati l-vantaġġi tal-magni diesel f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-fjuwil u ma’ l-emissjonijiet ta’ idrokarburi u tal-monossidju tal-karbonju. Jekk jiġi stabbilit pass ta’ dan it-tip għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu fi stadju bikri, tingħata sigurtà għall-ippjanar fit-tul, fl-Ewropa kollha għall-manifatturi ta’ vetturi.

    (7)

    Fl-iffissar ta’ l-istandards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, in-nefqiet diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jinħolqu f’termini ta’ tħeġġiġ ta’ l-innovazzjoni, titjib fil-kwalità ta’ l-arja, tnaqqis fin-nefqiet għas-saħħa, u żieda fil-medja ta’ l-għomor, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ l-impatt globali fuq l-emissjonijiet CO2.

    (8)

    Hemm bżonn ta’ aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manteniment tal-vetturi, bl-użu ta’ format standardizzat li jista’ jintuża biex terġa’ tinkiseb l-informazzjoni teknika u l-kompetizzjoni effettiva fis-suq biex jittejjeb il-mod kif jaħdem is-suq intern, partikolarment fir-rigward tal-moviment liberu ta’ merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi. Proporzjon kbir ta’ tali informazzjoni hu relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi ta’ vetturi oħra. Ikun xieraq li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-websajts tal-manifatturi għandhom isegwu, flimkien ma’ miżuri mmirati biex jiġi żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). Standards komuni miftehma bl-involviment ta’ kull min hu involut, bħall-format OASIS (4), jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-manifatturi u l-fornituri ta’ servizzi. Hu għalhekk xieraq li inizjalment jiġi rikjest l-użu ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-format OASIS u biex il-Kummissjoni tintalab tirrikjedi CEN/ISO biex dan il-format ikompli jiġi żviluppat fi standard bl-intenzjoni li l-format OASIS jiġi sostitwit fiż-żmien dovut.

    (9)

    Mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-intenzjoni li jiġi determinat jekk ikunx xieraq li d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi jiġu konsolidati fi ħdan Direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar vetturi jiġu inkorporati f’dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm id-drittijiet eżistenti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jiġu preżervati.

    (10)

    Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-emissjonijiet li għadhom mhux regolati u li jinħolqu bħala konsegwenza ta’ użu usa’ ta’ formulazzjonijiet ġodda ta’ karburanti, teknoloġiji tal-magni u sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni u, fejn jeħtieġ, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jiġu regolati dan it-tip ta emissjonijiet.

    (11)

    Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi u sabiex dawn it-tip ta’ vetturi, li jista’ jkollhom emissjonijiet baxxi ta’ ossidju tan-nitroġenu u ta’ materja partikulata, ikomplu jeżistu, u fl-istess ħin jinkoraġġixxu emissjonijiet imnaqqsa minn vetturi li jaħdmu bil-petrol, dan ir-Regolament jintroduċi valuri ta’ limitu separati għal idrokarburi totali u idrokarburi totali mhux tal-metanu.

    (12)

    Għandhom jitkomplew l-isforzi għall-implimentazzjoni ta’ limiti aktar stretti fuq l-emissjonijiet, li jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju, u sabiex jiġi żgurat li dawk il-limiti jirrelataw mar-rendiment fil-fatt tal-vetturi meta dawn ikunu qed jintużaw.

    (13)

    Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ materjal partikulat fin ħafna (PM 0.1 µm u inqas) ikunu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tadotta, malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ l-istadju Euro 6, metodu bbażat fuq numri fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ PM, b’żieda mal-metodu bbażat fuq il-massa li jintuża bħal issa. L-approċċ ibbażat fuq numri għal emissjonijiet ta’ PM għandu jaħdem fuq ir-riżultati tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) ta’ l-UN/ECE, u għandu jkun konsistenti ma’ l-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

    (14)

    Biex tipprovdi possibbiltà akbar ta’ ripetizzjoni tal-kejl tal-massa u tan-numru ta’ emissjonijiet f’partikulati fil-laboratorju, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura ġdida ta’ kejl li tissostitwixxi l-proċedura attwali. Dan għandu jsir mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ l-istadju Euro 6. Għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-PMP. Meta l-proċedura ta’ kejl il-ġdida tiġi implimentata, il-limiti tal-massa ta’ PM stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalibrati mill-ġdid, billi l-proċedura l-ġdida tirreġistra livell aktar baxx ta’ massa minn dak attwali.

