Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0641

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2007 tal- 11 ta’ Ġunju 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Banon (DPO)

ĠU L 150, 12.6.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/641/oj

12.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 641/2007

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Banon (DPO)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu, l-ewwel paragrafu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, it-talba mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Banon”, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU C 234, 29.9.2006, p. 2.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

Klassi 1.3

Ġobon

FRANZA

Banon (DPO)


Top