This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0643
Council Regulation (EC) No 643/2007 of 11 June 2007 amending Regulation (EC) No 41/2007 as concerns the recovery plan for bluefin tuna recommended by the International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 643/2007 tal- 11 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru għat-tonn rakkomandat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 643/2007 tal- 11 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru għat-tonn rakkomandat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku
ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 151/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 643/2007
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-pjan ta’ rkupru għat-tonn rakkomandat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet ta’ qbid (2). |
(2) |
Il-Komunità, mill-14 ta’ Novembru 1997 'il hawn, hija Parti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (3). |
(3) |
Fil-Laqgħa Annwali tagħha f'Novembru 2006, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT) adottat ir-Rakkomandazzjoni 2006[05] sabiex ikun stabbilit pjan ta’ rkupru ta’ 15-il sena għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran. |
(4) |
Ġew stabbiliti, taħt ir-Regolament (KE) Nru 41/2007, fuq bażi provviżorja, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għat-tonn, sa meta jsir ftehim dwar is-sehem finali ta’ dan l-istokk taħt il-konvenzjoni ICCAT. |
(5) |
Sabiex jinbena mill-ġdid l-istokk, il-pjan ta’ rkupru ICCAT jipprovdi għal tnaqqis gradwali tal-livell tal-Qabda Totali Permessa (TAC) mill-2007 sa l-2010, għal restrizzjonijiet fuq sajd ġewwa ċerti żoni u fuq perjodu ta’ żmien, għal daqs minimu ġdid għat-tonn, għal miżuri dwar sport u attivitajiet ta’ sajd rikreattiv kif ukoll għal miżuri ta’ kontroll u għall-implimentazzjoni tas-Skema ICCAT ta’ Ispezzjoni Internazzjonali Konġunta sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-pjan ta’ rkupru. Sabiex isir kontribut għall-konservazzjoni tat-tonn, huwa meħtieġ li jiġu implimentati miżuri speċjali mill-2007 sa l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jimplimenta miżuri pluriennali għall-irkupru ta’ l-istokk tat-tonn. |
(6) |
Ladarba s-sajd għat-tonn minn bastimenti Komunitarji beda fi Frar 2007, kien meħtieġ li jkunu applikati l-miżuri ta’ maniġġar u kontroll għal dan is-sajd kif mitiehma mill-ICCAT minn Frar 2007 minflok t-13 ta’ Ġunju 2007 kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni ICCAT 2006[05] sabiex tkun żgurata konformità mal-pjan ta’ rkupru għat-tonn. |
(7) |
Il-miżuri adottati taħt dan ir-Regolament, għall-iskop uniku tal-finanzjament tagħhom, għandhom jitqiesu bħala pjan ta’ rkupru fis-sens ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 hu emendat kif ġej:
(1) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “KAPITOLU Xa MIŻURI SPEĊJALI GĦAT-TONN FL-ATLANTIKU TAL-LVANT U L-MEDITERRAN SEZZJONI 1 Miżuri ta’ ġestjoni Artikolu 80a Kamp ta’ applikazzjoni Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni mill-Komunità ta’ miżuri speċjali għat-Tonn (thunnus thynnus) rakkomandati mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta’ l-Atlantiku (ICCAT). Huwa għandu japplika għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran. Artikolu 80b Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 80ċ Kwota 1. Kull Stat Membru jista' jalloka il-kwota tiegħu ta’ tonn lill-bastimenti tas-sajd u nases tiegħu awtorizzati li jistadu b'mod attiv għat-tonn. 2. L-arranġamenti tal-kummerċ privati bejn ċittadini ta’ Stat Membru u CPC sabiex jintuża bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru għas-sajd fil-qafas ta’ kwota tat-tonn ta’ ICCAT CPC, għandhom ikunu konklużi biss taħt awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat li għandu jinforma l-Kummissjoni. Artikolu 80d Operazzjonijiet ta’ Sajd Konġunt 1. Kwalunkwe operazzjonijiet tas-sajd konġunti għat-tonn li jinvolvu bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għandhom ikunu awtorizzati biss bil-kunsens ta’ l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istati Membri tal-bandiera kkonċernati 2. Fil-mument ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikseb informazzjoni dettaljata dwar il-perjodu ta’ żmien ta’ l-operazzjoni konġunta, l-identità ta’ l-operaturi involuti u l-kriterju ta’ l-allokazzjoni bejn il-bastimenti għall-qabdiet involuti, mill-bastiment tas-sajd tiegħu li jipparteċipa fl-operazzjoni tas-sajd konġunt. 3. Kull Stat Membru għandu jitrasmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat mill-ewwel l-informazzjoni lis-Segretarjat ta’ l-ICCAT. SEZZJONI 2 Miżuri tekniċi Artikolu 80e Staġun magħluq għas-sajd B'deroga mid-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 (4):
Artikolu 80f Użu ta’ ajruplani B'deroga mid-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 l-użu ta’ inġenji ta’ l-ajru jew ħelikopters għat-tfittxija tat-tonn fiż-Żona tal-Konvenzjoni għandu jkun projbit. Artikolu 80g Daqs minimu 1. B'deroga mill-Artikolu 8 u Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 520/2007, id-daqs minimu għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Baħar Mediterran għandu jkun 30kg jew 115 ċm b'effett mit-30 ta’ Ġunju 2007. 2. B'deroga għall-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 80i, daqs minimu ta’ tonn (Thunnus thynnus) ta’ 8 kg jew 75ċm għandu japplika għat-tonn li ġejjin, b'effett mit-30 ta’ Ġunju 2007:
3. Il-kondizzjonijiet speċifiċi addizzjonali għat-tonn maqbud fl-Atlantiku tal-Lvant huma mniżżlin fil-Parti I ta’ l-Anness XVIa. Artikolu 80h Pjan ta’ kampjunament għat-tonn 1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007, kull stat Membru għandu jistabbilixxi programm ta’ kampjunament għall-valutazzjoni tan-numru ta’ kull daqs tat-tonn maqbud. 2. Il-kampjunament skond id-daqs f'gaġeġ għandu jitwettaq fuq kampjun ta’ 100 kampjun għal 100 tunnellata ta’ ħut ħaj jew fuq kampjun ta’ 10 % min-numru totali ta’ ħut imqiegħed f'gaġġa. Il-kampjun tad-daqs, abbażi ta’ tul jew piż, għandu jittieħed matul il-ħsid fl-azjenda, u fuq il-ħut mejjet matul it-trasport skond il-metodu adottat mill-ICCAT għan-notifikar ta’ data fil-qafas tal-Kompitu II. 3. Għandhom jiġu żviluppati metodi u kampjuni addizzjonali għal ħut imrobbi għal aktar minn sena. 4. Il-kampjunament għandu jitwettaq waqt ġabra magħżula każwalment u għandu jkopri l-gaġeġ kollha. Id-data għandha tkun notifikata lill-ICCAT sal-31 ta’ Mejju 2008 għall-kampjunament imwettaq is-sena ta’ qabel fl-2007. Artikolu 80i Qabdiet sekondarji 1. Għandha tkun awtorizzata qabda sekondarja ta’ massimu ta’ 8 % ta’ tonn li tiżen anqas minn 30 kg u mhux anqas minn 10 kg għal bastimenti kollha tas-sajd, li jistadu attivament jew le għat-tonn. 2. Il-persentaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat jew abbażi tal-qabda sekondarja totali bin-numru ta’ ħut minn kull żbark tal-qabdiet totali ta’ tonn ta’ dawn il-bastimenti, jew abbażi ta’ l-ekwivalenza tal-piż tiegħu f'persentaġġ. 3. Il-qabda sekondarja għandha tiġi mnaqqsa mill-kwota ta’ l-Istat Membru tal-bandiera. Ir-rimi ta’ ħut mejjet mill-qabda sekondarja għandha tkun projbita u għandu jitnaqqas mill-kwota ta’ l-Istat Memrbu li tiegħu tittajjar il-bandiera. 4. L-Artikoli 80n u 80p(3) għandhom japplikaw għall-iżbarkar ta’ qabdiet sekondarji ta’ tonn. Artikolu 80j Sajd rikreattiv 1. Fil-qafas ta’ sajd rikreattiv għandu jkun projbit li jinqabad, jinżamm abbord, jkun trasbordat u żbarkat aktar minn individwu wieħed ta’ tonn f'kull vjaġġ bil-baħar. 2. Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tonn maqbud f'sajd rikreattiv għandu jkun projbit ħlief għal għanijiet karitattivi. 3. Kull Stat Membru għandu jirreġistra data dwar il-qbid minn sajd rikreattiv u jitrasmetti din id-data lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika ta’ l-ICCAT. 4. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura, sa fejn huwa l-aktar possibbli, ir-rilaxx ta’ tonn maqbud ħaj, speċjalment ta’ età żgħira, fil-qafas ta’ sajd rikreattiv. Artikolu 80k Sajd sportiv 1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa bis jirregola l-isport tas-sajd, b'mod partikolari b'awtorizzazzjonijiet tas-sajd. 2. Il-kummerċjalizzazzjoni ta’ tonn maqbud f'kompetizzjonijiet ta’ l-isport tas-sajd għandu jkun projbit ħlief għal għanijiet karitattivi. 3. Kull Stat Membru għandu jirreġistra data dwar il-qbid minn sport tas-sajd u jitrasmetti din id-data lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika ta’ l-ICCAT. 4. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura, sa fejn huwa l-aktar possibbli, ir-rilaxx ta’ tonn maqbud ħaj, speċjalment ta’ età żgħira, fil-qafas ta’ l-isport tas-sajd. SEZZJONI 3 Miżuri ta’ Kontroll Artikolu 80l Reġistrazzjoni ta’ bastimenti awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn 1. Sal-14 ta’ Ġunju 2007, kull Stat Membru għandu jibgħat elettronikament lill-Kummissjoni lista tal-bastimenti kollha tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu awtorizzati li jistadu attivament għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran bil-ħruġ ta’ permess speċjali tas-sajd. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat Eżekuttiv ta’ l-ICCAT qabel l-15 ta’ Ġunju 2007 sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn ta’ l-ICCAT. 3. Dawk il-bastimenti ta’ sajd Komunitarji kkonċernati b'dan l-Artikolu u mhux imdaħħla fir-reġistru ta’ l-ICCAT ma jistgħux jistadu għal, iżommu abbord, jittrasbordaw, jitrasportaw, jitrasferixxu jew jiżbarkaw tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran. 4. L-Artikolu 8a (2), (4), (6), (7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 għandu japplika mutatis mutandis. Artikolu 80m Reġistru tan-nases għat-tonn awtorizzatizsabiex jistadu għat-tonn (bluefin) 1. Sal-14 ta’ Ġunju 2007, kull Stat Membru għandu jibgħat elettronikament lill-Kummissjoni lista tan-nases għat-tonn tiegħu awtorizzati li jistadu għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran bil-ħruġ ta’ permess speċjali tas-sajd. Il-lista għandha tinkludi l-isem tan-nases u n-numru tar-reġistru. 2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista lis-Segretarjat Eżekuttiv ta’ l-ICCAT qabel l-15 ta’ Ġunju 2007 sabiex dawn in-nases għat-tonn ikunu jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru ta’ nases għat-tonn awtorizzati li jistadu għat-tonn ta’ l-ICCAT. 