EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0245

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2007 tat- 8 ta’ Marzu 2007 li jemenda u jadatta l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Bulgarija, r-Rumanija u l-Malasja Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 73, 13.3.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/245/oj

13.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 245/2007

tat-8 ta’ Marzu 2007

li jemenda u jadatta l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Bulgarija, r-Rumanija u l-Malasja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi l-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u r-regoli applikabbli għall-kontrolli ta' tali movimenti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi li fil-Parti C ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi stipulata lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jista’ jiġi awtorizzat il-moviment ta’ annimali domestiċi lejn il-Komunità, dejjem jekk jiġu sodisfatti ċerti rekwiżiti.

(3)

Il-lista fil-Parti C ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tinkludi pajjiżi u territorji terzi li huma ħielsa mill-idrofobija u pajjiżi u territorji terzi fejn ir-riskju li tidħol l-idrofobija fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti minn dawn il-pajjiżi u territorji terzi nstab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(4)

Mit-tagħrif mogħti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Malasja, jidher li r-riskju li l-idrofobija tidħol fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti ta’ annimali domestiċi minn dan il-pajjiż mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti ta’ annimali domestiċi bejn l-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi diġà elenkati fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Għalhekk il-Malasja għandha tiġi inkluża fil-lista stipulata fil-Parti C ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(5)

Minħabba li l-Bulgarija u r-Rumanija ilhom Stati Membri mill-1 ta’ Jannar 2007, fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja huwa meħtieġ li jitneħħew ir-referenzi għal dawn il-pajjiżi mill-Parti C ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 b'effett mid-data tas-sħubija.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 998/2003, il-Parti C ta’ l-Anness II huwa emendat kif ġej:

(1)

L-iskrizzjonijiet li ġejjin għandhom jitneħħew:

“BG – il-Bulgarija

RO – ir-Rumanija”.

(2)

Għandha tiddaħħal l-iskrizzjoni li ġejja: “MY – il-Malasja”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta ' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1467/2006 (ĠU L 274, 5.10.2006, p. 3).


Top