This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0611
Commission Regulation (EC) No 611/2007 of 1 June 2007 amending Regulation (EC) No 1725/2003 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Interpretations Committee’s (IFRIC) Interpretation 11 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2007 tal- 1 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 11 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2007 tal- 1 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 11 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 141, 2.6.2007, pp. 49–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1126
|
2.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 141/49 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 611/2007
tal-1 ta’ Ġunju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 11 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002. |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Novembru 2006, il-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) ippubblika l-Interpretazzjoni 11 ta' l-IFRIC IFRS 2 - Group and Treasury Share Transactions (Tranżazzjonijiet ta' l-Ishma tal-Grupp u tal-Fondi), minn issa l’ quddiem imsejħa l-'IFRC 11’. L-IFRIC 11 tindirizza kif għandu jiġi applikat l-Istandard Internazzjonali ta' Rapportaġġ Finanzjarju (IFRS) 2 Ħlasijiet ibbażati fuq l-Ishma għal arranġamenti ta' Ħlasijiet ibbażati fuq l-Ishma li jinvolvu l-istrumenti ta' ekwità ta' l-entità tagħhom stess jew strumenti ta' ekwità ta' entità oħra fl-istess grupp (e.ż. strumenti ta' ekwità tal-kumpanija prinċipali tagħha). L-interpretazzjoni kienet meħtieġa minħabba l-fatt li, ma kien hemm ebda gwida dwar kif l-arranġamenti ta' ħlasijiet bbażati fuq l-ishma li permezz tagħhom entità tirċievi oġġetti jew servizzi bħala valur għal strumenti ta' ekwità tal-kumpanija prinċipali ta' l-ekwità, għandhom jiġu meqjusa fir-rapporti finanzjarji ta' l-entità. |
|
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-IFRIC 11 jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1725/2003, l-Interpretazzjoni 11 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) IFRS 2 - Group and Treasury Share Transactions (Tranżazzjonijiet ta' l-Ishma tal-Grupp u tal-Fondi), qed tiġi mdaħħla kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRIC 11 kif stabbilit fl-Anness ma’ dan ir-Regolament mid-data tal-bidu tas-sena finanzjarja 2008 tagħha, għajr dawk il-kumpaniji li d-data tal-bidu tagħhom hija f’Jannar jew fi Frar, li għandhom japplikaw l-IFRIC 11 mid-data tal-bidu tas-sena finanzjarja 2009 l-aktar tard.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1329/2006 (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 3).
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TA' RAPPORTAĠĠ FINANZJARJU
|
“IFRIC 11 |
L-Interpretazzjoni 11 ta' l-IFRIC IFRS 2 — Group and Treasury Share Transactions (Tranżazzjonijiet ta' l-Ishma tal-Grupp u tal-Fondi)” |
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org”
IFRIC INTERPRETAZZJONI 11
IFRS 2 — Tranżazzjonijiet ta' l-Ishma tal-Grupp u tal-Fondi (Treasury)
Referenzi
|
— |
IAS 8 Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji |
|
— |
IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni |
|
— |
IFRS 2 Ħlasijiet ibbażati fuq l-Ishma |
Kwistjonijiet
|
1. |
Din l-Interpretazzjoni tindirizza żewġ kwistjonijiet. L-ewwel nett jekk it-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhomx jitqiesu bħala mħallsa b'ekwità' jew 'imħallsa f'kontanti' skond ir-rekwiżiti ta' l-IFRS 2:
|
|
2. |
It-tieni kwistjoni tikkonċerna l-arranġamenti ta' ħlasijiet permezz ta' ishma li jinvolvu tnejn jew aktar entitajiet fl-istess grupp. Pereżempju, impjegati ta' entità sussidjarja jintgħataw drittijiet għal strumenti ta' ekwità ta' l-entità prinċipali b'kumpens għas-servizzi pprovduti lis-sussidjarja. IFRS 2 il-paragrafu 3 jistabbilixxi li:
Għall-finijiet ta' din l-IFRS, trasferimenti ta' strumenti ta' ekwità ta' entità mill-azzjonisti tagħha lil dawk li fornew oġġetti u servizzi lill-entità (inkluż l-impjegati) huma tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' l-ishma, sakemm it-trasferiment kjarament isir b'għan ieħor għajr il-ħlas għal oġġetti jew servizzi fornuti lill-entità. Dan japplika wkoll għal trasferimenti ta' strumenti ta' ekwità ta' l-entità prinċipali, jew strumenti ta' ekwità ta' entità oħra fl-istess grupp ta' l-entità, lil dawk li fornew oġġetti jew servizzi lill-entità. (Traduzzjoni mhux uffiċjali) [Enfasi miżjuda]. Madankollu, l-IFRS 2 ma tipprovdix gwida dwar kif għandhom jiġu rrappurtati tali tranżazzjonijiet fir-rapporti finanzżjarji individwali jew separati ta' kull entità fil-grupp. |
|
3. |
