EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0444

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 tat- 23 ta’ April 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk ta' l-aringi fiż-żoni ICES I u II

ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 321–322 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/444/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

321


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 444/2007

tat-23 ta’ April 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk ta' l-aringi fiż-żoni ICES I u II

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jiffissa għas-sena 2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (1), u b'mod partikolari l-Anness IB tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 jiddetermina għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċertu stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid.

(2)

B'riżultat ta' konsultazzjoni bejn il-Komunità, il-Gżejjer Faroe, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa fit-18 ta' Jannar 2007, intlaħaq qbil dwar l-opportunitajiet ta' sajd għall-istokk Atlanto-Skandiku ta' l-aringi (dawk Norveġiżi li jirriproduċu fir-Rebbiegħa) fil-Grigal ta' l-Atlantiku. Il-limitu tal-qbid kumplessiv għall-2007 huwa ffissat fil-livell ta' 1 280 000 tunnellata, f'konformità sħiħa mal-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Dak il-ftehim għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IB mar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IB tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, il-punt dwar l-ispeċi Aringi fl-ilmijiet tal-KE u internazzjonali taż-żoni ICES I u II jinbidel b'dan li ġej:

Speċi

:

Aringi

Clupea harengus

Żona

:

KE u ilmijiet Internazzjonali ta’ I u II HER/1/2.

Il-Belġju

30

 

Id-Danimarka

28 550

 

Il-Ġermanja

5 000

 

Spanja

94

 

Franza

1 232

 

L-Irlanda

7 391

 

L-Olanda

10 217

 

Il-Polonja

1 445

 

Il-Portugall

94

 

Il-Finlandja

442

 

L-Iżvezja

10 580

 

Ir-Renju Unit

18 253

 

KE

83 328

 

In-Norveġja

74 995  (1)

 

TAC

1 280 000

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

(1)  Qabdiet meħuda minn din il-kwota għandhom jitnaqqsu mis-sehem tat-TAC tan-Norveġja (kwota ta' aċċess). Din il-kwota tista’ tiġi mistada biss fiż-żona KE fit-Tramuntana ta’ 62 °N.

Kundizzjonijiet speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni speċifikati:

 

Ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62 °N u ż-żona ta' sajd madwar Jan Mayen (HER/*2AJMN)

Il-Belġju

30  (2)

Id-Danimarka

28 550  (2)

Il-Ġermanja

5 000  (2)

Spanja

94  (2)

Franza

1 232  (2)

L-Irlanda

7 391  (2)

L-Olanda

10 217  (2)

Il-Polonja

1 445  (2)

Il-Portugall

94  (2)

Il-Finlandja

442  (2)

L-Iżvezja

10 580  (2)

Ir-Renju Unit

18 253  (2)

(2)  Meta t-total tal-qabdiet ta' l-Istati Membri kollha jkun laħaq 74 995 tunnellata, m'għandu jkun permess l-ebda qbid ulterjuri.”


Top