This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0141
Commission Regulation (EC) No 141/2007 of 14 February 2007 concerning a requirement for approval in accordance with Regulation (EC) No 183/2005 of the European Parliament and of the Council for feed business establishments manufacturing or placing on the market feed additives of the category coccidiostats and histomonostats (Text with EEA relevance )
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 ta' l- 14 ta’ Frar 2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija coccidiostats u histomonostats Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2007 ta' l- 14 ta’ Frar 2007 dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija coccidiostats u histomonostats Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 43, 15.2.2007, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 38–39
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/11/2014
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 141/2007
ta' l-14 ta’ Frar 2007
dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf li jimmanifatturaw jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats”
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 183/2005 tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistipula r-rekwiżiti għall-iġjene ta' l-għalf (1), b’mod partikulari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 jipprevedi l-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti kummerċjali ta' l-għalf. L-għan prinċipali tas-sistema ta' approvazzjoni stabbilità bir-Regolament (KE) Nru 183/2005 hija li dawk l-istabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq prodotti meqjusa bħala sensittivi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' iġjene rilevanti stipulati f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jipprevedi possibilità li jitwessa' l-ambitu tar-rekwiżit ta' l-approvazzjoni. |
(2) |
“Coccidiostats u histomonostats” huma waħda mill-kategoriji ta' additivi għall-għalf imsemmija fil-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar additivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali (2). Din il-kategorija ta’ additivi għall-għalf hija meqjusa bħala ugwalment sensittiva daqs il-kategoriji li għalihom ġie stipulat rekwiżit ta' approvazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
(3) |
Għalhekk, stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew iqiegħdu fis-suq additivi għall-għalf li huma parti mill-kategorija “coccidiostats u histomonostats” għandhom ugwalment ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta' approvazzjoni. |
(4) |
Għandhom jiġu previsti mizuri tranżizzjonali dwar stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq addittivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats” li ma kinux jeħtieġu li jiġu approvati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-istabbilimenti approvati taħt id-Direttiva 95/69/KE (3) huma koperti bil-Art. 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Operaturi kummerċjali ta’ l-għalf għandhom jiżguraw li stabbilimenti taħt il-kontroll tagħhom u koperti bir-Regolament (KE) Nru 183/2005 huma approvati mill-awtorità kompetenti, fejn it-tali stabbilimenti jimmanifatturaw u/jew iqiegħdu fis-suq additivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats”. L-approvazzjoni tingħata skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005.
Artikolu 2
Stabbilimenti li jimmanifatturaw u/jew li jqiegħdu fis-suq additivi għall-għalf tal-kategorija “coccidiostats u histomonostats” u li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma kinux jeħtieġu li jiġu approvati għal din il-kategorija ta' additivi ta' l-għalf mil-leġislazzjoni nazzjonali, jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-approvazzjoni, bil-kundizzjoni li jippreżentaw din l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti fil-qasam li fih jinsab l-istabbiliment tagħhom sa mill-inqas is-7 ta’ Ġunju 2007.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-7 ta’ April 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(3) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 15.