This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0560
Commission Regulation (EC) No 560/2007 of 23 May 2007 amending Regulation (EC) No 883/2001 laying down detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 1493/1999 as regards trade with third countries in products in the wine sector
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 560/2007 tat- 23 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 560/2007 tat- 23 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid
ĠU L 132, 24.5.2007, pp. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555
|
24.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 132/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 560/2007
tat-23 ta’ Mejju 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 63(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, safejn ikun meħtieġ biex il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu esportati abbażi tal-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti tal-Ftehimiet konklużi f'konformità ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tiġi koperta minn rifużjoni ta' l-esportazzjoni. |
|
(2) |
Jistgħu jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni biex ikopru d-differenza bejn l-esportazzjonijiet tal-Komunità u dawk ta' pajjiżi terzi. L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali ta' l-importazzjoni fuq prodotti tal-Komunità, preżentament huma f'pożizzjoni kompetittiva partikulari u favorevoli. Għalhekk, ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet għandhom jitneħħew. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 (2) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, it-test taħt l-intestaturi ‘żona 3’ u ‘żona 4’ jinbidel b'dan li ġej:
‘Żona 3: l-Ewropa tal-lvant u l-pajjiżi tal-Komunità ta' Stati Indipendenti
L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina, l-Użbekistan.
Żona 4: l-Ewropa tal-punent
L-Iżlanda, in-Norveġja’