    (15)

    Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni l-bżonn li tirrevedi ċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (New European Drive Cycle) bħala proċedura ta’ ttestjar li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti dwar emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE. L-aġġornament jew is-sostituzzjoni taċ-ċikli ta’ ttestjar jistgħu jkunu meħtieġa biex jirriflettu l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u l-imġieba tas-sewwieqa. Reviżjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-emissjonijiet fid-dinja reali jikkorrispondu għal dawk imkejla fl-approvazzjoni tat-tip. L-użu ta’ sistemi portable ta’ kejl ta’ emissjonijiet u l-introduzzjoni ta’ kunċett regolatorju ta’ “m’għandux jinqabeż” għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

    (16)

    Sistemi OBD huma importanti għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet matul l-użu tal-vettura. Minħabba l-importanza li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet fid-dinja reali, il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni r-rekwiżiti għal tali sistemi u l-limiti ta’ tolleranza għall-monitoraġġ ta’ difetti.

    (17)

    Metodu standardizzat għall-kejl tal-konsum tal-karburant u ta’ l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-vetturi huwa meħtieġ biex jiżgura li ebda ostakli tekniċi għall-kummerċ ma jinħolqu bejn l-Istati Membri. Aktar minn hekk, huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li l-klijenti u l-utenti jingħataw informazzjoni oġġettiva u preċiża.

    (18)

    Qabel ma titħejja proposta għal standards futuri ta’ l-emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel studji maħsuba sabiex jiġi determinat jekk għadux meħtieġ li titkompla s-suddiviżjoni ta’ kategoriji ta’ vetturi fi gruppi, u jekk jistgħux jiġu applikati limiti ta’ emissjonijiet indipendenti mill-massa.

    (19)

    L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, permezz ta’ inċentivi finanzjarji, jgħaġġlu t-tqegħid fis-suq ta’ vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti adottati fil-livell Komunitarju. Madanakollu, tali inċentivi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna statali. Dan sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jinkludu l-emissjonijiet fil-bażi tal-kalkolu tat-taxxi imposti fuq il-vetturi.

    (20)

    Billi l-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant tal-vetturi żviluppat matul perjodu ta’ aktar minn 35 sena u issa hija mifruxa fuq aktar minn 24 Direttiva, huwa rakkomandabbli li dawk id-Direttivi jiġu sostitwiti b’regolament ġdid u numru ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Regolament jiżgura li d-dispożizzjonijiet tekniċi dettaljati jkunu applikabbli direttament għall-manifatturi, awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni u servizzi tekniċi u li jkunu jistgħu jiġu aġġornati b’aktar ħeffa u effiċjenza. Id-Direttivi 70/220/KEE (5), 72/306/KEE (6), 74/290/KEE (7), 80/1268/KEE (8), 83/351/KEE (9), 88/76/KEE (10), 88/436/KEE (11), 89/458/KEE (12), 91/441/KEE (13), 93/59/KEE (14), 94/12/KE (15), 96/69/KE (16), 98/69/KE (17), 2001/1/KE (18), 2001/100/KE (19) u 2004/3/KE (20) għandhom għalhekk jiġu mħassra. Barra min dan, l-Istati Membri għandhom iħassru wkoll il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttivi mħassra.

    (21)

    Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (21) għandhom jiġu emendati b’tali mod li jkopru l-vetturi heavy-duty kollha, sabiex ikun magħmul ċar li dan ir-Regolament jikkonċerna l-vetturi light-duty.

    (22)

    Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-Direttivi eżistenti għal dan ir-Regolament, l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita għal ċertu perjodu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Madanakollu, matul dak il-perjodu l-manifatturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jkollhom il-vetturi approvati jew taħt id-Direttivi preżenti jew taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-inċentivi finanzjarji għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-validità ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija taħt id-Direttivi eżistenti m’hijiex affettwata mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (23)

    Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr problemi mid-Direttivi li jeżistu bħalissa għal dan ir-Regolament għandhom jiġu previsti ċerti eċċezzjonijiet fl-istadju Euro 5 għal vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jitwaqqfu meta jibda jseħħ l-istadju Euro 6.

    (24)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (22).

    (25)

    B’mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi fl-Anness I valuri ta’ limitu ta’ partikulati fuq bażi ta’ numri, kif ukoll biex tikkalibra mill-ġdid il-valuri ta’ limitu mniżżla f’dak l-Anness ibbażati fuq il-massa ta’ partikulati. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (26)

    B’mod partikulari l-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa biex tistabbilixxi proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura riveduta għall-kejl ta’ materjal f’partikuli u valur ta’ limitu tan-numru ta’ partikuli, u biex tadotta miżuri dwar l-użu ta’ tagħmir għar-riduzzjoni tal-kontroll, l-aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta’ testijiet użati biex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla bħala suppliment għal dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (27)

    Peress illi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri r-realizzazzjoni tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u l-aċċess iggarantit għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta’ vetturi għal operaturi indipendenti fuq l-istess bażi bħall-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Suġġett

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (“vetturi”) u “spare parts” bħal ma hu tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward ta’ l-emissjonijiet tagħhom.

    2.   Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli tal-konformità waqt s-servizz, perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, sistemi ta’ dijanjostika fil-vettura (on-board diagnostic systems (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ra’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg.

