Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0529

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 529/2007 tal- 11 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta' l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 02062991 (mill- 1 ta' Lulju 2007 sat- 30 ta' Ġunju 2008 )

ĠU L 123, 12.5.2007, p. 26–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/08/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/529/oj

12.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 123/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 529/2007

tal-11 ta’ Mejju 2007

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta' l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), partikolarment l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-iskeda CXL tal-WTO tirrikjedi lill-Komunità li tiftaħ kwota tariffarja annwali fuq l-importazzjoni ta' 53 000 tunnellata ta' ċanga ffriżata koperta mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (in-numru ta' l-ordni 09.4003). Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għas-sena tal-kwota 2007/2008 li tibda fl-1 ta' Lulju 2007.

(2)

Skond l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu mmanniġġjati permezz tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li din il-kwota tkun amministrata billi d-drittijiet ta' l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta' liċenzji bħala t-tieni pass, kif stabbilit fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni dwar l-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2). B'dan il-mod, l-operaturi li kisbu d-drittijiet ta' l-importazzjoni għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu matul il-perjodu tal-kwota, il-waqt meta jixtiequ li japplikaw għal liċenzji ta' importazzjoni, fid-dawl tal-flussi reali tal-kummerċ. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) għandhom japplikaw għal-liċenzji ta' l-importazzjoni skond dan ir-Regolament, ħlief fejn derogi jkunu xierqa.

(4)

Il-kwota ta' l-2006/2007 kienet amministrata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 704/2006 tat-8 ta' Mejju 2006 li tiftaħ u tipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għal-laħam iffriżat ta' l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 (l-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007) (5). Dak ir-Regolament stabbilixxa metodu ta' amministrazzjoni bbażat fuq kriterju tal-prestazzjoni ta' l-importazzjoni li jiżgura li l-kwota tiġi allokata lil operaturi professjonali li huma kapaċi jimpurtaw iċ-ċanga mingħajr ebda spekulazzjoni.

(5)

L-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dak il-metodu turi li hemm riżultati pożittivi u li għalhekk ikun xieraq li għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008, jinżamm l-istess metodu ta' amministrazzjoni. Għalhekk huwa adegwat li jkun determinat perjodu ta' referenza għall-importazzjonijiet eliġibbli li huwa twil biżżejjed biex jipprovdi għal prestazzjoni rappreżentattiva waqt li jkun riċenti biżżejjed biex jirrifletti l-aħħar żvilupp fil-kummerċ.

(6)

Sabiex tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali għall-applikanti kollha fil-Komunità kollha, se tiġi provduta miżura tranżizzjonali relatata ma' l-importazzjonijiet fil-Bulgarija u fir-Rumanija qabel il-31 ta' Diċembru 2006. L-applikazzjoni sottomessa għandha tinkludi evidenza, li tissodisfa l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li tali importazzjonijiet li jintużaw bħala l-kwantità ta' referenza għall-finijiet ta' din il-kwota, oriġinaw mill-istabbilimenti u pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE (6), fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (7) u fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistabbilixxi b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet tad-drittijiet ta' l-importazzjoni u l-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, mill-1 ta' Lulju 2007, għal dawk il-liċenzji li nħarġu skond dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(8)

Sabiex tkun evitata l-ispekulazzjoni, għandha tiġi ffissata sigurtà relatata mad-drittijiet ta' l-importazzjoni għal kull wieħed mill-applikanti fil-kwota.

(9)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati li japplikaw għal liċenzji ta' l-importazzjoni għad-drittijiet kollha ta' l-importazzjoni allokati, għandu jiġi stabbilit li din l-obbligazzjoni tikkostitwixxi rekwiżit primarju fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jippreskrivi regoli dettaljati li japplikaw is-sistema ta' sigurtajiet għall-prodotti agrikoli (9).

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja fuq l-importazzjoni li tammonta għal 53 000 tunnellata espressa fil-piż ta' laħam mingħajr għadam għal-laħam iffriżat ta' l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 għall-perjodu 1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008.

In-numru ta' l-ordni tal-kwota tariffarja għandu jkun 09.4003.

2.   Id-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni tal-kwota previst fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % ad valorem.

Artikolu 2

1.   Il-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun amministrata billi d-drittjiet ta' l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni bħala t-tieni pass.

2.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1445/95, (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,

(a)

100 kilogramma ta' laħam bl-għadam se jkun ekwivalenti għal 77 kilogramma ta' laħam mingħajr għadam;

(b)

“laħam iffriżat” ifisser laħam li huwa ffriżat u għandu temperatura interna ta' – 12 °C jew inqas meta jidħol fit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għad-drittijiet ta' l-importazzjoni għandhom juru li l-kwantità ta' ċanga li taqa' taħt il-kodiċi NM 0201, 0202, 0206 10 95 jew 0206 29 91 kienet impurtata minnhom jew f'isimhom taħt id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, bejn l-1 ta' Mejju 2006 u t-30 ta' April 2007 (minn hawn 'il quddiem “il-kwantità tar-referenza”).

2.   Kumpanija ffurmata mill-għaqda ta' kumpaniji li kull waħda minnhom impurtat kwantitajiet ta' referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta' referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha.

