This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0698
Commission Regulation (EC) No 698/2007 of 20 June 2007 determining the extent to which import licence applications lodged in June 2007 for certain poultrymeat sector products pursuant to Regulation (EC) No 2497/96 can be accepted
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2007 ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2497/96
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2007 ta’ l- 20 ta’ Ġunju 2007 li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2497/96
ĠU L 160, 21.6.2007, pp. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 160/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 698/2007
ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007
li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2497/96
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati li għandhom japplikaw fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-kuntest regolat mill-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżrael. |
|
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2007 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu determinati l-kriterji għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2497/96 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2007 jistgħu jitressqu għall-kwantità totali msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2497/96.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(2) ĠU L 338, 28.12.1996, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1937/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 143).
ANNESS
|
Numru tas-serje |
Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodu 1.7.2007-30.9.2007 (%) |
Il-kwantità totali disponibbli għall-perjodu 1.10.2007-31.12.2007 (t) |
|||
|
09.4091 |
— |
560,0 |
|||
|
09.4092 |
4,166765 |
392,001 |
|||
|
|||||