EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0689

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 689/2007 tad- 19 ta’ Ġunju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

ĠU L 159, 20.6.2007, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/689/oj

20.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 159/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 689/2007

tad-19 ta’ Ġunju 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għall-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jipprovdi li d-differenza bejn il-prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jaqgħu taħt rifużjoni fuq l-esportazzjoni fejn dawk l-oġġetti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għat-twaqqif ta’ ammont ta’ tali rifużjonijiet (2), jispeċifika l-prodotti li għalihom rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilità u li għandha tiġi applikata meta dawn il-prodotti huma esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

(3)

Skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni tkun stabbilita għal perjodu ta’ żmien ta’ l-istess tul bħal dak li għalihom rifużjonijiet huma stabbiliti għall-istess prodotti li huma esportati fi stat mhux ipproċessat.

(4)

L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluża taħt l-Uruguay Round jistipula li r-rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal prodott li jinstab f’oġġett ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr ipproċessar ulterjuri.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-refużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi mniżżla fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, u esportati fil-forma ta’ oġġetti mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, għandhom ikunu stabbiliti kif stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-20 ta’ Ġunju 2007 tal-bajd u l-isfar tal-bajd esportati fil-forma ta’ oġġetti li ma jaqgħux taħt l-Anness ta’ dan it-Trattat

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Destinazzjoni (1)

Rata tar-rifużjoni

0407 00

Bajd ta’ l-għasafar, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar:

 

 

– Tat-tjur:

 

 

0407 00 30

– – Oħra:

 

 

(a)

Fuq esportazzjoni ta’ ovalbumin tal-kodiċi NM 3502 11 90 u 3502 19 90

02

0,00

03

20,00

04

0,00

(b)

Fuq esportazzjoni ta’ oġġetti oħra

01

0,00

0408

Bajd ta’ l-għasafar, mhux fil-qoxra u l-isfar tal-bajd, friski, imnixxfa, imsajra permezz tal-fwar jew mgħollija fl-ilma, magħmula f’forma, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk ikun fihom zokkor miżjud jew sustanza oħra li tagħti ħlewwa u kemm jekk le:

 

 

– L-isfar tal-bajd:

 

 

0408 11

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 11 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

50,00

0408 19

– – Oħra:

 

 

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

ex 0408 19 81

– – – – Likwidu:

 

 

Mhux miżjud bi ħlewwa

01

25,00

ex 0408 19 89

– – – – Iffriżat:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

25,00

– Oħra:

 

 

0408 91

– – Imnixxef:

 

 

ex 0408 91 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

73,00

0408 99

– – Oħra:

 

 

ex 0408 99 80

– – – Tajjeb għall-konsum uman:

 

 

mhux miżjud bi ħlewwa

01

18,00


(1)  Id-destinazzjonijiet huma dawn li ġejjin:

01

Pajjiżi terzi ħlief għall-Bulgarija mill-1 ta’ Ottubru 2004. Għall-Iżvizzera u l-Lichtenstein dawn ir-rati m’humiex applikabbli għall-prodotti imniżżla fit-tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati b’effett mill-1 ta’ Frar 2005,

02

Il-Kuwajt, il-Baħrejn, l-Oman, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Jemen, it-Turkija, Ħong Kong SAR, u r-Russja,

03

Il-Korea ta’ Isfel, il-Ġappun, il-Malażja, it-Tajlandja, it-Tajwan u l-Filippini,

04

kull destinazzjoni ħlief l-Iżvizzera u dawk ta’ 02 u 03.


Top