EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0491

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2007 tat- 3 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 dwar il-komunikazzjoni tad- data dwar iż-żrieragħ

ĠU L 116, 4.5.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013R0565

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/491/oj

4.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 116/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 491/2007

tat-3 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 dwar il-komunikazzjoni tad-data dwar iż-żrieragħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 1674/72 (1), u partikolarment l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2004 tas-6 ta’ Diċembru 2004 li jistabbilixxi r-regoli għall-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ (2), jirreferi għal speċijiet u gruppi ta’ varjetajiet elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71. Dawn issa huma inklużi fl-Anness XI tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3).

(2)

Fid-dawl tar-riforma tas-settur taż-żrieragħ huwa xieraq li l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005 tkun riveduta. Għal finijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 2081/2004 għandu jitħassar u jiġi ssostitwit minn Regolament ġdid.

(3)

Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taż-Żrieragħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal kull speċi u grupp ta’ varjetajiet elenkati fl-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ trażmissjoni elettronika, l-informazzjoni elenkata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament mid-dati speċifikati fih.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2081/2004 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3.

(2)  ĠU L 360, 7.12.2004, p. 6.

(3)  ĠU L 246, 5.11.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).


ANNESS

Id-data li trid tiġi kkommunikata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 1:

Nru

In-natura ta' l-informazzjoni

(skond l-ispeċi u l-grupp tal-varjetà)

Id-data li fiha għandha tiġi provduta l-informazzjoni

Is-sena tal-ħsad

Is-sena kalendarja wara l-ħsad

1

It-total taż-żona aċċettata għaċ-ċertifikazzjoni (f'ettari)

Il-15 ta’ Novembru

 

2

L-istima tal-ħsad (f'tunnellati) (1)  (2)

Il-15 ta’ Novembru

 

3

It-total tal-kwantitajiet maħsuda (f'tunnellati) (3)

 

L-1 ta' Ottubru

4

L-istokkijiet li kellhom il-bejjiegħa bl-ingrossa fl-aħħar tas-sena tat-tqegħid fis-suq (f'tunnellati) (3)  (4)

 

L-1 ta' Ottubru


(1)  Din id-data tapplika biss għaż-żerriegħa bażika u ċertifikata.

(2)  Il-figuri għall-kwantitajiet taż-żerriegħa aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni.

(3)  Il-figuri għall-kwantitajiet biex jirrelataw għall-ħtieġa taċ-ċertifikazzjoni.

(4)  Is-sena ta' tqegħid fis-suq kif speċifikat fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3).


Top