This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0072
Commission Directive 2007/72/EC of 13 December 2007 amending Council Directive 66/401/EEC as regards the inclusion of the species Galega orientalis Lam. (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam. Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/72/KE tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam. Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 329, 14.12.2007, pp. 37–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
03/01/2008
|
14.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 329/37 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/72/KE
tat-13 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ l-ispeċi Galega orientalis Lam.
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Galega orientalis Lam. hija pjanta ta’ l-għalf li tikber ħafna f’ċerti Stati Membri u li għandha rwol sinifikanti fit-titjib tal-kwalità ta’ l-għalf għall-annimali fl-irziezet. |
|
(2) |
Attwalment din l-ispeċi mhix koperta minn regoli uniformi dwar iċ-ċertifikazzjoni taż-żerriegħa taħt id-Direttiva 66/401/KEE u għalhekk iż-żerriegħa rilevanti ma tistax tibbenefika minn ċirkolazzjoni ħielsa. |
|
(3) |
Minħabba li tissodisfa l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni rilevanti kollha, l-ispeċi Galega orientalis Lam. għandha għalhekk tiġi inkluża fil-lista fid-Direttiva 66/401/KEE. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 66/401/KEE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2(1)(A)(b), l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “Leguminosae” u “Hedysarum coronarium L. Sulla”: “ Galega orientalis Lam. fodder galega”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3(1), l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn “Festuca rubra L. x Festulolium” u “Lolium multiflorum Lam.”: “ Galega orientalis Lam. fodder galega”; |
|
(3) |
L-Annessi II u III huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).
ANNESS
(1)
L-Anness II għad-Direttiva 66/401/KEE huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Fit-tabella fil-punt 2.A tat-Taqsima I “ŻERRIEGĦA ĊERTIFIKATA”, il-linja li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “LEGUMINOSAE” u “Hedysarum coronarium”:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) |
Fit-tabella fil-punt 2.A tat-Taqsima II “ŻERRIEGĦA BAŻIKA”, il-linja li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “LEGUMINOSAE” u “Hedysarum coronarium”:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2)
Fl-Anness III, fit-tabella l-linja li ġejja tiddaħħal bejn l-intestatura “LEGUMINOSAE” u “Hedysarum coronarium”:|
Speċi |
Piż massimu ta’ lott (tunnellati) |
Piż minimu ta’ kampjun li jittieħed minn lott (grammi) |
Piż tal-kampjun għad-determinazzjoni bl-għadd ipprovdut fil-kolonni 12 sa 14 ta’ l-Anness II (I) (2) (A) u l-kolonni 3 sa 7 ta’ l-Anness II (II) (2) (A) (grammi) |
|
1 |
2 |
3 |
4 |
|
“Galega orientalis Lam. |
10 |
250 |
200 ” |