Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0527

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 527/2007 ta' l- 10 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat- tusk fil-KE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

    ĠU L 123, 12.5.2007, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/527/oj

    12.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 123/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 527/2007

    ta' l-10 ta’ Mejju 2007

    li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tat-tusk fil-KE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII ta' l-ICES minn bastimenti li jtajru l-bandiera Spanjola

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

    (2)

    Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qbid ta' l-istokk imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru rreġistrat fl-Istat Membru msemmi fih eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

    (3)

    Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-eżawriment tal-kwota

    Il-kwota għas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi fih għall-2007 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stabbilita f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi fih jew li ġew irreġistrati f'dan il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Fokion FOTIADIS

    Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

    (3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).


    ANNESS

    Nru

    06

    Stat membru

    Spanja

    Stokk

    USK/567EI.

    Speċi

    Tusk (Brosme brosme)

    Żona

    KE u ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII ta’ l-ICES.

    Data

    31 ta’ Marzu 2007


    Top