Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0519

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/2007 tas- 7 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għall-konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu għaddew minn proċess enoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

    ĠU L 123, 12.5.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011; Imħassar b' 32011R1229

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/519/oj

    12.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 123/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 519/2007

    tas-7 ta’ Mejju 2007

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għall-konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu għaddew minn proċess enoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    B’deroga mill-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 527/2003 (2) jawtorizza l-importazzjoni fil-Komunità ta’ nbejjed prodotti fl-Arġentina li jkunu għaddew minn prattiċi enoloġiċi li ma hemmx provvediment dwarhom fir-regoli Komunitarji, partikolarment iż-żieda ta’ l-aċidu maliku. Din l-awtorizzazzjoni skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2006.

    (2)

    L-użu ta’ l-aċidu maliku huwa prattika enoloġika approvata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid.

    (3)

    Bħalissa għadhom għaddejjin negozjati bejn il-Komunità u l-Mercosur, li tiegħu l-Arġentina hija membru, bil-għan li jiġi konkluż ftehim dwar il-kummerċ ta’ l-inbid. Dawn in-negozjati jikkonċernaw b’mod partikolari l-prattiċi enoloġiċi rispettivi taż-żewġ partijiet, kif ukoll il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

    (4)

    Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Mercosur dwar il-kummerċ fl-inbid li jirrikonoxxi reċiprokament il-prattiċi enoloġiċi ta’ kull parti u b’hekk jiffaċilita l-importazzjoni fil-Komunità ta’ nbejjed li joriġinaw mill-Arġentina li jkunu setgħu ġew miżjuda bl-aċidu maliku, jeħtieġ li l-awtorizzazzjoni tat-trattament imsemmi għall-inbejjed Arġentini tiġi estiża sad-dħul fis-seħħ imsemmi iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 527/2003 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 527/2003, id-data “il-31 ta’ Diċembru 2006” għandha tinbidel bid-data “il-31 ta’ Diċembru 2008”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

    Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. SEEHOFER


    (1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 78, 25.3.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1912/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 1).


    Top