Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0578

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 578/2007 tal- 25 ta’ Mejju 2007 dwar il-32 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu III

    ĠU L 135, 26.5.2007, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/578/oj

    26.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 135/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 578/2007

    tal-25 ta’ Mejju 2007

    dwar il-32 sejħa speċjali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005, Kapitolu III

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F'konformità ma' l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qed jiftħu sejħa permanenti għall-offerti għall-għoti ta' l-għajnuna għall-butir ikkonċentrat. L-Artikolu 54 ta' dan ir-Regolament jistipula li filwaqt li jitqiesu l-offerti li jsiru għal kull sejħa partikolari, ammont massimu ta’ għajnuna huwa stabbilit għall-butir konċentrat ta’ kontenut minimu ta’ xaħam ta’ 96 %.

    (2)

    Jeħtieġ li tiġi pprovduta l-garanzija ta’ destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament Nru 1898/2005, sabiex jiġi żgurat li l-butir konċentrat jasal fis-settur kummerċjali tal-bejgħ bl-imnut.

    (3)

    Fuq il-bażi ta’ l-eżami ta’ l-offerti rċevuti, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-32 sejħa individwali għall-offerti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 Kapitolu III, il-proċedura ta’ l-appalt m’għandhiex issir.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Mejju 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2107/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 20).


    Top