Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0342

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 342/2007 tad- 29 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 489/2005 rigward id-determinazzjoni taċ-ċentri ta' l-intervent u t-teħid tar-ross fil-ħliefa ( paddy ) mill-aġenziji ta' l-intervent wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

    ĠU L 90, 30.3.2007, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 229–231 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0670

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/342/oj

    29.2.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    229


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 342/2007

    tad-29 ta' Marzu 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 489/2005 rigward id-determinazzjoni taċ-ċentri ta' l-intervent u t-teħid tar-ross fil-ħliefa (paddy) mill-aġenziji ta' l-intervent wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jistipula li l-elenku taċ-ċentri ta' l-intervent għat-teħid tar-ross fil-ħliefa (paddy) għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. Dan l-elenku jidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 489/2005 tad-29 ta' Marzu 2005 dwar regoli ddettaljati għat-twettiq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 rigward id-determinazzjoni taċ-ċentri ta' l-intervent u t-teħid tar-ross fil-ħliefa (paddy) mill-aġenziji ta' l-intervent (2). Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, jinħtieġ li jiġu ddeterminati ċ-ċentri ta' l-intervent għal dawn l-Istati Membri l-ġodda u li jkunu inklużi fl-elenku msemmi.

    (2)

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jillimita għal 75 000 tunnellata l-kwantitajiet li jistgħu jinxtraw mill-aġenziji ta' l-intervent mal-Komunità kollha. Biex din il-kwantità titqassam b'mod ġust, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru produttur ġew stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 489/2005, fil-qies taż-żoni bażi nazzjonali stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (3), kif ukoll il-medji tal-produzzjoni li jingħataw fl-Anness VII ta' l-istess Regolament. Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, jinħtieġ li dan it-tqassim bejn l-Istati Membri produtturi jiġi rrivedut, billi jiġu applikati l-istess kriterji ta' tqassim użati fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 489/2005, iżda billi jittieħed kont ukoll taż-żoni bażi tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

    (3)

    Għaldaqstant, huwa f'loku li r-Regolament (KE) Nru 489/2005 jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 489/2005 huwa emendat kif ġej:

    1)

    L-Anness I huwa emendat skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    2)

    L-Anness V huwa mibdul bit-test ta' l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta' Marzu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 81, 30.3.2005, p. 26.

    (3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).


    ANNESS I

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 489/2005, jiżdiedu l-punti 7 u 8 li ġejjin:

    “7.   Il-Bulgarija

    Ir-Reġjuni

    L-ismijiet taċ-ċentri ta' l-intervent

    Пазарджишка област

    Пазарджик

    Пловдивска област

    Пловдив

    Старозагорска област

    Стара Загора


    8.   Ir-Rumanija

    Ir-Reġjuni

    L-ismijiet taċ-ċentri ta' l-intervent

    Ialomita

    Slobozia”


    ANNESS II

    “ANNESS V

    Tranche nru 1 imsemmija fl-Artikolu 5

    L-Istat Membru

    Tranche nru 1

    Il-Bulgarija

    584  t

    Il-Greċja

    4 636  t

    Spanja

    20 320  t

    Franza

    4 148  t

    L-Italja

    40 432  t

    L-Ungerija

    305  t

    Il-Portugall

    4 549  t

    Ir-Rumanija

    26  t”


    Top