Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0569

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 569/2007 ta’ l- 24 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 210/2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mat-terminu tal-validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni applikabbli fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    ĠU L 133, 25.5.2007, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/569/oj

    25.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 133/17


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 569/2007

    ta’ l-24 ta’ Mejju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 210/2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mat-terminu tal-validità tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni applikabbli fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(14) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006, jistipula regoli dettaljati partikolari għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li għandu x'jaqsam mal-liċenzji għall-esportazzjoni u mar-rifużjonijiet fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), kif ukoll jistipula t-terminu tal-validità għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni.

    (2)

    Bħala miżura ta' prekawzjoni, biex il-baġit Komunitarju jitħares minn infiq żejjed u biex tkun evitata l-applikazzjoni spekulattiva tas-sistema għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 210/2007 (3) jipprovdi, b'deroga mir-Regolament (KE) Nru 1281/2006, li t-terminu tal-validità għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni għall-prodotti tal-ħalib, li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 ta' Marzu 2007, għandu jkun limitat għat-30 ta' Ġunju 2007.

    (3)

    Ħarsa mill-qrib lejn is-suq intern u dak dinji turi li perijodu itwal ta' validità tal-liċenzji, jista' jiġi stabbilit mill-ġdid u progressivament mingħajr ir-riskju ta' telfien fl-istabbilizzazzjoni tal-funzjonament tajjeb ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 210/2007 jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 210/2007 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    B'deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006, it-terminu tal-validità għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, li jistipulaw minn qabel ir-rifużjoni applikabbli u li għalihom titressaq applikazzjoni sa l-14 ta' Ġunju 2007 għall-prodotti msemmija fil-punt (ċ) ta' dak l-Artikolu, għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2007.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

    (3)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 23.


    Top