3. In-nases Komunitarji għat-tonn mhux imdaħħla fir-reġistru ta’ l-ICCAT ma jistgħux jistadu għal, iżommu, jittrasbordaw jew jiżbarkaw tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran. 4. L-Artikolu 8a (2), (4), (6), (7) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 għandu japplika mutatis mutandis. Artikolu 80n Portijiet magħżula 1. Għandu jkun projbit li tiġi żbarkata jew trasbordata minn bastimenti msemmija fl-Artikolu 801 kwalunkwe kwantità ta’ tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran fi kwalunkwe post għajr portijiet magħżula minn CPCs u minn Stati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jagħżlu post li għandu jintuża għall-iżbarkar jew post qrib ix-xatt (portijiet magħżula) fejn l-iżbarkar jew operazzjonijiet ta’ trasbord tat-tonn ikunu permessi. 3. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Ġunju 2007 lista tal-portijiet magħżula. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lis-Segretarjat Eżekuttiv ta’ l-ICCAT qabel l-15 ta’ Ġunju 2007. Kwalunkwe bidliet sussegwenti għal-lista għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni sabiex din tibgħathom lis-Segretarjat Eżekuttiv ta’ l-ICCAT, mill-inqas 15-il jum qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla. Artikolu 80o Trasbord 1. B'deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, it-trasbord fuq il-baħar ta’ tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran għandu jkun projbit, ħlief għal bastimenti tas-sajd tat-tonn fuq skala kbira bil-lenza kbira li joperaw skond ir-Rakkomandazzjoni 2005[06] ta’ l-ICCAT li tistabbilixxi programm għat-trasbord ta’ bastimenti tas-sajd tat-tonn fuq skala kbira bil-lenza kbira, kif emendata. 2. Qabel id-dħul fi kwalunkwe port, il-kaptan tal-bastiment riċevitur (bastiment tal-qabda jew bastiment ta’ proċessar) jew rappreżentant tiegħu, għandu minn ta’ l-inqas 48h qabel il-ħin stmat tal-wasla jipprovdi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu jrid juża l-port b'dan li ġej:
3. Il-bastimenti tas-sajd tal-qbid m'għandhomx jitħallew jittrasbordaw, sakemm ma jkunux kisbu awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat li tiegħu tittajjar il-bandiera. 4. Il-kaptan tal-bastiment tal-qbid għandu, qabel ma jibda t-trasbord, jinforma lill-Istat li tiegħu tittajjar il-Bandiera b'dan li ġej:
5. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fil-port tiegħu jseħħ it-trasbord għandha tispezzjona l-bastiment li jirċievi mal-wasla u tivverifika l-merkanzija u d-dokumentazzjoni relatata ta’ l-operazzjoni tat-trasbord. 6. L-awtortià kompetenti ta’ l-Istat Membru li fil-port tiegħu jseħħ it-trasbord għandu jibgħat reġistru tat-trasbord tal-bastiment tal-qbid lill-awtortià ta’ l-Istat li tiegħu tittajjar il-bandiera, fi żmien 48 siegħa wara li jkun intemm it-trasbord. 7. Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji msemmija fl-Artikolu 801 għandhom jikkompletaw u jitrasmettu d-dikjarazzjoni tat-trasbord ta’ l-ICCAT lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li tiegħu l-bastimenti jtajru l-bandiera. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi trasmessa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara d-data tat-trasbord fil-port skond il-format imniżżel fil-Parti III ta’ l-Anness XVIa. Artikolu 80p Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni 1. Flimkien ma’ konformità ma’ l-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 801 għandhom idaħħlu fil-ktieb ta’ abbord, jekk applikabbli, l-informazzjoni elenkata fil-Parti II ta’ l-Anness XVIa. 2. Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji msemmija fl-Artikolu 801 impenjati f'operazzjoni ta’ sajd konġunt għandhom jirreġistraw l-informazzjoni addizzjonali fil-ktieb ta’ abbord tagħhom:
3. Meta bastiment tal-qbid impenjat f'operazzjoni tas-sajd konġunt jiddikjara l-kwantità ta’ tonn maqbud mit-tagħmir ta’ sajd tiegħu, il-kaptan għandu jindika, għal kull qabda, għal liema bastiment(i) u Stat(i) li tiegħu/tagħhom tittajjar il-bandiera għandhom jingħaddu l-qabdiet. 4. B'deroga mid-dispożizzjoni ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, kaptani tal-bastimenti Komunitarji msemmijin fl-Artikolu 801 ta’ dan ir-Regolament jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew is-CPC li tagħhom jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta’ żbarkar mill-inqas 4 siegħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, b'dan li ġej:
5. Fil-każ ta’ żbark f'port magħżul ta’ Stat Membru għajr l-Istat Membru tal-bandiera, l-awtorità rilevanti ta’ dak l-Istat Membru, għandha tibgħat reġistru ta’ l-iżbark lill-awtorità tal-bandiera tal-bastimenti, fi żmien 48 siegħa wara li jintemm l-iżbark. Artikolu 80q Kontroll fil-port jew fl-azjenda 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-bastimenti kollha msemmijin fir-Reġistru ta’ l-ICCAT ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn li jidħol f'port magħżul, jiżbarkaw u/jew jittrasbordaw tonn maqbud fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran huma suġġetti għal kontroll f'port. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkontrollaw kull operazzjoni ta’ tqegħid f'gaġeġ fl-azjendi għas-simna jew għat-trobbija li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. 3. Meta l-azjendi għas-simna jew għat-trobbija jinsabu fl-Ibħra Miftuħa, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw, mutatus mutandis, għal Stati Membri fejn il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-azjenda għas-simna jew għat-trobbija huma stabbiliti. Artikolu 80r Rapporti dwar qbid 1. Il-kaptani tal-bastimenti tal-qbid tas-sajd msemmijin fl-Artikolu 801 għandhom jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tagħhom li tiegħu tittajjar il-bandiera ’rapport tal-qabda’ li jiddikjara l-kwantitajiet ta’ tonn maqbud mill-bastiment tiegħu, inkluż l-ebda qbid. 2. Ir-rapport għandu għall-ewwel darba jiġi trasmess mhux aktar tard mit-tmiem ta’ l-għaxart ijiem wara d-dħul fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Baħar Mediterran jew wara l-bidu tal-vjaġġ tas-sajd. Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ sajd konġunt il-kaptan tal-bastimenti tal-qbid għandu jindika, għal kull qabda, għal liema bastiment jew bastimenti għandhom jingħaddu l-qabdiet kontra l-kwota ta’ l-Istat(i) li tiegħu tittajjar il-bandiera. 3. Mill-1 ta’ Ġunju 2007, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd għandhom jitrasmettu r-rapport dwar il-kwantità ta’ tonn, inkluż l-ebda qbid fuq bażi ta’ 5 ijiem. 4. Kull Stat Membru għandu, ma’ l-irċevuta, jibgħat rapporti tal-qbid b'mezzi elettroniċi jew mezzi oħrajn lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat mill-ewwel l-informazzjoni lis-Segretarjat ta’ l-ICCAT. 5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, b'forma li tinqara mill-kompjuter, qabel il-ħmistax jum ta’ kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ tonn maqbud fl-Atlantiku tal-Lvant u l-Baħar Mediterran li ġew żbarkati, trasbordati, maqbuda jew mqiegħda f'gaġeġ mill-bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom matul ix-xahar ta’ qabel. Artikolu 80s Verifiki reċiproċi 1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw, inkluż bl-użu ta’ data ta’ VMA (Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti), is-sottomissjoni ta’ kotba ta’ abbord u informazzjoni rilevanti rreġistrata fil-kotba ta’ abbord tal-bastimenti tagħhom, fid-dokument dwar it-trasferiment/trasbord u fid-dokumenti dwar il-qabda. 2. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki reċiproċi amministrattivi dwar l-iżbark kollu, it-trasbord jew it-tqegħid fil-gaġeġ kollu bejn il-kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fil-kotba ta’ abbord tal-bastimenti jew kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fid-dikjarazzjoni dwar it-trasbord u l-kwantitajiet rreġistrati fid-dikjarazzjoni dwar l-iżbark jew id-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, u kwalunkwe dokument rilevanti ieħor, bħal fatturi u/jew noti ta’ bejgħ. Artikolu 80t Tqegħid fil-gaġeġ 1. L-Istat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tinsab l-azjenda għas-simna jew it-trobbija għat-tonn għandu jissottometti fi żmien ġimgħa mill-kompletar ta’ l-operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġeġ, rapport dwar it-tqegħid fil-gaġeġ, validat minn osservatur, lill-Istat Membru jew CPC li l-bastimenti tiegħu li jtajru l-bandiera tiegħu spiċċaw it-tonn u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat mill-ewwel l-informazzjoni lis-Segretarjat ta’ l-ICCAT. Dan ir-rapport għandu jkun fih l-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni dwar it-tqegħid fil-gaġeġ msemmija fl-Artikolu 4 b tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001. 2. Meta l-azjendi għas-simna jew għat-trobbija jinsabu fl-Ibħra Miftuħa, il-paragrafu 1 għandu japplika, mutatus mutandis, għal Stati Membri fejn il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-azjenda għas-simna jew għat-trobbija huma stabbiliti. 3. Qabel kwalunkwe attività ta’ trasferiment, l-Istat Membru tal-bandiera jew is-CPC tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid għandu jkun infurmat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-azjendi tas-simna jew tat-trobbija bit-trasferiment fil-gaġeġ bil-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu. L-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tal-qbid għandu jitlob lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-azjendi tas-simna jew tat-trobbija biex jipproċedi għas-sekwestru tal-qabdiet u r-rilaxx tal-ħut fil-baħar jekk ma’ l-irċevuta jikkunsidra li:
4. Il-kaptan tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandu jikkompleta u jitrasmetti lill-Istat Membru tal-bandiera jew lis-CPC tal-bandiera d-dikjarazzjoni tat-trasferiment ta’ l-ICCAT mhux aktar tard minn 15-il jum wara d-data ta’ trasferiment lill-bastimenti ta’ rmonk jew lill-gaġġa, skond il-format mniżżel fil-Parti III ta’ l-Anness XVIa. Id-dikjarazzjoni ta’ trasferiment għandha takkumpanja l-ħut trasferit waqt it-trasport għall-gaġġa. Artikolu 80u Attivitajiet ta’ qbid bin-nassa 1. Il-qabdiet bin-nassa għandhom jiġu reġistrati wara t-tmiem ta’ kull operazzjoni ta’ sajd f'nases għat-tonn u għandhom jiġu trasmessi f'forma ta’ reġistru tal-qabda b'mezz elettroniku jew b'mezz ieħor fi zmien 48 siegħa wara t-tmiem ta’ kull operazzjoni ta’ sajd lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tinsab in-nassa. 2. Malli jirċievi r-reġistru, kull Stat Membru għandu jgħaddih b'mezz elettroniku lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi l-informazzjoni lis-Segretarjat ta’ l-ICCAT. Artikolu 80v Programm ta’ osservazzjoni 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti ta’ sajd tagħhom ta’ tul 'il fuq minn 15-il metru jkunu suġġetti għal programm ta’ osservazzjoni li jkun japplika għal ta’ l-inqas għal:
Il-kompiti ta’ l-osservatur għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:
Barra minn hekk, l-osservatur għandu jwettaq xogħol xjentifiku, bħall-ġbir ta’ data tat-tip kompitu II kif definit mill-ICCAT, meta meħtieġ mill-ICCAT, ibbażat fuq l-istruzzjonijiet mill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika ta’ l-ICCAT. 2. Kull Stat Membru li taħt il-ġurisdizzjoni ta’ liema tinsab l-azjenda ta’ simna jew ta’ trobbija tat-tonn għandu jiżgura preżenza ta’ osservatur matul it-trasferiment kollu tat-tonn lejn il-gaġeġ u l-ħsad kollu ta’ ħut mill-azjenda. Il-kompiti ta’ l-osservatur għandhom ikunu, b'mod partikolari, li:
Artikolu 80w Finanzjament Il-miżuri speċjali għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran, għall-fini tal-finanzjament tagħhom biss, għandhom jiġu kkunsidrati bħala pjan ta’ rkupru fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u għandhom ikunu eliġibbli taħt l-Artikolu 21(a) (1) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 tal-Fond Ewropew tas-Sajd (5). Artikolu 80x Miżuri tas-suq 1. Għandhom ikunu pprojbiti l-kummerċ Komunitarju, l-iżbarkar ta’l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet, it-tqegħid f'gaġeġ għat-trobbija jew is-simna, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trasbordi ta’ l-ispeċi tat-tonn ta’ l-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran li mhumiex akkumpanjati minn dokumentazzjoni preċiża, kompleta, u validata meħtieġa minn dan il-Kapitolu. 2. Għandhom ikunu pprojbiti l-kummerċ Komunitarju, l-importazzjonijiet l-iżbarkar, it-tqegħid f'gaġeġ għat-trobbija jew is-simna, l-ipproċessar, l-esportazzjonijiet, l-esportazzjonijiet mill-ġdid u t-trasbordi ta’ l-ispeċi tat-tonn ta’ l-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran (thunnus thynnus) li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd li l-Istat tal-Bandiera tagħhom m'għandux kwota jew limitu ta’ qabda jew allokazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd għat-tonn ta’ l-Atlantiku tal-Lvant u l-Mediterran, skond it-termini tal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni ta’ l-ICCAT, jew meta l-possibbiltajiet ta’ sajd ta’ l-Istat tal-Bandiera huma eżawriti. 3. Għandu jkun ipprojbit il-kummerċ Komunitarju, l-importazzjonijiet, l-iżbarkar, l-ipproċessar, l-esportazzjonijiet minn azjendi ta’ trobbija jew ta’ simna li ma jikkonformawx mar-Rakkomandazzjoni 2006 [07] ta’ l-ICCAT dwar it-Trobbija tat-tonn bluefin. Artiklu 80y Fatturi ta’ konverżjoni Il-fatturi ta’ konverżjoni adottati mill-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika ta’ l-ICCAT għandhom japplikaw għall-kalkolazzjoni il-piż sħiħ ekwivalenti tat-tonn ipproċessat. Artikolu 80z L-Iskema ta’ l-ICCAT dwar l-Ispezzjoni Internazzjonali Konġunta 1. L-Iskema ta’ l-ICCAT dwar l-Ispezzjoni Internazzjonali Konġunta adottata mill-ICCAT matul ir-Raba' Laqgħa Regolari tagħha (Madrid, Novembru 1975) għandha tapplika fil-Komunità. It-test ta’ l-iskema jinsab fil-Parti IV ta’ l-Anness XVIa. 2. L-Istati Membri li l-bastimenti tas-sajd tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-baħar Mediterran għandhom jinkarigaw lill-ispetturi sabiex iwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar. 3. Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha jistgħu jinkarigaw -lill- ispetturi tal-Komunità fl-Iskema. 4. Il-Kummissjoni jew korp magħżul minnha għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u spezzjoni għall-Komunità. Hi tista' tfassal, flimkien ma’ l-Istati Membri kkonċernati, programmi konġunti ta’ spezzjoni għal dak il-fini li jippermettu lill-Komunità twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Iskema. L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom huma impenjati fis-sajd għat-tonn għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi b'mod partikolari fir-rigward tar-riżorsi umani u materjali meħtieġa u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jiġu implimentati. 5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-14 ta’ Ġunju 2007 bl-ismijiet ta’ l-ispetturi u l-bastimenti ta’ ispezzjoni li bi ħsiebhom jassenjaw għall-Iskema matul is-sena sussegwenti. Permezz ta’ din l-informazzjoni l-Kummissjoni għandha tfassal, flimkien ma’ l-Istati Membri, pjan antiċipat għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Iskema fl-2007, li għandha tibgħat lis-Segretarjat ta’ l-ICCAT u lill-Istati Membri.” |
(2) |
L-Anness I D għandu jiġi emendat skond l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(3) |
It-test fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandu jiġi mdaħħal bħala l-Anness XVIa. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f'kull Stat Membru.
Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.
Ghall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 15, 20.01.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).
(3) ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33.
(4) ĠU L 123, 12.5.2007, p. 3.
(5) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1..
ANNESS I
Fl-Anness I D għar-Regolament (KE) Nru 41/2007 l-entrata dwar it-tonn fiż-żona Oċean Atlantiku, lvant mill-lonġitudini 45 °W, u Mediterran hija sostitwita minn dan li ġej:
|
|
|||||||
‘Cyprus |
154,68 |
|
||||||
Greċja |
287,23 |
|
||||||
Spain |
5 568,21 |
|
||||||
Franza |
5 493,65 |
|
||||||
Italy |
4 336,31 |
|
||||||
Malta |
355,59 |
|
||||||
Portugal |
523,88 |
|
||||||
L-Istati Membri kollha |
60 (1) |
|
||||||
Il-KE |
16 779,55 |
|
||||||
TAC |
29 500 |
|
(1) Għajr Ċipru, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Malta u l-Portugall, u bħala qbid sekondarju biss.’
ANNESS II
L-Anness li ġej għandu jiddaħħal fir-Regolament (KE) Nru 41/2007:
“ANNESS XVIa
Pjan ta' Rkupru ta' l-ICCAT għat-Tonn
Parti I
Kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għas-sajd bil-bastimenti tal-lixka, tax-xlief tat-trejjix u tat-tkarkir fl-Atlantiku tal-Lvant
1. |
Kull Stat Membru għandu jillimita n-numru massimu tal-bastmienti tal-lixka u tax-xlief tat-trejjix tiegħu li huma awtorizzati sabiex jistadu għat-tonn għan-numru tal-bastimenti li jipparteċipaw fis-sajd dirett għat-tonn fl-2006. |
2. |
Kull Stat Membru għandu jillimita n-numru massimu tal-bastimenti tat-tkarkir tiegħu li huma awtorizzati sabiex jistadu għat-tonn skond il-qabda. |
3. |
Sat-30 ta' Ġunju 2007, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni n-numru ta' bastimenti tas-sajd li għandu jkun stabbilit skond il-paragrafu 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat ta' l-ICCAT. |
4. |
|
5. |
Għandu jiġi allokat mhux aktar minn 10 % tal-kwota tal-Komunità għat-tonn għandha tkun allokata fost il-bastimenti awtorizzati msemmija fil-paragrafi 1 u 2, b'massimu ta' 200 tunnellata ta' tonn li jkun jiżen mhux inqas minn 6,4 kg jew 70 ċm maqbud minn bastimenti tal-lixka ta' tul totali ta' inqas minn 17-il metru. |
6. |
Jista' jiġi allokat mhux aktar minn 2 % tal-kwota tal-Komunità għat-tonn fost is-sajjieda artisanali kostali tagħha għal ħut frisk. |
7. |
|
8. |
B'deroga mid-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji msemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru (inkluż l-awtorità kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera tagħhom) jew tas-CPC fil-port jew faċilità ta' żbarkar ta' liema jixtiequ jużaw mill-inqas 4 siegħat qabel il-ħin stmat tal-wasla, b'dan li ġej:
|
9. |
Kull Stat Membru għandu jimplimenta sistema ta' rappurtar ta' qbid li tiżgura l-monitoraġġ effettiv ta' l-użu tal-kwota ta' kull bastiment. |
10. |
Il-qabdiet tat-tonn ma jistgħux jiġu offerti għall-bejgħ lill-konsumatur finali, irrispettivament mill-metodu ta' bejgħ, dment li marki jew tikkettar xieraq ma jindikax:
|
11. |
Mill-1 ta' Lulju 2007, l-Istati Membri li l-bastimenti tal-lixka tagħhom huma awtorizzati jistadu għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant għandhom jistitwixxu rekwiżiti għat-tikketti fuq id-denb (tail tags) kif ġej:
|
Parti II
Speċifikazzjonijiet għall-kotba ta' abbord:
Speċifikazzjonijiet minimi għall-kotba ta' abbord
1. |
Il-ktieb ta' abbord irid ikollu kull folja numerata. |
2. |
Il-ktieb ta' abbord irid jiġi kompletat kuljum (nofs il-lejl) jew qabel il-wasla fil-port |
3. |
Il-ktieb ta' abbord irid ikun ikkompletat fil-każ ta' ispezzjonijiet fuq il-baħar |
4. |
Kopja waħda tal-folji trid tibqa' mwaħħla mal-ktieb ta' abbord |
5. |
Il-kotba ta' abbord iridu jinżammu abbord sabiex jiġi kopert perjodu ta' sena ta' operazzjoni. |
Informazzjoni standard minima għall-kotba ta' abbord:
1. |
L-isem tal-kaptan u l-indirizz |
2. |
Dati u portijiet ta' tluq, Dati u portijiet ta' wasla |
3. |
Isem il-bastiment, numru ta' reġistrazzjoni, numru ICCAT u numru IMO (jekk disponibbli). Fil-każ ta' operazzjonijiet konġunti ta' sajd, l-ismijiet tal-bastimenti, in-numri ta' reġistrazzjoni, in-numru ICCAT u n-numru IMO (jekk disponibbli) tal-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni. |
