Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0538

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal- 15 ta’ Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l- Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 128, 16.5.2007, p. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2020; Imħassar b' 32020R0159

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/538/oj

    16.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 128/16


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 538/2007

    tal-15 ta’ Mejju 2007

    dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri sabiex tingħata tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital), bħala addittiv ta’ l-għalf għal ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna, sabiex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-użu tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) ġiet awtorizzata għal ħnienes u ħnieżer għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 (2) li proviżorjament jawtorizza l-użu ta’ ċertu mikro organiżmi fl-għalf tal-bhejjem, għal ħnieżer bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2003 (3) li proviżorjament jawtorizza ċerti mikro organiżmi fl-għalf (Enterococcus faecium u Lactobacillus acidophilus), għal tiġieġ għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (4) li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf.

    (5)

    Intbagħat tagħrif ġdid bħala appoġġ għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Jannar 2007 li l-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) m'għandhiex effett avvers fuq is-saħħa ta’ l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (5). Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni hija effikaċi fit-titjib ta’ parametri tar-rendiment skond id-dożi rrakommandati mill-Awtorità fi ħnienes u ħnieżer għas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ addittivi ta’ l-għalf fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

    (2)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11.

    (3)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.

    (4)  ĠU L 84, 2.4.2005, p. 3.

    (5)  Opinion of the Scientific Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed on the safety and efficacy of the product “Bonvital”, a preparation of Enterococcus faecium as a feed additive for piglets and pigs for fattening. Adottata fit-23 ta’ Jannar 2007. Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007)440, p. 1-9.


    ANNESS

    Numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-addittiv

    L-isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    (isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija ta' l-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU /kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana.

    4b1841

    Lactosan Starterkulturen GmbH & Co KG

    Enterococcus faecium DSM 7134

    (Bonvital)

     

    Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

    Preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134

    li fiha minimu ta':

     

    Trab: 1 × 1010 CFU/g ta' l-addittiv

     

    Bċejjeċ żgħar (mikroenkapsulata): 1×1010 CFU/g ta' l-addittiv

     

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

    Enterococcus faecium DSM 7134

     

    Metodu analitiku (1)

    Metodu ta’ enumerazzjoni bi pjanċi għad-diffużjoni bl-użu ta’ bili esculin azide agar u pulsed field gel electrophoresis (PFGE)

    Ħnienes

    (miftuma)

    0,5 × 109

    4 × 109

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-addittiv u l-premixture indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu fil-ħażna u l-istabbilità għall-pelleting.

    2.

    Dożi rakkomandati għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ:

    għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg tal-piż tagħhom: 1 × 109 CFU

    ħnieżer għas-simna: 0.5 × 109 CFU

    5 ta’ Ġunju 2017

    ħnieżer għas-simna

    0,2 × 109

    1 × 109


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/


    Top