    2.   Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża minn vetturi li jaqgħu taħt paragrafu 1 għall-vetturi M1, M2, N1 u N2 kif speċifikat fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx 2 840 kg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni tiegħu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1)

    “vettura hybrid” tfisser vettura b’minn ta’ lanqas żewġ konvertituri ta’ l-enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħżin ta’ enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;

    2)

    “vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi” tfisser vetturi diesel tal-kategorija M1 li huma:

    (a)

    vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg;

    (b)

    vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg u magħmulin apposta biex iġorru 7 persuni jew aktar inkluż is-sewwieq bl-esklużjoni, mill-1 ta’ Settembru 2012, ta’ vetturi tal-kategorija M1G kif definit fid-Direttiva 70/156/KEE;

    jew

    (ċ)

    vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 1 760kg mibnija speċifikatament għal skopijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tas-siġġijiet tar-roti fil-vettura;

    jew

    3)

    “massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew imnaqqsa bil-massa uniformi ta’ sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;

    4)

    “inkwinanti gassużi” jfissru emissjonijiet ta’ gass ta’ l-exhaust bħala monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu, espressi f’ekwivalenti ta’ dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarburi;

    5)

    “inkwinanti f’partikulati” jfissru komponenti tal-gass ta’ l-exhaust li jitneħħew minn gass ta’ l-exhaust dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura ta’ ttestjar għall-verifika ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe;

    6)

    “emissjonijiet mit-tailpipe” ifissru emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli;

    7)

    “emissjonijiet evaporattivi” ifissru evaporazzjonijiet ta’ idrokarburi li joħorġu mis-sistema tal-karburant tal-vettura għajr dawk minn emissjonijiet mit-tailpipe;

    8)

    crankcase” ifisser l-ispazji ġo, jew barra, il-magna li huma mqabbdin mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;

    9)

    “sistema ta’ dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn x’aktarx hemm funzjonament ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

    10)

    “tagħmir ta’ riduzzjoni” jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura;

    11)

    “tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi;

    12)

    “tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip koperti bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-vettura konċernata;

    13)

    “tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip maħsuba biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jistgħu jiġu approvati bħala unità teknika separata kif speċifikat fid-Direttiva 70/156/KEE;

    14)

    “informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, inklużi kull emendi u supplimenti li jiġu wara tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’partijiet jew tagħmir;

    15)

    “operatur indipendenti” tfisser impriżi għajr bejjiegħa awtorizzati u min isewwi li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari min isewwi, manifatturi jew distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodda jew spare parts, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi ta’ l-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru t-taħriġ lil min jinstalla, jimmanifattura u jsewwi t-tagħmir għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

    16)

    “bijofjuwils” tfisser fjuwils f’forma ta’ likwidu jew ta’ gass għat-trasport prodott mill-bijomassa;

    17)

    “vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’għall-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jew ikun fil-forma ta’ gass f’temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew sustanzjalment derivat minn żejt li mhux minerali.

    KAPITOLU II

    OBBLIGI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-MANIFATTURI

    Artikolu 4

    Obbligi tal-manifatturi

    1.   Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

    2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.

    Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. Għalhekk, miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom jiġu verifikati sa perijodu ta’ ħames snin jew 100 000 km, liema minnhom jasal l-ewwel. L-ittestjar tal-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis imressaq għall-approvazzjoni tat-tip għandu jkopri 160 000 km. Biex jikkonformaw ma’ dan it-test tal-perjodu tas-servizz, il-manifatturi għandu jkollhom il-possibilità li jużaw testijiet ta’ riproduzzjoni, f’laboratorju tal-kundizzjonijiet ta’ użu (“test bench ageing”), suġġett għall-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

    Il-konformità waqt is-servizz għandha tkun ikkontrollata b’mod partikulari għall-emissjonijiet mit-tailpipe kif ittestjati mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Sabiex jitjieb il-kontroll ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, il-proċeduri ta’ ttestjar għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni.

    3.   Il-manifatturi għandhom jifformulaw ċifri ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju u ta’ konsum tal-karburant f’dokument mogħti lix-xerrej tal-vettura fil-ħin tax-xiri.

    4.   Il-proċeduri speċifiċi u r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

    Artikolu 5

    Rekwiżiti u testijiet

    1.   Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    2.   L-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’ għandiex tapplika fejn:

    (a)

    il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;

    (b)

    it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta’ l-istartjar tal-magna;

    jew

    (ċ)

    il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe.

