This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0590
Commission Regulation (EC) No 590/2007 of 30 May 2007 on the issue of system B export licences in the fruit and vegetables sector (tomatoes)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2007 tat- 30 ta’ Mejju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2007 tat- 30 ta’ Mejju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam)
ĠU L 139, 31.5.2007, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 139/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 590/2007
tat-30 ta’ Mejju 2007
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifondi ta' l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2007 (3) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B. |
(2) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum, għat-tadam, il-kwantitajiet indikattivi previsti għall-perjodu ta' esportazzjoni li għaddej bħalissa jistgħu jinqabżu dalwaqt. Dan il-qbiż ikun ta' ħsara għar-rendiment tajjeb tas-sistema tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u tal-ħaxix. |
(3) |
Biex tittaffa din is-sitwazzjoni, huwa f'loku li jkunu miċħuda l-applikazzjonijiet għal liċenzji tas-sistema B għat-tadam esportat wara t-30 ta’ Mejju 2007, sa tmiem il-perjodu kurrenti ta' esportazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għat-tadam, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B, imressqa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 134/2007, li għalihom ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tal-prodotti, wara t-30 ta' Mejju u qabel is-1 ta' Lulju 2007, huma miċħuda.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).
(3) ĠU L 42, 14.2.2007, p. 16, korreġut fil-ĠU L 52, 21.2.2007, p. 12).