Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0552

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 tat- 22 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament

    ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 11/04/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/552/oj

    23.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 131/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 552/2007

    tat-22 ta’ Mejju 2007

    li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 64(2), 70(2), 110i(3) u (4), 143b(3) u 145(i) tagħhom,

    Billi:

    (1)

    Għall-Istat Membru li jimplimenta l-Iskema ta' Pagament Uniku stabbilita f'Titlu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2007, il-limiti baġitarji għal kull pagament, imsemmija f'Artikoli 66 sa 69 ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati għall-2007 taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'Sezzjoni 2 ta' Kapitlu 5 ta' Titlu III ta' dak ir-Regolament.

    (2)

    Għall-Istati Membri li jużaw, fl-2007, l-għażla stabbilita bl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti baġitarji applikabbli għall-pagamenti diretti esklużi mill-Iskema ta' Pagament Uniku għandhom jiġu ffissati għall-2007.

    (3)

    L-ammont massimu ta' għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ imsemmija f'Artikolu 110i(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi aġġustat skond it-tnaqqis tal-koeffiċjent imsemmi fit-tielet subtitlu ta' l-istess dispożizzjoni u għall-ammont miżmum skond Artikolu 110i(4), notifikat mill-Istati Membri konċernati. Il-limiti massimi nazzjonali ta' l-Anness VIIIa għal dak ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ.

    (4)

    Għall-fini ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti baġitarji għall-Iskema ta' Pagament Uniku għas-sena 2007 wara t-tnaqqis, mil-limiti ta' l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2007, tal-limiti stabbiliti għall-pagamenti imsemmija f'Artikoli 66 sa 70 ta' dak ir-Regolament.

    (5)

    Għall-Istati Membri li fl-2007 jimplimentaw l-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bit-Titlu IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-pakketti finanzjarji annwali għall-2007 għandhom jiġu ffissati skond Artikolu 143(b) ta' dak ir-Regolament.

    (6)

    Għall-fini ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti massimi tal-fondi disponibbli għall-Istati Membri li japplikaw għall-Iskema ta' Pagament Uniku għall-għoti ta' pagamenti separati għaz-zokkor fl-2007 skond Artikolu 143ba tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbiliti abbażi tan-notifiki tagħhom.

    (7)

    L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet ċertifikati ta' operaturi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għandu jiġi dikjarat, skond il-koeffiċjent applikat għall-ammont miżmum skond Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, notifikat mill-Istati Membri konċernati.

    (8)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jigi emendat kif meħtieġ.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Ħlasijiet Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-limiti baġitarji għall-2007 msemmija f'Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness I ta' dan ir-Regolament.

    2.   Il-limiti baġitarji għall-2007 msemmija f'Artikoli 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness II ta' dan ir-Regolament.

    3.   Il-limiti baġitarji għall-Iskema ta' Pagament Uniku għall-2007 msemmija f'Titlu III tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 huma stipulati f'Anness III ta' dan ir-Regolament.

    4.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2007 msemmija f'Artikolu 143b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness IV ta' dan ir-Regolament.

    5.   L-ammonti massimi ta' fondi disponibbli għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, għall-għoti ta' ħlas separat għaz-zokkor fl-2007, kif imsemmija f'Artikolu 143b(4) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 huma stipulati f'Anness IV ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet ta' operaturi ċertifikati fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jkun kif ġej:

    EUR miljuni

    Il-Greċja

    11,098

    Franza

    0,576

    L-Italja

    35,991

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 110i(3), it-tabella tinbidel b'din it-tabella:

    EUR miljuni

    Spanja

    103,14

    Ċipru

    2,93 ”

    (2)

    F'Anness VIIIa, il-kolonni li jikkonċernaw lil Malta u lis-Slovenja jinbidlu b'dan li ġej:

    “Sena Kalendarja

    Malta

    Is-Slovenja

    2005

    670

    35 800

    2006

    830

    44 184

    2007

    1 668

    59 026

    2008

    2 085

    73 618

    2009

    2 502

    87 942

    2010

    2 919

    101 959

    2011

    3 336

    115 976

    2012

    3 753

    129 993

    2013

    4 170

    144 110

    2014

    4 170

    144 110

    2015

    4 170

    144 110

    2016 u s-snin ta' wara

    4 170

    144 110 ”

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).