Għalhħekk, it-tieni kwistjoni tindirizza l-arranġamenti sussegwenti għal ħlas permezz ta' l-ishma:
|
|
4. |
Din l-Interpretazzjoni tindirizza kif l-arranġamenti għal ħlas permezz ta' l-ishma stipulat fil-paragrafu 3 għandhom jiġu rrapportati fir-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja li tirċievi servizzi mingħand l-impjegati. |
|
5. |
Jista' jkun hemm arranġament bejn l-entità prinċipali u sussidjarja tagħha fejn is-sussidjarja tkun tinħtieġ tħallas lill-entità prinċipali għall-provvediment ta' l-istrumenti ta' ekwità lill-impjegati. Din l-Interpretazzjoni ma tindirizzax kif għandhom jiġu rrapportati tali arranġamenti għal ħlas bejn il-gruppi. |
|
6. |
Minkejja li din l-Interpretazzjoni tiffoka fuq tranżazzjonijiet ma' l-impjegati, tapplika wkoll għal tranżazzjonijiet simili ta' ħlas permezz ta' ishma ma' fornituri ta' oġġetti jew servizzi barra l-impjegati. |
Konsensus
Arranġamenti ta' ħlas permezz ta' ishma li jinvolvu l-istrumenti ta' ekwità ta' l-entità nnifisha (il-paragrafu 1)
|
7. |
Tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' ishma fejn entità tirċievi servizzi għall-I istrumenti ta' ekwità tagħha stess għandhom jiġu rrapportati bħala 'mħallsa b'ekwità'. Dan japplika irrispettivament jekk l-entità tagħżilx jew teħtieġx tixtri dawk l-istrumenti ta' ekwità mingħand ħaddieħor biex taqdi l-obbligazzjonijiet lejn l-impjegati tagħha skond l-arranġament għal ħlas permezz ta' l-ishma. Tapplika wkoll irrispettivament jekk:
|
Arranġamenti għal ħlas permezz ta' l-ishma li jinvolvu strumenti ta' ekwità ta' l-entità prinċipali
Entità prinċipali tagħti drittijiet għall-istrumenti ta' ekwità tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha (il-paragrafu 3(a))
|
8. |
Sakemm l-arranġament għal ħlas permezz ta' l-ishma jiġi rrappurtat bħala 'mħallas b' ekwità' fir-rapporti finanzjarji ikkonsolidati ta' l-entità prinċipali, is-sussidjarja għandha tikkwantifika s-servizzi li rċeviet mill-impjegati tagħha skond ir-rekwiżiti applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' ħlas permezz ta' ishma 'mħallsa b'ekwità', b'żieda korrispondenti kif hi magħrufa fl-ekwitajiet bħala kontribuzzjoni mill-entità prinċipali. |
|
9. |
Entità prinċipali tista' tagħti drittijiet għall-istrumenti ta' ekwità tagħha lill-impjegati tas-sussidjarja tagħha, bil-kundizzjoni li mat-tmiem jitkompla jingħata s-servizz kontinwu lill-grupp għal perjodu speċifiku. Impjegat ta' sussidjarja jista' jittrasferixxi l-impjieg tiegħu ma' sussidjarja oħra tul il-perjodu speċifikat ta' l-assenjazzjoni mingħajr ma jittiefsu d-drittijiet ta' l-impjegat għall-istrumenti ta' ekwità ta' l-entità prinċipali skond l-arranġament oriġinali għal ħlas permezz ta' l-ishma. Kull sussidjarja għandha tikkwantifika s-servizzi li rċiviet mill-impjegat b'riferenza għall-valur ġust ta' l-istrumenti ta' ekwità fid-data meta dawk id-drittijiet għall-istrumenti ta' ekwità kienu ngħataw oriġinarjament mill-entità prinċipali kif stabbilit fl-IFRS 2 fl-Appendiċi A, u l-proporzjon tal-perjodu ta' l-assenjazzjoni li l-impjegat għamel ma' kull sussidjarja. |
|
10. |
Tali impjegat, wara li jittrasferixxi ruħu minn entità għal oħra fil-grupp, jista' jonqos li jissodisfa kundizzjoni ta' l-assenjazzjoni għajr kundizzjoni tas-suq kif stabbilit fl-IFRS 2 fl-Appendiċi A, bħal fil-każ fejn l-impjegat jitlaq mill-grupp qabel ma jtemm il-perjodu tas-servizz. F'dan il-każ, kull sussidjarja għandha taġġusta l-ammont meqjus minn qabel fir-rigward tas-servizzi li rċiviet mill-impjegat skond il-prinċipji ta' l-IFRS 2 fil-paragrafu 19. Għaldaqstant, jekk id-drittijiet għall-istrumenti ta' ekwità mogħtija mill-entità prinċipali ma jibqgħux eżerċitabbli minħabba n-nuqqas ta' l-impjegat li jissodisfa kundizzjoni ta' l-assenjazzjoni għajr kundizzjoni tas-suq, l-ebda ammont, għas-servizzi mogħtija mill-impjegat, ma jiġi rreġistrat fuq bażi kumulattiva fir-rapporti finanzjarji ta' kwalunkwe entità sussidjarja. |
Entità sussidjarja tagħti drittijiet għall-istrumenti ta' ekwità ta' l-entità prinċipali lill-impjegati tagħha (paragrafu 3(b))
|
11. |
L-entità sussidjarja għandha tirrapporta t-tranżazzjonijiet ma' l-impjegati tagħha bħala 'mħallsa f'kontanti'. Dan ir-rekwiżit japplika irrispettivament minn kif is-sussidjarja takkwista l-istrumenti ta' ekwità biex taqdi l-obbligi lejn l-impjegati tagħha. |
Data effettiva
|
12. |
Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Marzu 2007 jew wara. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodu li jibda qabel l-1 ta’ Marzu 2007, għandha tħabbar dan. |
Tranżizzjoni
|
13. |
Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni b'mod retrospettiv skond l-IAS 8, soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ l-IFRS 2. |