    3.   Il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f’dan il-paragrafu, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward ta’:

    (a)

    l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli ta’ test, l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, waqt modalità ta’ idling, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ after-treatment;

    (b)

    l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet mill-crankcase;

    (c)

    is-sistemi ta’ OBD u l-prestazzjoni waqt l-użu tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis;

    (d)

    il-perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis tal-bdil, konformità waqt s-servizz, konformità tal-produzzjoni u tal-kondizzjoni tajba għat-triq;

    (e)

    kejl tal-gass bl-effett serra, l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant;

    (f)

    il-vetturi hybrid u vetturi ta’ fjuwil alternattiv;

    (g)

    l-estensjoni ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip u r-rekwiżiti għal manifatturi ta’ volum baxx;

    (h)

    ir-rekwiżiti għat-tagħmir tat-testijiet;

    u

    (i)

    il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass.

    Ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom, fejn meħtieġ, japplikaw għal vetturi kollha mingħajr ma jitqies it-tip ta’ fjuwil li huma jużaw.

    KAPITOLU III

    AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURA

    Artikolu 6

    Obbligi tal-manifatturi

    1.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura lill-operaturi indipendenti permezz ta’ websajts permezz ta’ format standardizzat b’mod faċilment aċċessibbli u malajr, u b’mod li ma jkunx diskriminatorju meta pparagunat mad-dispożizzjoni mogħtija jew ma’ l-aċċess mogħti lil bejjiegħa u lil min isewwi awtorizzati. Bil-ħsieb li tiffaċilita l-kisba ta’ dan l-objettiv, l-informazzjoni għandha titressaq b’mod konsistenti, fil-bidu bi qbil mar-rekwiżiti tekniċi tal-format OASIS (23). Il-produtturi għandhom jipprovdu wkoll materjal ta’ taħriġ lill-operaturi indipendenti u lill-negozjanti awtorizzati u lil min isewwi.

    2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

    (a)

    l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;

    (b)

    il-manwali tal-manutenzjoni;

    (ċ)

    il-manwali tekniċi;

    (d)

    l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

    (e)

    il-pjanti tal-wiring;

    (f)

    il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur);

    (g)

    in-numru ta’ l-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;

    (h)

    l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;

    u

    (i)

    l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-data u d-data bi-direzzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar.

    3.   Bejjiegħa u min isewwi awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ xi vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament safejn huma jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom m’humiex imsieħba fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

    4.   L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni.

    5.   Għal skopijiet ta’ manifattura u manutenzjoni ta’ partijiet għall-bdil jew għall-manutenzjoni kompatibbli ma’ l-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil dawk interessati fost il-manifatturi ta’, jew min isewwi komponenti, għodda għad-dijanjostika jew tagħmir tat-testijiet.

    6.   Għall-iskopijiet tat-tfassil u l-manifattura ta’ tagħmir ta’ vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-produtturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja għal kwalunkwe produttur interessat, għal min jinstalla jew għal min isewwi t-tagħmir ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv.

    7.   Meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi evidenza dwar il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament fir rigward ta’ l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip. F’każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak il-waqt, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Jekk tali evidenza ta’ konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.

    Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti ta’ l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.

    Artikolu 7

    Ħlasijiet mitluba għal aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u l-manutenzjonital-vettura

    1.   Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura koperta minn dan ir-Regolament; ħlas mitlub ma jkunx raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra l-ammont ta’ użu li operatur indipendenti jkun se jagħmel minnha.

    2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq bażi ta’ kuljum, kull xahar u ta’ kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għandhom ivarjaw skond il-perjodu ta’ żmien relattiv ta’ aċċess mogħti.

    Artikolu 8

    Miżuri ta’ implimentazzjoni

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi konnessi mal-mod ta’ kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD, kif ukoll dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, b’mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ l- SMEs.

    Artikolu 9

    Rapport

    Mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 20111, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b’kunsiderazzjoni partikulari għall-effett fuq il-kompetizzjoni u t-tħaddim tas-suq intern u l-benefiċċji ambjentali. Ir-rapport għandu jqis ukoll jekk ikunx xieraq li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi f’direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip.

    KAPITOLU IV

    OBBLIGI TA’ L-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 10

    Approvazzjoni tat-tip

    1.   B’ effett mit-2 ta’ Lulju 2007, jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum ta’ karburant minn vetturi, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew jipprojbixxu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-vettura l-ġdida, fejn il-vettura konċernata tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 5 stipulati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I jew mal-valuri tal-limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

    2.   B’effett mill-1 ta’ Settembru 2009 u mill-1 ta’ Settembru 2010 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk għal vetturi tal-kategorija N1 klassi III.

    3.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, u mill-1 ta’ Jannar 2012 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III, kategorija N2 u vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess daqs dawk għal vetturi ta’ kategorija N1 klassi III.

