This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0239
Commission Regulation (EC) No 239/2007 of 6 March 2007 laying down detailed rules for the application of Regulation (EEC) No 404/93 as regards the requirements for communications in the banana sector
239/2007/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2007 tas- 6 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana
239/2007/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2007 tas- 6 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana
ĠU L 67, 7.3.2007, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 319M, 29.11.2008, pp. 495–496
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2012; Imħassar b' 32011R1333
|
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
495 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 239/2007
tas-6 ta’ Marzu 2007
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 404/93 rigward ir-rekwiżiti għall-komunikazzjonijiet fis-settur tal-banana
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana ġiet emendata b’mod sostanzjali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007 bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2013/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 404/93, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 247/2006 rigward is-settur tal-bananaĠU L 384, 29.12.2006, p. 13.. |
|
(2) |
B’mod partikolari ġew aboliti r-regoli dwar l-iskema ta’ għajnuna kumpensatorja. Madankollu, għall-monitoraġġ tat-tħaddim tas-suq tal-banana, huwa neċessarju għall-Kummissjoni li tkompli tirċievi informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-banana prodotta fil-Komunità. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jkopru l-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni mill-Istati Membri. Tali komunikazzjonijiet għandhom ikunu komparabbli mal-informazzjoni ikkomunikata taħt ir-reġim preċedenti, waqt li fl-istess ħin ikunu ssimplifikati sa fejn possibbli. Id-dispożizzjonijiet dwar tali komunikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana fil-Komunità rigward banana rilaxxata f’ċirkolazzjoni ħielsa bir-rata ta’ dazju tat-tariffa doganali komuni (2) li issa ġie sostitwit b'Artikolu ieħor, għandhom għalhekk jiġu mħassra. Ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 għandu għaldaqstant jiġi emendat. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Frott u l-Ħxejjex Friski, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ rapportar dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-kwantità ta’ banana prodotta fil-Komunità li hija kkummerċjalizzata:
|
|
(b) |
il-prezzijiet medji ta’ bejgħ fis-swieq lokali ta’ banana ħadra prodotta fil-Komunità li hija kkummerċjalizzata fir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom; |
|
(ċ) |
il-prezzijiet medji ta’ bejgħ għal banana ħadra fl-istadju ta’ kunsinna fl-ewwel port ta’ ħatt (oġġetti mhux maħtuta) rigward banana prodotta fil-Komunità li hija kkummerċjalizzata fil-Komunità barra mir-reġjun ta’ produzzjoni tagħhom; |
|
(d) |
previżjonijiet tad-dejta msemmija f’punti (a), (b) u (ċ) għaż-żewġ perjodi ta’ rapportar sussegwenti. |
2. Ir-reġjuni ta’ produzzjoni għandhom ikunu:
|
(a) |
il-Gżejjer Kanarji, |
|
(b) |
Guadeloupe, |
|
(c) |
Martinique, |
|
(d) |
Madeira, l-Azores u Algarve, |
|
(e) |
Kreta u Lakonja, |
|
(f) |
Ċipru. |
3. Il-perjodi ta’ rapportar għal sena kalendarja għandhom ikunu:
|
(a) |
Jannar sa April inklussivi, |
|
(b) |
Mejju sa Awwissu inklussivi, |
|
(ċ) |
Settembru sa Diċembru inklussivi. |
Il-komunikazzjonijiet għal kull perjodu ta’ rapportar għandhom isiru sa mhux iktar tard minn ħmistax il-ġurnata tat-tieni xahar wara l-perjodu ta’ rapportar.
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat permezz tas-sistema elettronika indikata mill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Il-punt (d) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2014/2005 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).
(2) ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 566/2006 (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 6).