This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0602
Commission Regulation (EC) No 602/2007 of 31 May 2007 fixing the corrective amount applicable to the refund on malt
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2007 tal- 31 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall- malt
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2007 tal- 31 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall- malt
ĠU L 140, 1.6.2007, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 140/40 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 602/2007
tal-31 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jistipola li r-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet ta' ċereali fil-jum li fih titressaq l-applikazzjoni għal liċenzji għandha tkun applikata, fuq talba, fuq esportazzjoni li ssir matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja. F'dan il-każ, ammont korrettiv jista' jiġi applikat fuq ir-rifużjoni. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-għotja ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' disturb fis-suq taċ-ċereali (2) ppermetta li jiġi stabbilit ammont korrettiv għall-malt imniżżel fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/2003. Dan l-ammont korrettiv għandu jkun ikkalkolat billi jitqiesu l-elementi msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1501/95. |
(3) |
Mid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li l-ammont korrettiv għandu jiġi stabbilit skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjonijiet definit bil-quddiem għall-esportazzjoni tal-malt fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-ammont korrettiv applikabbli għar-rifużjoni għall-malt
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).
(EUR/t) |
|||||||
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Kurrenti 6 |
Terminu 1 7 |
Terminu 2 8 |
Terminu 3 9 |
Terminu 4 10 |
Terminu 5 11 |
1107 10 11 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 10 19 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 10 91 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 10 99 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 20 00 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
(EUR/t) |
|||||||
Kodiċi tal-prodotti |
Destinazzjoni |
Terminu 6 12 |
Terminu 7 1 |
Terminu 8 2 |
Terminu 9 3 |
Terminu 10 4 |
Terminu 11 5 |
1107 10 11 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 10 19 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 10 91 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 10 99 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
1107 20 00 9000 |
A00 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |
0 |