    4.   B’effett mill-1 ta’ Settembru 2014, u mill-1 ta’ Settembru 2015 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

    5.   B’effett mill-1 ta’ Settembru 2015, u mill-1 ta’ Settembru 2016 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u l-kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, jiprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

    Artikolu 11

    Approvazzjoni tat-tip ta’ partijiet tal-bdil

    1.   Dwar tagħmir tal-bdil ġdid għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vetturi approvati skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tiegħu fuq vettura jekk ma tkunx ta’ tip li għalih tkun inħarġet approvazzjoni tat-tip konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    2.   L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip KE għal tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis maħsub għall-istandards ta’ qabel dan ir-Regolament taħt il-kundizzjonijiet li kienu japplikaw oriġinarjament. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni ta’ tali tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis fuq vettura sakemm ma jkunx ta’ tip li għalih tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip rilevanti.

    3.   Tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vettura bl-approvazzjoni tat-tip qabel l-adozzjoni tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 12

    Inċentivi finanzjarji

    1.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi prodotti f’serje li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

    Dawk l-inċentivi għandhom ikunu validi għall-vetturi ġodda kollha offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru li jikkonformaw għall-inqas mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu fid-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3).

    Inċentivi finanzjarji li japplikaw esklussivament għal vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I jistgħu jingħataw għal tali vetturi ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru mid-dati ffissati fl-Artikolu 10(3) qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(5); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu f’dawk id-dati.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-attrezzar b’lura ta’ vetturi diġà fl-użu u għal skrappjar ta’ vetturi li ma jikkonformawx.

    3.   L-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, għal kull tip ta’ vettura, m’ għandhomx jaqbżu n-nefqa addizzjonali għat-tagħmir tekniku introdott biex jiżgura l-konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża n-nefqa ta’ l-istallazzjoni fuq il-vettura.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien li jkun kmieni biżżejjed bi pjanijiet ta’ stabbiliment jew ta’ tibdil fl-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 13

    Penalitajiet

    1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.

    2.   It-tipi ta’ ksur li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:

    (a)

    li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni jew waqt proċeduri li jwasslu għat-teħid lura;

    (b)

    il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt s-servizz;

    (ċ)

    li wieħed iżomm għalih data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu biex tittieħed lura jew titneħħa approvazzjoni tat- tip;

    (d)

    l-użu ta’ tagħmir difettuż;

    u

    (e)

    li wieħed jirrifjuta li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni.

    KAPITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 14

    Definizzjoni mill-ġdid ta’ l-ispeċifikazzjonijiet

    1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metanu fil-kalkolu ta’ l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’miżuri biex jingħata kont għall-emissjonijiet tal-metanu jew biex jiġu limitati.

    2.   Wara t-tlestija tal-programm tal-kejl tal-partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri li ġejjin, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jkun issuplimentat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ ambizzjoni eżistenti rigward l-ambjent:

    (a)

    l-emendar ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) għall-fini ta’ kkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta’ limitu ta’ partikulati bbażati fuq il-massa stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u tintroduċi valuri ta’ limitu ta’ partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diesel;

    (b)

    adozzjoni ta’ proċedura ta’ kejl rivedut għall-partikulati u l-valur ta’ limitu ta’ partikulati f’numri, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

    3.   Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-proċeduri, t-testijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli ta’ ttestjar użati biex jitkejjlu l-emissjonijiet. Jekk mir-reviżjoni jirriżulta li dawn m’għadhomx xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali ta’ l-emissjonijiet, għandhom ikunu adattati b’tali mod li jirriflettu b’mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan attwali fit-toroq. Il-miżuri meħtieġa mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

    4.   Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-inkwinanti suġġetti għar-rekwiżiti tat-testijiet msemmija fl-Artikolu 5(3). Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizjonali jkunu regolati, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex dan ir-Regolament ikun emendat kif xieraq.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti ta’ emmissjonijiet stipulati fl-Anness I Tabella 4 għall-emissjonijiet mill-vetturi ta’ monossidu tal-karbonju u ta’ idrokarburi wara li jsir test ta’ startjar b’magna kiesħa u għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li tbaxxi l-limiti ta’ l-emissjonijiet.

    6.   L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2005/55/KE għandhom ikunu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) sabiex ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha jkunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

    Artikolu 15

    Proċedura fil-Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Artikolu 16

    Emendi għad-Direttivi 70/156/KEE u 2005/55/KE

    1.   Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Id-Direttiva 2005/55/KE hija b’dan emendata kif ġej:

    (a)

    It-titolu għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi kbar u ta’ magni f’dak li jirrigwarda l-emmissjonijiet tagħhom (Euro IV u V)”

    (b)

    L-Artikolu 1għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “Artikolu 1

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 610 kilo;

    (b)

    ‘magna’ tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura għal liema tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala entità separata, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;

    (ċ)

    ‘vetturi mtejba li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (EEV)’ tfisser vetturi li jaħdmu b’magna li tikkonforma mal-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet permessi stabbiliti fir-ringiela Ċ tat-tabelli f’Taqsima 6.2.1 ta’ l-Anness I.”;

    (ċ)

    It-Taqsima 1 ta’ l-Anness 1 għandha tinbidel bit-test li ġej:

    “1.

