Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0570

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 570/2007 ta’ l- 24 ta’ Mejju 2007 li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

    ĠU L 133, 25.5.2007, p. 18–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/570/oj

    25.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 133/18


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 570/2007

    ta’ l-24 ta’ Mejju 2007

    li jistipula r-rati ta’ rifużjoni applikabbli għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi li d-differenza bejn prezzijiet fin-negozju internazzjonali għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e), u (g) ta’ dak ir-Regolament u prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji għall-istipular ta’ ammonti ta’ rifużjonijiet (2) bħal dawn, tispeċifika l-prodotti li għalihom ir-rata ta’ rifużjoni għandha tiġi stabbilita, li tapplika fejn dawn il-prodotti huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

    (3)

    Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull prodott bażiku msemmi hawnhekk għandha tiġi stipulata kull xahar.

    (4)

    Minkejja dan, fil-każ ta’ ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, hemm periklu li, jekk rati ta’ rifużjoni għolja jkunu stabbiliti minn qabel, l-impenji li ġew meħuda minħabba dawn ir-rifużjonijiet jistgħu jidħlu fil-periklu li ma jitwettqux. Sabiex jiġi evitat dan il-periklu, huwa għalhekk importanti li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, però mingħajr ma jiġi konkluż minn qabel l-ebda kuntratt għal żmien twil. L-istipular ta’ rati ta’ rifużjoni speċifiċi għall-istipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem għal dawk il-prodotti, għandu jwassal għat-twettiq ta’ dawn iż-żewġ għanjiet.

    (5)

    L-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jipprovdi li, meta r-rata tar-rifużjoni qiegħda tiġi stipulata, għandha tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, il-produzzjoni ta’ rifużjonijiet, għajnuniet jew miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti applikabbli f'kull Stat Membru bi qbil mar-Regolament fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott imsemmi għall-prodotti bażiċi mniżżlin fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jew ta’ prodotti assimilati.

    (6)

    L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għall-ħlas ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat magħmul fil-Komunità li hu pproċessat f’kaseina jekk ħalib bħal dan u l-kaseina prodotta minnu tkun konformi ma’ ċerti kondizzjonijiet.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2005 tad-9 ta' Novembru 2005 li jistipula r-regoli għall-impimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (3), jistipula li butir u krema bi prezzijiet imraħħsa għandhom ikunu disponibbli għall-industriji li jipproduċu ċerti prodotti.

    (8)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għadu ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-rati ta’ rifużjonijiet li japplikaw għall-prodotti bażiċi li huma mniżżla fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, u li huma esportati bħala merkanzija mniżżla fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għandha, tiġi stipulata kif imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Heinz ZOUREK

    Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

    (3)  ĠU L 308, 25.11.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2007 (ĠU L 25, 1.2.2007, p. 6).


    ANNESS

    rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta’ Mejju 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib esportati bħala merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-TRATTAT (1)

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Rata ta’ rifużjoni

    Fil-każ ta’ stipular ta’ rifużjonijiet bil-quddiem

    Oħrajn

    ex 0402 10 19

    Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx il-1,5 % (PG 2):

     

     

    (a)

    Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 3501

    (b)

    Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

    0,00

    0,00

    ex 0402 21 19

    Ħalib tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, li m’għandhomx zokkor jew tipi ta’ ħlewwiet oħra miżjuda, li għandhom piż ta’ xaħam li ma jaqbiżx is-26 % (PG 3):

     

     

    (a)

    Fejn merkanzija mħallta, bħala prodotti assimilati għal PG 3, butir bi prezz imraħħas jew krema miksuba insegwitu għar-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

    10,30

    10,30

    (b)

    Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija oħra

    0,00

    0,00

    ex 0405 10

    Butir, li għandu piż ta’ xaħam ta’ 82 % (PG 6):

     

     

    (a)

    Fejn prodotti li jkollhom butir bi prezz imraħħas jew krema li ġiet prodotta bi qbil mal-kondizzjonijiet ipprovduti għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1898/2005 huma esportati

    32,50

    32,50

    (b)

    Fuq l-esportazzjoni ta’ merkanzija tal-kodiċi NM 2106 90 98 li jkollhom 40 % jew iżjed skond il-piż ta’ xaħam tal-ħalib

    51,17

    51,17

    (c)

    Fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti oħra

    50,00

    50,00


    (1)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-Anness m’humiex applikabbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Andorra, Ġibilterra, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan), il-Liechtenstein, il-gvern lokali ta’ Livigno u Campione d’Italia, il-Heligoland, il-Groelandja, il-Gżejjer Faeroe u l-Istati Uniti ta’ l-Amerka u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Portokoll Nru 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera.


    Top