This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0075
Council Directive 2007/75/EC of 20 December 2007 amending Directive 2006/112/EC with regard to certain temporary provisions concerning rates of value added tax
Direttiva tal-Kunsill 2007/75/KE ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet temporanji dwar rati ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
Direttiva tal-Kunsill 2007/75/KE ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet temporanji dwar rati ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 346, 29.12.2007, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 346/13 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2007/75/KE
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet temporanji dwar rati ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) tipprovdi għal ċerti derogi fir-rigward tar-rati tal-VAT. Xi wħud mid-derogi jiskadu f’data fissa, filwaqt li oħrajn jibqgħu applikabbli sa l-adozzjoni ta’ l-arranġamenti definittivi. |
(2) |
Id-derogi fir-rigward tar-rati tal-VAT li d-Direttiva 2006/112/KE tipprevedi konformement ma’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, u li jippermettu adattament bla xkiel ta’ l-ekonomiji ta’ ċerti Stati Membri ġodda għas-suq intern, għandhom data fissa u jiskadu dalwaqt. |
(3) |
Numru minn dawn l-Istati Membri ġodda ddikjaraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw id-derogi li minnhom b’hekk jibbenefikaw għal perijodu ulterjuri ta’ żmien. |
(4) |
Fid-dawl tad-dibattitu pendenti dwar l-użu ta’ rati mnaqqsa u l-proposta leġislattiva li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni, huwa kunsiljabbli li jiġu estiżi ċerti derogi sa tmiem l-2010, id-data sa meta ġie estiż l-esperiment dwar l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa għal servizzi li jinvolvu xogħol intensiv. |
(5) |
Id-Direttiva 2006/112/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, id-Direttiva 2006/112/KE hija b’dan emendata kif ġej:
1. |
l-Artikolu 123 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 123 Ir-Repubblika Ċeka tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 5 % fuq il-provvista ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni għal djar residenzjali mhux prevista bħala parti mill-politika soċjali, minbarra l-materjal tal-bini.”; |
2. |
l-Artikolu 124 għandu jitħassar; |
3. |
fl-Artikoli 125(1) u (2), il-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2007” għandhom jinbidlu bil-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2010”; |
4. |
l-Artikolu 126 għandu jitħassar; |
5. |
fl-Artikolu 127, “1 ta’ Jannar 2010” għandha tinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2010”; |
6. |
l-Artikolu 128 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 128 1. Il-Polonja tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2010 tagħti eżenzjoni bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti fir-rigward tal-provvista ta’ ċerti kotba u perjodiċi specjalizzati. 2. Il-Polonja tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2010, jew sa l-introduzzjoni ta’ arranġamenti definittivi kif imsemmija fl-Artikolu 402, skond liema jiġi l-ewwel, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 7 % għall-provvista ta’ servizzi ta’ ristoranti. 3. Il–Polonja tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 3 % għall-provvista ta’ oġġetti ta’ ikel kif imsemmi fil-punt (1) ta’ l-Anness III. 4. Il-Polonja tista’, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tkompli tapplika rata mnaqqsa ta’ mhux anqas minn 7 % fuq il-provvista ta’ servizzi, mhux ipprovduti bhala parti minn politika soċjali, ghall-kostruzzjoni, rinnovazzjoni u alterazzjoni ta’ djar, eskluż il-materjal tal-bini, u fuq il-provvista qabel l-ewwel okkupazzjoni ta’ bini residenzjali jew partijiet minn bini residenzjali, kif imsemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1).”; |
7. |
fl-Artikoli 129(1) u (2), il-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2007” għandhom jinbidlu bil-kliem “sal-31 ta’ Diċembru 2010”; |
8. |
l-Artikolu 130 għandu jitħassar. |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. NUNES CORREIA
(1) Opinjoni tal-11 ta’ Diċembru 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92).