    Din id-Direttiva tapplika għall-kontroll ta’ sustanzi ta’ gass u materjali f’partikulati li jniġġsu, il-ħajja utli ta’ apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet, il-konformità ta’ vetturi/magni li qed jintużaw bħalissa u ta’ sistemi ta’ dijanjosi fil-vettura (OBD) tal-vetturi motorizzati kollha, u għall-magni kif speċifikat fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi tal-kategorija M1, N1, N2 and M2 li għalihom ingħatat l-approvazzjoni tat-tip taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 (*).

    (*)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.”"

    Artikolu 17

    Tħassir

    1.   Id-Direttivi li ġejjin għandhom jitħassru b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

    Direttiva 70/220/KEE,

    Direttiva 72/306/KEE,

    Direttiva 74/290/KEE,

    Direttiva 77/102/KEE,

    Direttiva 78/665/KEE,

    Direttiva 80/1268/KEE,

    Direttiva 83/351/KEE,

    Direttiva 88/76/KEE,

    Direttiva 88/436/KEE,

    Direttiva 89/458/KEE,

    Direttiva 91/441/KEE,

    Direttiva 93/59/KEE,

    Direttiva 93/116/KE,

    Direttiva 94/12/KE,

    Direttiva 96/44/KE,

    Direttiva 96/69/KE,

    Direttiva 98/69/KE,

    Direttiva 98/77/KE,

    Direttiva 1999/100/KE,

    Direttiva 1999/102/KE,

    Direttiva 2001/1/KE,

    Direttiva 2001/100/KE,

    Direttiva 2002/80/KE,

    Direttiva 2003/76/KE,

    Direttiva 2004/3/KE,

    2.   L-Annessi II u V tad-Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE tas-17 ta’ Lulju 1989 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 70/157/KEE, 70/220/KEE, 72/245/KEE, 72/306/KEE, 80/1268/KEE u 80/1269/KEE rigward il-vetturi bil-mutur (24) huma mħassra b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

    3.   Ir-referenzi magħmula għal Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    4.   L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tagħhom adottata taħt id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

    Artikolu 18

    Dħul fis-seħħ

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta’ Jannar 2009, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 10(1) u 12 li għandhom japplikaw mit-2 ta’ Lulju 2007.

    3.   L-emendi jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(6) għandhom jiġu adottati mit-2 ta’ Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, 20 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    H.-G. PÖTTERING

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GLOSER


    (1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 62.

    (2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2007.

    (3)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

    (4)  Organizzazzjoni għall-Avvanzament ta' Standards ta' Informazzjoni Strutturata.

    (5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn vetturi bil-mutur (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29).

    (6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra emissjonijiet ta’ inkwinanti minn magni diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25).

    (7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 74/290/KEE tat-28 ta’ Mejju 1974 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni “positive-ignition” ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).

    (8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-karburanti minn vetturi bil-mutur (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 36). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).

    (9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/351/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1983 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni “positive-ignition” ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1).

    (10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/76/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet mill-magni ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1).

    (11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/436/KEE 16 ta' Ġunju 1988 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet mill-magni ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1).

    (12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/458/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li temenda, fir-rigward tan-normi ta' emissjonijiet ewropej għal vetturi b'ċilindraċċ inqas minn 1,4 litre, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1).

    (13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1).

    (14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 186, 28.7.1993, p. 21).

    (15)  Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 42).

    (16)  Id-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 282, 1.11.1996, p. 64).

    (17)  Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).

    (18)  Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 35, 6.2.2001, p. 34).

    (19)  Id-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 16, 18.1.2002, p. 32).

    (20)  Id-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 80/1268/KEE tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma miżuri dwar emissjonijiet tad-diossidu u l-karbonju u l-użu tal-fjuwil minn vetturi bil-mutur fil-kategorija N1 (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).

    (21)  ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 11).

    (22)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    (23)  Il-“format OASIS” jirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Dokument OASIS SC2-D5, Format ta' Informazzjoni ta' Tiswija ta' Vetturi, verżjoni 1.0, 28 ta' Mejju 2003 (disponibbli hawn: http://www.oasis-open.org/committees/download.php/2412/Draft%20Committee%20Specification.pdf) u ta' Taqsimiet 3.2, 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 tad-Dokument OASIS SC1-D2, Autorepair Requirements Specification, version 6.1, dated 10.1.2003 (disponibbli hawn: http://lists.oasis-open.org/archives/autorepair/200302/pdf00005.pdf), li jużaw kliem miftuħ biss u formati grafiċi.

    (24)  ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43.


