EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0377

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2007 tad- 29 ta’ Marzu 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

ĠU L 94, 4.4.2007, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 258–260 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/377/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

258


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 377/2007

tad-29 ta’ Marzu 2007

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007, p. 11).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Preparazzjoni ta’ ġellewż magħmula minn taħlita ta’ ġellewż u zokkor, ippreżentata fil-forma ta’ frak (% bl-użin) (*),

Qlub tal-ġellewż

40

Zokkor miżjud

60

Il-qlub tal-ġellewż huma nkaljati f'temperatura ta' 140oĊ għal 20-25 minuta. Iz-zokkor ikun inkaljat separatament fl-istess temperatura għal 15-17-il minuta. Il-ġellewż u z-zokkor inkaljati mbagħad jitħalltu u jkunu nkaljati flimkien għal 12-15-il minuta. Il-preparazzjoni imbagħad tkun imkessħa u mqatta’ f’partiċelli ta' daqs ta’ 1-4 mm. Imbagħad tkun ippakkjata f'boroż ta' mill-inqas 10kg għal bejgħ bl-ingrossa.

Din il-preparazzjoni hija prodott intermedjarju, u mhijiex intenzjonata għal konsum immedjat iżda għal użu fil-manifattura ta’ ċikkulati, ġelati, ħelu u prodotti moħmija.

2008 19 19

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), il-kliem tal-kodiċi NM 2008 , 2008 19 u 2008 19 19 .

Dan il-prodott mhux ikklassifikat f’Kapitlu 17 minħabba li huwa preparazzjoni ta' l-ikel biz-zokkor magħmula minn taħlita ta’ ġellewż u zokkor (NSSA għal Kapitlu 17, Ġenerali, paragrafu (b)).

It-titlu 1704 ma japplikax għal din il-preparazzjoni ta' ġellewż biz-zokkor għax mhijex immarkittjata jew intenzjonata għal użu bħala prodott tal-ħelu fiha innifisha (NSSA għal titlu 1704 , l-ewwel paragrafu).

Dan il-prodott huwa kopert minn Kapitlu 20 għax huwa ppreparat jew ippreservat b'mod mhux speċifikat f’Kapitlu 8 (Nota 1 (a) għal Kapitlu 20 u NSNM għal subtitli 2008 11 10 sa 2008 19 99 ).

Billi huma ġellewż imħallta biz-zokkor u billi għaddew minn preparazzjoni (inkaljar), dan il-prodott huwa kklassifikat fis-subtitlu 2008 19 19 (NSNM għal subtitli 2008 11 10 sa 2008 19 99 )

2.

Preparazzjoni ta’ ġellewż magħmula minn taħlita ta’ ġellewż u zokkor ippreżentata fil-forma ta’ trab (% bl-użin) (**),

Qlub tal-ġellewż

40

Zokkor miżjud

60

Il-qlub tal-ġellewż huma nkaljati f'temperatura ta' 140oĊ għal 20-25 minuta. Iz-zokkor ikun inkaljat separatament fl-istess temperatura għal 15-17-il minuta. Il-ġellewż u z-zokkor inkaljati mbagħad jitħalltu u jkunu nkaljati flimkien għal 12-15-il minuta. Il-preparazzjoni imbagħad tkun imkessħa u mqatta’ f’partiċelli ta' daqs ta’ 1-4 mm qabel ma jkunu mitħuna f'daqs ta' 20-30 microns. Imbagħad tkun ippakkjata f'boroż ta' mill-inqas 12,5kg għal bejgħ bl-ingrossa.

Din il-preparazzjoni hija prodott intermedju, u mhijiex intenzjonata għal konsum immedjat iżda għal użu fil-manifattura ta’ ċikkulati, ġelati, ħelu u prodotti moħmija.

2008 19 19

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall--interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tal-kodiċi NM 2008 , 2008 19 u 2008 19 19 .

Dan il-prodott mhux ikklassifikat f’Kapitlu 17 minħabba li huwa tħejjija ta' l-ikel biz-zokkor magħmula minn taħlita ta’ ġellewż u zokkor (NSSA għal Kapitlu 17, Ġenerali, paragrafu (b)).