4. |
Inġenji tas-sajd:
|
5. |
Operazzjonijiet fuq il-baħar b'linja waħda (minimu) għal kull jum tal-vjaġġ, b'informazzjoni dwar:
|
6. |
Identifikazzjoni ta' l-ispeċi:
|
7. |
Firma tal-kaptan |
8. |
Firma ta' l-osservatur (jekk applikabbli) |
9. |
Mezz tal-kalkolazzjoni tal-piż: stima, ippiżar abbord. |
10. |
Il-ktieb ta' abbord jinżamm fil-piż ħaj ekwivalenti tal-ħut u jsemmi l-fatturi ta' konverżjoni użati fl-evalwazzjoni. |
Informazzjoni minima fil-każ ta' żbarki, trasbord/trasferiment:
1. |
Dati u port ta' żbark/trasbord/trasferiment |
2. |
Prodotti
|
3. |
Firma tal-Kaptan jew ta' l-Aġent tal-Bastiment |
Parti III
Dikjarazzjoni ICCAT dwar trasferiment/trasbord
Test ta 'immaġni
Fil-każ ta' trasferiment ta' ħut ħaj, indika n-numru ta' unitajiet u l-piż ħaj
Test ta 'immaġni
Obbligi fil-każ ta' trasferiment/trasbord:
1. |
L-oriġinali tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment/trasbord trid tingħata lill-bastiment ta' rmonk/ipproċessar/trasport). |
2. |
Il-kopja tad-dikjarazzjoni ta' trasferiment/trasbord trid tinżamm mill-bastiment tas-sajd korrispondenti li jkun qabad. |
3. |
Operazzjonijiet ta' trasferiment jew trasbord ulterjuri għandhom ikunu awtorizzati mis-CP rilevanti li jawtorizza l-bastiment sabiex jopera. |
4. |
L-oriġinal tad-dikjarazzjoni ta' trasferiment/trasbord trid tinżamm mill-bastiment li jirċievi li jżomm il-ħut, sa l-azjenda jew il-post ta' żbark. |
5. |
L-operazzjoni ta' trasferiment jew trasbord għandha tiġi reġistrata fil-ktieb ta' abbord ta' kwalunkwe bastiment involut fl-operazzjoni. |
Parti IV
Skema ta' l-ICCAT ta' ispezzjoni internazzjonali konġunta
Il-Kummissjoni ICCAT qablet matul ir-Raba' Laqgħa Regolari tagħha (Madrid, Novembru 1975) li:
Skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu IX tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni ICCAT tirrakkomanda l-istabbiliment ta' l-arranġamenti li ġejjin għal kontroll internazzjonali 'l hinn mill-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni u l-miżuri fis-seħħ fiha:
1. |
Il-kontroll għandu jitwettaq mill-ispetturi tas-servizzi tal-kontroll tas-sajd tal-Gvernijiet Kontraenti. L-ismijiet ta' l-ispetturi maħtura għal dak il-għan mill-gvernijiet rispettivi tagħhom għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni. |
2. |
Bastimenti li jġorru spettur għandhom itajru bandiera jew fjamma speċjali approvata mill-Kummissjoni ICCAT sabiex jindikaw li l-ispettur qed iwettaq dmirijiet ta' ispezzjoni internazzjonali. L-ismijiet tal-bastimenti użati għal dak il-fini f'dak il-mument, li jistgħu jkunu bastimenti speċjali ta' ispezzjoni jew bastimenti tas-sajd, għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni ta' l-ICCAT, malajr kemm jista' jkun. |
3. |
Kull spettur għandu jġorr dokument ta' l-identità pprovduta mill-awtoritajiet ta' l-istat tal-bandiera f'forma approvata mill-Kummissjoni ICCAT u mogħtija lilu mal-ħatra li tiddikjara li għandu l-awtorità sabiex jaġixxi skond l-arranġamenti approvati mill-Kummissjoni ICCAT. |
4. |
Suġġett għall-arranġamenti maqbula taħt il-paragrafu (9), bastiment impjegat f'dak il-mument fis-sajd għat-tonn jew ħut bħat-tonn fiż-Żona Konvenzjoni 'l barra mill-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali għandu jieqaf hekk kif jingħata s-sinjal xieraq fil-Kodiċi Internazzjonali dwar is-Sinjali minn bastiment li għandu fuqu spettur dment li ma jkunx qed iwettaq operazzjonijiet ta' sajd, fejn jekk dan ikun il-każ, għandu jieqaf hekk kif ikun temm dawn l-operazzjonijiet. Il-kaptan (2) tal-bastiment għandu jippermetti lill-ispettur, li jista' jkun akkumpanjat minn xhud, sabiex jitla' abbord. Il-kaptan għandu jippermetti lill-ispettur jagħmel l-eżami tal-qabda jew tat-tagħmir u ta' kwalunkwe dokument li l-ispettur jikkonsidra neċessarju sabiex jivverifika l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ICCAT li huma fis-seħħ fir-rigward ta' l-istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat u l-ispettur jista' jitlob għal kwalunkwe spjega li hu jikkunsidra neċessarju. |