    ANNESS I

    LIMITI TA’ EMISSJONI

    Tabella 1

    Limiti ta’ Emissjoni Euro 5

     

    Massa ta’ Referenza

    (RM)

    (kg)

    Valuri ta’ Limitu

    Massa ta’ Monossidu tal-Karbonju

    (CO)

    Massa ta’ idrokarburi totali

    (THC)

    Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

    (NMHC)

    Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

    (NOx)

    Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

    (THC + NOx)

    Massa ta’ partikuli

    (PM)

    Numru ta’ partikuli (1)

    (P)

    L1

    (mg/km)

    L2

    (mg/km)

    L3

    (mg/km)

    L4

    (mg/km)

    L2 + L4

    (mg/km)

    L5

    (mg/km)

    L6

    (#/km)

    Kategorija

    Klassi

     

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI (2)

    CI

    PI

    CI

    M

    Kollha

    1 000

    500

    100

    68

    60

    180

    230

    5,0

    5,0

     

     

    N1

    I

    RM ≤ 1 305

    1 000

    500

    100

    68

    60

    180

    230

    5,0

    5,0

     

     

    II

    1 305  < RM ≤ 1 760

    1 810

    630

    130

    90

    75

    235

    295

    5,0

    5,0

     

     

    III

    1 760  < RM

    2 270

    740

    160

    108

    82

    280

    350

    5,0

    5,0

     

     

    N2

     

     

    2 270

    740

    160

    108

    82

    280

    350

    5,0

    5,0

     

     

    Qari: PI = Startjar pożittiv (Positive Ignition), CI = Startjar b’kompressjoni (Compression Ignition).


    Tabella 2

    Limiti ta’ Emissjoni Euro 6

     

    Massa ta’ referenza

    (RM)

    (kg)

    Valuri ta’ limitu

    Massa ta’ monossidu tal-karbonju

    (CO)

    Massa ta’ idrokarburi totali

    (THC)

    Massa ta’ idrokarburi mhux tal-metanu

    (NMHC)

    Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

    (NOx)

    Massa kombinata ta’ idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu

    (THC + NOx)

    Massa ta’ materja f’partikuli

    (PM)

    Numru ta’ partikuli (3)

    (P)

    L1

    (mg/km)

    L2

    (mg/km)

    L3

    (mg/km)

    L4

    (mg/km)

    L2 + L4

    (mg/km)

    L5

    (mg/km)

    L6

    (#/km)

    Kategorija

    Klassi

     

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI

    CI

    PI (4)

    CI

    PI

    CI

    M

    Kollha

    1 000

    500

    100

    68

    60

    80

    170

    5,0

    5,0

     

     

    N1

    I

    RM ≤ 1 305

    1 000

    500

    100

    68

    60

    80

    170

    5,0

    5,0

     

     

    II

    1 305  < RM ≤ 1 760

    1 810

    630

    130

    90

    75

    105

    195

    5,0

    5,0

     

     

    III

    1 760  < RM

    2 270

    740

    160

    108

    82

    125

    215

    5,0

    5,0

     

     

    N2

     

     

    2 270

    740

    160

    108

    82

    125

    215

    5,0

    5,0

     

     

    Qari: PI = Startjar pożittiv (Positive Ignition), CI = Startjar b’kompressjoni (Compression Ignition).


    Tabella 3

    Limitu ta’ Emissjoni għat-Test ta’ Emissjonijiet Evaporattivi

    Massa ta’ Emissjoni Evaporattiva (g/test)

    2,0


    Tabella 4

    Limitu ta’ Emissjoni għall-Emmissjonijiet mit-Tailpipe ta’ Monossidu tal-Karbonju u Idrokarbonju wara Cold Start Test

    Temperatura waqt it-test 266 K (–7  °C)

    Kategorija tal-Vettura

    Klassi

    Massa ta’ Monossidu tal-karbonju (CO)

    L1 (g/km)

    Massa ta’ idrokarburi (HC)

    L2 (g/km)

    M

    15

    1,8

    N1

    I

    15

    1,8

    II

    24

    2,7

    III

    30

    3,2

    N2

     

    30

    3,2


    (1)  Standard numeriku għandu jiġi definit għal dan l-istadju malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tan-norma Euro 6.

    (2)  L-istandards dwar il-massa ta’ partikulati minn startjar pożittiv japplikaw biss għal vetturi b’magni bl-injezzjoni diretta.

    (3)  Standard numeriku jiġi definit għal dan l-istadju.

    (4)  L-istandards dwar il-massa ta’ partikuli minn startjar pożittiv japplikaw biss għal vetturi b’magni bl-injezzjoni diretta.


    ANNESS II

    Emendi għad-Direttiva 70/156/KE

    Id-Direttiva 70/156/KEE hija b’ dan emendata kif ġej:

    1)

    Fl-Artikolu 2, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara l-aħħar inċiż:

    “Jekk issir referenza f’din id-Direttiva għal Direttiva jew Regolament separat, din għandha tinkludi wkoll l-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom.”

