Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0694

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 694/2007 ta' l- 20 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l- 11 u t- 15 ta’ Ġunju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

    ĠU L 160, 21.6.2007, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/694/oj

    21.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 160/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 694/2007

    ta' l-20 ta’ Ġunju 2007

    li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-ġimgħa ta' bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numri tas-serje 09.4338, 09.4341 u 09.4351 (2006-2007).

    (2)

    F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie iffissat intlaħaq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2006/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 95).

    (3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


    ANNESS

    Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

    Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2006/07

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4331

    Il-Barbados

    100

     

    09.4332

    Il-Beliże

    0

    Intlaħqu

    09.4333

    Il-Kosta ta' l-Ivorju

    100

     

    09.4334

    Ir-Repubblika tal-Kongo

    100

     

    09.4335

    Il-Fiġi

    0

    Intlaħqu

    09.4336

    Gujana

    0

    Intlaħqu

    09.4337

    L-Indja

    0

    Intlaħqu

    09.4338

    Il-Ġamajka

    100

    Intlaħqu

    09.4339

    Il-Kenja

    100

     

    09.4340

    Il-Madagaskar

    100

     

    09.4341

    Il-Malawi

    100

    Intlaħqu

    09.4342

    Il-Mawrizju

    100

     

    09.4343

    Il-Możambik

    0

    Intlaħqu

    09.4344

    Saint Kitts u Nevis

     

    09.4345

    Is-Suriname

     

    09.4346

    Is-Sważiland

    0

    Intlaħqu

    09.4347

    It-Tanzanija

    0

    Intlaħqu

    09.4348

    Trinidad u Tobago

    100

     

    09.4349

    L-Uganda

     

    09.4350

    Iż-Żambja

    100

     

    09.4351

    Iż-Żimbabwe

    100

    Intlaħqu


    Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

    Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2007/08

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4331

    Il-Barbados

    100

     

    09.4332

    Il-Beliże

    100

     

    09.4333

    Il-Kosta ta' l-Ivorju

    100

     

    09.4334

    Ir-Repubblika tal-Kongo

    100

     

    09.4335

    Il-Fiġi

    100

     

    09.4336

    Gujana

    100

     

    09.4337

    L-Indja

    0

    Intlaħqu

    09.4338

    Il-Ġamajka

    100

     

    09.4339

    Il-Kenja

    100

     

    09.4340

    Il-Madagaskar

    100

     

    09.4341

    Il-Malawi

    100

     

    09.4342

    Il-Mawrizju

    100

     

    09.4343

    Il-Możambik

    100

     

    09.4344

    Saint Kitts u Nevis

     

    09.4345

    Is-Suriname

     

    09.4346

    Is-Sważiland

    100

     

    09.4347

    It-Tanzanija

    100

     

    09.4348

    Trinidad u Tobago

    100

     

    09.4349

    L-Uganda

     

    09.4350

    Iż-Żambja

    100

     

    09.4351

    Iż-Żimbabwe

    100

     


    Zokkor kumplimentari

    Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2006/07

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4315

    L-Indja

    100

     

    09.4316

    Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

    100

     


    Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

    Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2006/07

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4317

    L-Awstralja

    0

    Intlaħqu

    09.4318

    Il-Brażil

    0

    Intlaħqu

    09.4319

    Kuba

    0

    Intlaħqu

    09.4320

    Pajjiżi terzi oħra

    0

    Intlaħqu


    Iz-zokkor tal-Balkani

    It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2006/07

    In-nru tas-Serje

    Pajjiż

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4324

    L-Albanija

    100

     

    09.4325

    Il-Bożnja-Ħerżegovina

    0

    Intlaħqu

    09.4326

    Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

    100

     

    09.4327

    L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

    100

     

    09.4328

    Il-Kroazja

    100

     


    L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

    It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2006/07

    In-nru tas-Serje

    Tip

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4380

    F'każ eċċezzjonali

     

    09.4390

    Industrijali

    100

     


    L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

    Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

    Is-sena tas-suq 2006/07

    Ordni Nru

    Tip

    Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

    Limiti

    09.4365

    Il-Bulgarija

    0

    Intlaħqu

    09.4366

    Ir-Rumanija

    0

    Intlaħqu


    Top