Titlu 1704 ma japplikax għal din il-preparazzjoni, għax hija prodott semi-manufatturat, li mhuwiex trasformata direttament f'ċertu tip ta' prodott tal-ħelu ta' dan it-titlu (NSNM għall-titlu 1704 , l-ewwel paragrafu, ix, u NSNM għal subtitli 1704 90 51 sa 1704 90 99 , it-tieni paragrafu).

Dan il-prodott huwa kopert minn Kapitlu 20 għax huwa ppreparat jew ippreservat b'mod mhux speċifikat f’Kapitlu 8 (Nota 1 (a) għal Kapitlu 20 u NSNM għal subtitli 2008 11 10 sa 2008 19 99 ).

Billi huma ġellewż imħallta biz-zokkor u billi għaddew minn preparazzjoni (inkaljar), dan il-prodott huwa kklassifikat fis-subtitlu 2008 19 19 (NSNM għal subtitli 2008 11 10 sa 2008 19 99 )

3.

Preparazzjoni ta’ ġellewż magħmula minn taħlita ta’ ġellewż u zokkor ippreżentata fil-forma ta’ pejst (% bl-użin) (***),

Qlub tal-ġellewż

40

Zokkor miżjud

60

Il-qlub tal-ġellewż huma nkaljati f'temperatura ta' 140oĊ għal 20-25 minuta. Iz-zokkor ikun inkaljat separatament fl-istess temperatura għal 15-17-il minuta. Il-ġellewż u z-zokkor inkaljati mbagħad jitħalltu u jkunu nkaljati flimkien għal 12-15-il minuta. Il-preparazzjoni imbagħad tkun imkessħa u mqatta’ f’partiċelli ta' daqs ta’ 1-4 mm qabel ma jkunu mitħuna f'daqs ta' 20-30 microns. Il-preparazzjoni mitħuna mbagħad tkun imħallta sa ma tieħu l-forma ta' pejst omoġenea. Imbagħad tkun ippakkjata f'boroż ta' mill-inqas 20kg għal bejgħ bl-ingrossa.

Din il-preparazzjoni hija prodott intermedju, mhijiex intenzjonata għal konsum immedjat iżda għal użu fil-manifattura ta’ ċikkulati, ġelati, ħelu u prodotti moħmija.

2008 19 19

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tal-kodiċi NM 2008 , 2008 19 u 2008 19 19 .

Dan il-prodott mhuwiex ikklassifikat f’Kapitlu 17 minħabba li hija tħejjija ta' l-ikel biz-zokkor magħmula minn taħlita ta’ ġellewż u zokkor (NSSA għal Kapitlu 17, Ġenerali, paragrafu (b)).

Titlu 1704 ma japplikax għal din il-preparazzjoni, għax hija prodott semi-manufatturat, li mhuwiex trasformat direttament f'ċertu tip ta' prodott tal-ħelu ta' dan it-titlu (NSSA għal titlu 1704 , l-ewwel paragrafu, ix, u NSNM għal subtitli 1704 90 51 sa 1704 90 99 , it-tieni paragrafu).

Dan il-prodott huwa kopert minn Kapitlu 20 għax huwa ppreparat jew ippreservat b'mod mhux speċifikat f’ Kapitlu 8 (Nota 1 (a) għall-Kapitlu 20 u NSNM għal subtitli 2008 11 10 sa 2008 19 99 ).

Billi huma ġellewż imħallta biz-zokkor u billi għaddew minn preparazzjoni (inkaljar), dan il-prodott huwa kklassifikat f’subtitlu 2008 19 19 (NSNM għal subtitli 2008 11 10 sa 2008 19 99 )

Image Image Image

(*)  Ir-ritratt Nru 1 huwa purament għall-informazzjoni.

(**)  Ir-ritratt Nru 2 huwa purament għall-informazzjoni.

(***)  Ir-ritratt Nru 3 huwa purament għall-informazzjoni.


Top