    ANNESS I

    LIMITI BAĠITARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM INGĦATAW SKOND ARTIKOLI 66 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena Kalendarja 2007

    (Ammont f'EUR miljuni)

     

    BE

    DK

    DE

    EL

    ES

    FR

    IT

    NL

    AT

    PT

    SI

    FI

    SE

    UK

     

    Flanders

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    L-Iskozja

    Ħlasijiet taż-żona għall-għelejjel li jinħartu

     

     

     

     

     

    372 670

    1 154 046

     

     

     

     

     

     

     

     

    Is-suppliment pagabbli għall-qamħ durum

     

     

     

     

     

    42 025

    14 820

     

     

     

     

     

     

     

     

    Primjum għall-baqar mhux miftuma

    77 565

     

     

     

     

    260 242

    733 137

     

     

    70 578

    79 031

     

     

     

     

    Primjum addizzjonali għall-baqar mhux miftuma

    19 389

     

     

     

     

    26 911

    1 279

     

     

    99

    9 503

     

     

     

     

    Primjum speċjali għaċ-ċanga

     

     

    33 085

     

     

     

     

     

     

     

     

    5 038

    24 420

    37 446

     

    Primjum għall-qtil, adulti

     

     

     

     

     

    47 175

    101 248

     

    62 200

    17 348

    8 657

     

     

     

     

    Primjum għall-qtil, għoġġiela

     

    6 384

     

     

     

    560

    79 472

     

    40 300

    5 085

    946

     

     

     

     

    Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

    855

     

     

    183 499

     

     

     

     

    21 892

    346

    600

     

     

    Primjum għan-nagħaġ

     

     

     

     

     

     

    66 455

     

     

     

     

     

     

     

     

    Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

     

     

     

    55 795

     

     

     

     

    7 184

    119

    200

     

     

    Prjmjum supplimentari għan-nagħaġ

     

     

     

     

     

     

    19 572

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għajnuna għal żona tal-ħops

     

     

     

    2 277

     

     

    98

     

     

    27

     

    99

     

     

     

    l-Artikolu 69, is-setturi kollha

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3 398

     

    Artikolu 69, għelejjel li jinħartu

     

     

     

     

    47 323

     

     

    141 712

     

     

    1 878

     

    5 840

     

     

    Artikolu 69, ross

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    150

     

     

     

     

    Artikolu 69, ċanga u vitella

     

     

     

     

    8 810

    54 966

     

    28 674

     

     

    1 684

    2 970

    10 118

     

    29 800

    Artikolu 69,laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

     

     

     

     

    12 615

     

     

    8 665

     

     

    616

     

     

     

     

    Artikolu 69, qoton

     

     

     

     

     

    13 432

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Artikolu 69, żejt taż-żebbuġa

     

     

     

     

    22 196

     

     

     

     

     

    5 658

     

     

     

     

    Artikolu 69, tabakk

     

     

     

     

    7 578

    2 353

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Artikolu 69, zokkor

     

     

     

     

    2 246

    17 568

     

    8 160

     

     

    1 104

     

     

     

     

    Artikolu 69, prodotti tal-ħalib

     

     

     

     

     

    19 763

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    ANNESS II

    LIMITI BAĠITARJI għall-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena Kalendarja 2007

    (Ammont f'EUR miljuni)

     

    Il-Belġju

    Il-Greċja

    Spanja

    Franza

    L-Italja

    L-Olanda

    Il-Portugall

    Il-Finlandja

    Artikolu 70(1)(a)

    Għajnuna għaż-żrieragħ

    1 397

    1 400

    10 347

    2 310

    13 321

    726

    272

    1 150

    Artikolu 70(1)(b)

    Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu

     

     

    23

     

     

     

     

     

    Għajnuna għal-legumi tal-ħbub

     

     

    1

     

     

     

     

     

    Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross

     

     

     

    3 053

     

     

     

     

    Għajnuna għat-tabakk

     

     

     

     

     

     

    166

     


    ANNESS III

    LIMITI BAĠITARJI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

    Sena Kalendarja 2007

    (Ammont f'EUR miljuni)

    Stat Membru

     

    Il-Belġju

    488 660

    Id-Danimarka

    987 356

    Il-Ġermanja

    5 693 330

    Il-Greċja

    2 069 049

    Spanja

    3 542 583

    Franza

    6 107 448

    L-Irlanda

    1 337 919

    L-Italja

    3 612 988

    Il-Lussemburgu

    37 051

    Malta

    1 668

    L-Olanda

    730 632

    L-Awstrija

    643 956

    Il-Portugall

    432 636

    Is-Slovenja

    50 454

    Il-Finlandja

    521 285

    L-Iżvezja

    714 201

    Ir-Renju Unit

    3 931 186


    ANNESS IV

    PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

    Sena Kalendarja 2007

    (Ammont f'EUR miljuni)

    Stat Membru

     

    Il-Bulgarija

    202 097

    Ir-Repubblika Ċeka

    355 384

    L-Estonja

    40 503

    Ċipru

    19 439

    Il-Latvja

    55 815

    Il-Litwanja

    147 781

    L-Ungerija

    509 562

    Il-Polonja

    1 145 834

    Ir-Rumanija

    440 635

    Ir-Repubblika Slovakka

    147 342


    ANNESS V

    L-AMMONT MASSIMU TA' FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TA' PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 143ba TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

    Sena Kalendarja 2007

    (Ammont f'EUR miljuni)

    Stat Membru

     

    Ir-Repubblika Ċeka

    24 490

    Il-Latvja

    5 164

    Il-Litwanja

    8 012

    L-Ungerija

    31 986

    Il-Polonja

    122 906

    Ir-Rumanija

    1 930

    Ir-Repubblika Slovakka

    14 762


    Top