5. |
Hekk kif jitla' fuq il-bastiment spettur għandu jipproduċi d-dokument deskritt fi (3) hawn fuq. L-ispezzjonijiet għandhom isiru b'mod li l-bastiment isofri l-inqas tfixkil u inkonvenjenza possibbli u li d-degradazzjoni tal-kwalità tal-ħut ikun evitat. Spettur għandu jillimita l-inkjesta tiegħu għall-aċċertazzjoni tal-fatt fir-rigward ta' l-osservazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-ICCAT li huma fis-seħħ fir-rigward ta' l-istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat. Meta jagħmel l-eżami spettur jista' jitlob lill-kaptan għal kwalunkwe għajnuna li jista' jkollu bżonn. Huwa għandu jfassal rapport dwar l-ispezzjoni tiegħu f'forma approvata mill-Kummissjoni ICCAT. Huwa għandu jiffirma r-rapport fil-preżenza tal-kaptan tal-bastiment li għandu jkun intitolat iżid jew jordna li tiġi miżjuda fir-rapport kwalunkwe osservazzjoni li hu jaħseb li hi xierqa u għandu jiffirma tali osservazzjoni. Kopji tar-rapport għandhom jingħataw lill-kaptan tal-bastiment u lill-gvern ta' l-ispettur li għandu jgħaddi kopji lill-awtoritajiet xierqa ta' l-istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Kummissjoni ICCAT. Fejn jinsab ksur tar-rakkomandazzjonijiet l-ispettur għandu, fejn possibbli, jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-istat tal-bandiera, kif notifikat lill-Kummissjoni ICCAT, u lil kwalunkwe bastiment ta' ispezzjoni ta' l-istat tal-bandiera li huwa magħruf li jinsab fil-viċinanzi. |
6. |
Reżistenza kontra spettur jew nuqqas ta' konformità ma' l-istruzzjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu mill-istat tal-bandiera tal-bastiment b'mod simili għal reżistenza kontra kwalunkwe spettur ta' dak l-istat jew nuqqas ta' konformità mad-direzzjonijiet tiegħu. |
7. |
L-ispetturi għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom taħt dawn l-arranġamenti f'konformità mar-regoli stabbiliti f'din ir-rakkomandazzjoni iżda għandhom jibqgħu taħt il-kontroll operattiv ta' l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u jkunu responsabbli lilhom. |
8. |
Il-Gvernijiet kontraenti għandhom jikkonsidraw u jaġixxu fuq rapporti ta' spetturi barranin taħt dawn l-arranġamenti fuq bażi simili, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, għar-rapporti ta' l-ispetturi nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu m'għandhomx jimponu obbligu fuq Gvern Kontraenti sabiex jagħti valur ogħla lil rapport ta' spettur barrani milli dak li kieku jkollu fil-pajjiż ta' l-ispettur. Il-Gvernijiet Kontraenti għandhom jikkollaboraw sabiex jiffaċilitaw proċedimenti ġudizzjarji jew oħra li jsiru b'riżultat ta' rapport ta' spettur taħt dawn l-arranġamenti. |
9. |
|
10. |
|
11. |
L-ispettur għandu jwaħħal marka ta' identifikazzjoni approvata mill-Kummissjoni ICCAT ma' kwalunkwe tagħmir tas-sajd spezzjonat li jidher li hu fi ksur tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-ICCAT fis-seħħ fir-rigward ta' l-istat tal-bandiera tal-bastiment ikkonċernat u għandu jirreġistra dan il-fatt fir-rapport tiegħu. |
12. |
L-ispettur jista' jieħu ritratti tat-tagħmir b'mod li jiġu żvelati dawk il-karatteristiċi li fl-opinjoni tiegħu mhumiex f'konformità mar-regolament fis-seħħ. F'dan il-każ is-suġġetti li jitteħdilhom ritratt għandhom ikunu elenkati fir-rapport u kopji tar-ritratti għandhom ikunu mehmuża mal-kopja tar-rapport lill-istat tal-bandiera. |
13. |
L-ispettur għandu jkollu l-awtorità, suġġett għal kull limitazzjoni imposta mill-Kummissjoni ICCAT, li jeżamina l-karatteristiċi tal-qabdiet sabiex jistabbilixxi jekk ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-ICCAT humiex qed jiġu osservati. Hu għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-awtoritajiet ta' l-istat tal-bandiera tal-bastiment spezzjonat malajr kemm jista' jkun. (Rapport Biennali 1974/75, Parti II). |
Kummenti
Ġie maqbul li d-data ta' dħul fis-seħħ ta' l-Iskema dwar l-Ispezzjoni Internazzjonali tinżamm sospiża sakemm il-Kummissjoni ICCAT tiddeċiedi mod ieħor.
Fjamma ICCAT:
”
(2) Il-kaptan jirreferi għall-individwu li huwa fil-kmand tal-bastiment