3.   F'każ fejn il-kwantità ta' referenza hija konnessa ma' l-importazzjonijiet fil-Bulgarija u fir-Rumanija qabel il-31 ta' Diċembru 2006, l-applikanti għad-drittijiet ta' l-importazzjoni għandhom juru li l-importazzjonijiet oriġinaw minn stabbilimenti u pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 79/542/KEE, fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2002/99/KE u fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiddeċiedu xi tkun tinvolvi l-evidenza dokumentata li turi l-konformità mal-kundizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' importazzjoni għandhom jiddaħħlu mhux aktar tard mis-13:00, ħin ta' Brussell, nhar l-1 ta’ Ġunju 2007.

Il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' l-importazzjoni sottomessa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni, ma tistax taqbeż il-kwantitajiet ta' referenza ta' l-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Garanzija ta' EUR 6 kull 100 kilogramma ekwivalenti għal-laħam mingħajr għadam għandha tkun ippreżentata flimkien ma' l-applikazzjoni għad-drittijiet ta' l-importazzjoni.

3.   Sa mhux aktar tard mis-13:00, il-ħin ta' Brussell, fit-tielet Ġimgħa wara tmiem il-perjodu għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali li saret applikazzjoni għalihom.

Artikolu 6

1.   Id-drittijiet ta' l-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba' u mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata ta' ħidma wara tmiem il-perjodu għan-notifika msemmija fl-Artikolu 5(3).

2.   Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' l-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (EC) Nru 1301/2006 tirriżulta li jridu jkunu allokati anqas drittijiet ta' importazzjoni milli kien hemm applikazzjoni għalihom, il-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament għandha tkun rilaxxata b'mod proporzjonali mingħajr dewmien.

Artikolu 7

1.   Ir-rilaxx f’ċirkulazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet assenjati taħt il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja għall-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet ta' l-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali allokata. Dan l-obbligu għandu jikkostitwixxi ħtieġa primarja skond it-tifsira ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 8

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu jiġu ppreżentati biss fl-Istat Membru fejn l-applikant applika għal u kiseb id-drittijiet ta' l-importazzjoni skond il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1).

Kull ħruġ tal-liċenzja ta' importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis li jikkorrispondi mad-drittijiet ta' l-importazzjoni li nkisbu u l-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) għandha tkun rilaxxata b'mod proporzjonali mingħajr dewmien.

2.   Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinħarġu ma' l-applikazzjoni minn u f'isem l-operatur li kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom juru:

(a)

fil-kaxxa 16, wieħed mill-gruppi li ġejjin ta' kodiċijiet NM:

0202 10 00, 0202 20

0202 30, 0206 29 91;

(b)

fil-kaxxa 20, in-numru ta’ l-ordni tal-kwota (09.4003) u ta’ l-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 26), Corrigendum ĠU L 47, 16.2.2007, p. 21.

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(5)  ĠU L 122, 9.5.2006, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006.

(6)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Ir-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(7)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206, hekk kif korretta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.

(9)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.


ANNESS

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(3)(b)

:

Bil-Bulgaru

:

Замразено говеждо или телешко месо [Регламент (ЕО) № 529/2007]

:

Bl-Ispanjol

:

Carne de vacuno congelada [Reglamento (CE) no 529/2007]

:

Biċ-Ċek

:

Zmrazené maso hovězího skotu (nařízení (ES) č. 529/2007)

:

Bid-Daniż

:

Frosset oksekød (forordning (EF) nr. 529/2007)

:

Bil-Ġermaniż

:

Gefrorenes Rindfleisch (Verordnung (EG) Nr. 529/2007)

:

Bl-Estonjan

:

Külmutatud veiseliha (määrus (EÜ) nr 529/2007)

:

Bil-Grieg

:

Κατεψυγμένο βόειο κρέας [κανονισμός (EK) αριθ. 529/2007]

:

Bl-Ingliż

:

Frozen meat of bovine animals (Regulation (EC) No 529/2007)

:

Bil-Franċiż

:

Viande bovine congelée [Règlement (CE) no 529/2007]

:

Bit-Taljan

:

Carni bovine congelate [Regolamento (CE) n. 529/2007]

:

Bil-Latvjan

:

Saldēta liellopu gaļa (Regula (EK) Nr. 529/2007)

:

Bil-Litwan

:

Sušaldyta galvijų mėsa (Reglamentas (EB) Nr. 529/2007)

:

Bl-Ungeriż

:

Szarvasmarhafélék húsa fagyasztva (529/2007/EK rendelet)

:

Bil-Malti

:

Laħam iffriżat ta’ annimali bovini (Regolament (KE) Nru 529/2007)

:

Bl-Olandiż

:

Bevroren rundvlees (Verordening (EG) nr. 529/2007)

:

Bil-Pollakk

:

Mięso wołowe mrożone (Rozporządzenie (WE) nr 529/2007)

:

Bil-Portugiż

:

Carne de bovino congelada [Regulamento (CE) n.o 529/2007]

:

Bir-Rumen

:

Carne de vită congelată (Regulamentul (CE) nr. 529/2007)

:

Bis-Slovakk

:

Mrazené hovädzie mäso [Nariadenie (ES) č. 529/2007]

:

Bis-Sloven

:

Zamrznjeno goveje meso (Uredba (ES) št. 529/2007)

:

Bil-Finlandiż

:

Jäädytettyä naudanlihaa (asetus (EY) N:o 529/2007)

:

Bl-Iżvediż

:

Fryst kött av nötkreatur (förordning (EG) nr 529/2007)


Top