    2)

    Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva separata” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    Artikolu 2, l-ewwel inċiż; Artikolu 2, id-disa’ inċiż; Artikolu 2, l-għaxar inċiż; Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż; Artikolu 3(1): Artikolu 3(4): Artikolu 4(1)(c); Artikolu 4 (1)(d); Artikolu 5(5); Artikolu 6(3); Artikolu 7(2); Artikolu 13(4); Artikolu 13(5); Anness I, l-ewwel subparagrafu; Anness III, Parti III; Anness IV, Parti II, l-ewwel paragrafu; Anness V Taqsma 1(a); Anness V Taqsima 1(b); Anness V Taqsima 1(c); Anness VI, Naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness VII(1), Taqsima 4; Anness VII, nota tal-qiegħ (1); Anness X, Taqsima 2.1.; Anness X, Taqsima 3.3.; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: X; Anness XII, Taqsma B(2); Anness XIV, Taqsima 2(a); Anness XIV, Taqsima 2(c); Anness XIV, Taqsima 2(d).

    3)

    Il-kliem “jew Regolamenti” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttivi separati” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    Artikolu 2, it-tmien inċiż; Artikolu 3(1); Artikolu 3(2); Artikolu 4(1)(a) l-ewwel u t-tieni inċiż; Artikolu 4(1)(b); Artikolu 4(3); Artikolu 5(4) it-tielet subparagrafu; Artikolu 5(6); Artikolu 8(2); Artikolu 8(2)(c); Artikolu 9(2); Artikolu 10(2); Artikolu 11(1); Artikolu 13(2); Artikolu 14(1) (i); Lista ta’ l-Annessi: titolu ta’ l-Anness XIII; Anness I l-ewwel subparagrafu;Anness IV, Parti I, l-ewwel u t-tieni linja; Anness IV, Parti II, nota tal-qiegħ (1) għat-tabella; Anness V Taqsma 1(b); Anness V Taqsma 3; Anness V Taqsma 3(a); Anness V Taqsma 3(b); Anness VI, punt 1 u 2; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness X, Taqsima 2.2.; Anness X, Taqsima 2.3.5.; Anness X, Taqsima 3.5.; Anness XII, titolu; Anness XIV, Taqsima 1.1.; Anness XIV, Taqsima 2(c).

    4)

    Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    Artikolu 5(3) it-tielet subparagrafu; Anness IV, Parti I, nota tal-qiegħ X għat-tabella; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE l-intestatura tat-tabelli; Anness VII (1), Taqsima 2; Anness VII (1), Taqsima 3; Anness VII (1), Taqsima 4; Anness VIII, Taqsima 1,2,2.1 u 3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M1 punti 45, 46.1 u 46.2; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1 punt 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3, punti 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punt 45 u 46.1; Anness X, nota tal-qiegħ 2; Anness X, Taqsima 1.2.2; Anness XI, Appendiċi 4, tabella, intestatura tat-tielet kolonna; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: N/A; Anness XV, l-intestaturi tat-tabelli;

    Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorij N1, N2 u N3; Anness XV;

    5)

    Fl-Artikolu 8(2)(c) il-kliem “jew Regolament(i)” se jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva/i”.

    6)

    Fl-Anness IV, il-parti I, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “Suġġett

    Numru tad-Direttiva/Regolament

    Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

    Applikabbiltà

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    2. Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

    …/…/KE

    (EC) Nru …/…

    L …, …, p. …

    X (10)

    X (10)

     

    X (10)

    X (10)

     

     

     

     

     

    7)

    Fl-Anness IV, il-parti I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

    8)

    Fl-Anness VII (4) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “fil-każ ta’ Direttiva”.

    9)

    Fl-Anness VII (5) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “l-aktar Direttiva reċenti”.

    10)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 1, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġi sostitwiti b’dan li ġej:

    “Oġġett

    Suġġett

    Numru tad-Direttiva/Regolament

    M1 ≤ 2 500 (1) kg

    M1 > 2 500 (1) kg

    M2

    M3

    2

    Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

    …/…/KE

    (EC) Nru …/…

    Q

    G + Q

    G + Q”

     

    11)

    Fl-Anness XI, Appendiċi I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

    12)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “Oġġett

    Suġġett

    Numru tad-Direttiva/Regolament

    M1

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    2

    Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

    …/…/KE

    (EC) Nru …/…

    A

    A

     

    A

    A”

     

     

     

     

     

    13)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

    14)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “Oġġett

    Suġġett

    Numru tad-Direttiva/Regolament

    M2

    M3

    N1

    N2

    N3

    O1

    O2

    O3

    O4

    2

    Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

    …/…/KE

    (EC) Nru …/…

    Q

     

    Q

    Q”

     

     

     

     

     

    15)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 11 għandu jitħassar.

    16)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “Oġġett

    Suġġett

    Numru tad-Direttiva/Regolament

    Krejn Mobbli tal-kategorija N

    2

    Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

    …/…/KE

    (EC) Nru …/…

    N/A”

    17)

    Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 11 għandu jitħassar.


    (10)  Għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg. Fuq talba tal-produttur tista’ tapplika għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 840 kg.”


    Top