EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0455

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 455/2007 tal- 25 ta’ April 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 335–336 (MT)
ĠU L 109, 26.4.2007, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/455/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

335


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 455/2007

tal-25 ta’ April 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Laszlo KOVACS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 301/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Preparazzjoni fil-forma ta' soluzzjoni alkoħolika mqiegħda f'pipetti għal bejgħ bl-imnut. Il-kompożizzjoni hija kif ġej:

fipronil (ISO)

10 g

butilidrossianiżol (BHA, E 320)

0,02g

butilidrossitolwen (BHT, E 321)

0,01 g

eċċipjent q.s.p.

100 ml

Il-preparazzjoni, li fiha sustanza li turi attivita’ insettiċida u akariċida kontra parassiti bħall-bergħud, il-qurdien u l-furrax, tintuża esternament fuq annimali domestiċi (klieb u qtates).

3808 91 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 3808 , 3808 91 u 3808 91 90 .

Ara wkoll in-Noti ta' Spjega SA għal titlu 3808 u s-subtitli 3808 91 sa 3808 99 .

Il-preparazzjoni m'għandhiex effett terapewtiku jew profilattiku, fi ħdan it-tifsira ta' titlu 3004 .

2.

Preparazzjoni fil-forma ta' soluzzjoni alkoħolika mqiegħda f'forma ta' sprej (sprejer, pompa) għal bejgħ bl-imnut. Il-kompożizzjoni hija kif ġej:

fipronil (ISO)

0,25 g

eċċipjent q.s.p.

100 ml

Il-preparazzjoni, li fiha sustanza li turi attivita’ insettiċida u akariċida kontra parassiti bħall-bergħud, il-qurdien u l-furrax, jintuża esternament fuq annimali domestiċi (klieb u qtates).

3808 91 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 3808 , 3808 91 u 3808 91 90 .

Ara wkoll in-Noti ta' Spjega SA għal titlu 3808 u s-subtitli 3808 91 sa 3808 99 .

Il-preparazzjoni m'għandhiex effett terapewtiku jew profilattiku, fi ħdan it-tifsira ta' titlu 3004 .

Il-preparazzjoni ma fiha l-ebda ingredjent li jagħti lill-prodott il-karatteristiċi ta' preparazzjoni tat-twaletta għall-annimali. Għaldaqstant hija eskluża minn titlu 3307 .


Top