This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0631
Council Regulation (EC) No 631/2007 of 7 June 2007 amending Regulation (EC) No 147/2003 concerning certain restrictive measures in respect of Somalia
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 631/2007 tas- 7 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 631/2007 tas- 7 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
ĠU L 146, 8.6.2007, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
8.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 146/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 631/2007
tas-7 ta’ Ġunju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2007/391/PESK tas-7 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK tipprovdi embargo fuq l-esportazzjoni ta’ armi, munizzjonijiet u tagħmir militari għas-Somalja, u tipprojbixxi l-għoti ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja u assistenza u taħriġ ieħor relatati ma’ l-attivitajiet fis-Somalja. Il-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari ġiet implimentata bir-Regolament (KE) Nru 147/2003 (2). |
(2) |
Fl-20 ta’ Frar 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1744 (2007) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “UNSCR 1744 (2007)” li inter alia tintroduċi eżenzjonijiet addizzjonali minn dawk il-miżuri restrittivi għal fornimenti ta’ armi u tagħmir militari u taħriġ u assistenza teknika, u finanzjament u assistenza finanzjarja relatata, intiża biss għas-sostenn ta’ jew użu mill-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana għas-Somalja (AMISOM), imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ l-UNSCR 1744 (2007), u għal fornimenti ta’ armi u tagħmir militari u l-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, intiżi biss għall-iskop li jiġi megħjun l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà fis-Somalja, konsistenti mal-proċess politiku maħsub fil-Karta Federali Transitorja tas-Somalja, kif espost fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ l-UNSCR 1744 (2007). |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2007/391/PESK emendat il-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK sabiex l-eżenzjonijiet mill-miżuri restrittivi jiġu konformi ma’ l-UNSCR 1744 (2007). Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti, kif indikata fil-websites elenkati fl-Anness, fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit min jipprovdi s-servizz, tista’ tawtorizza, taħt tali kondizzjonijiet li hija tqis adatti:
|
(2) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 6a Il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness abbażi ta’ l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.”; |
(3) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 7a 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz ta’, websites elenkati fl-Anness. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.”; |
(4) |
it-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandu jiġi miżjud bħala Anness. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ Ġunju 2007.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. GLOS
(1) Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
“ANNESS
Websites għal informazzjoni dwar awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikoli 2a u 7a u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
GREĊJA
http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/
SPANJA
http://www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
IRLANDA
http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities
ITALJA
http://www.esteri.it/UE/deroghe.html
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
LITWANJA
http://www.urm.lt
LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
OLANDA
http://www.minbuza.nl/sancties
AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
POLONJA
http://www.msz.gov.pl
PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
RUMANIJA
http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3
SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
SVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
RENJU UNIT
http://www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission |
DG External Relations |
Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP |
Unit A2. Crisis Management and Conflict Prevention |
CHAR 12/106 |
B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium) |
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu |
Tel.: (32 2) 295 55 85, 299 11 76 |
Fax: (32 2) 299 08 73” |