This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0067
Commission Directive 2007/67/EC of 22 November 2007 amending Council Directive 76/768/EEC, concerning cosmetic products, for the purpose of adapting Annex III thereto to technical progress (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/67/KE tat- 22 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/67/KE tat- 22 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 305, 23.11.2007, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013
23.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 305/22 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/67/KE
tat-22 ta’ Novembru 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Anness III tagħha għall-progress tekniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,
Billi:
(1) |
Skond l-istrateġija ta' analiżi għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, ġie miftiehem ma' l-Istati Membri u l-partijiet interessati li d-data ta' Lulju 2005 tkun xierqa għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur (KXPK) ta' l-informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar elenkata fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/65/KE tad-19 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, rigward prodotti kożmetiċi, għall-għan li tadatta l-Annessi II u III magħha għall-progress tekniku (2), estendiet sal-31 ta' Diċembru 2007 l-użu proviżorju ta' sitta u ħamsin sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness III. |
(3) |
Għal 14-il sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, ma ġietx ippreżentata informazzjoni addizzjonali. Għalhekk l-użu tagħhom fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ġew ipprojbiti bid-Direttiva 2007/54/KE. |
(4) |
Għal 42 sustanza taż-żebgħa tax-xagħar elenkati fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, ma ġietx ippreżentata informazzjoni addizzjonali mill-industrija. Din l-informazzjoni bħalissa qed tkun valutata mill-KXPK. Regolamentazzjoni definittiva ta' dawk is-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, fuq il-bażi tat-tali valutazzjonijiet, u l-implimentazzjoni tagħha fil-liġijiet ta' l-Istati Membri mhux se tkun possibbli qabel il-31 ta' Diċembru 2009. Għalhekk, l-użu proviżorju tagħhom fi prodotti kożmetiċi skond ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta' l-Anness III magħha għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2009. |
(5) |
L-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fin-numri ta' referenza 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 44, 47, 48, 49, 50, 55, 56, 57, 58, 59, u 60 tal-kolonna g fil-Parti 2 ta' l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, id-data “31.12.2007” hija mibdula bi “31.12.2009”.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (2007/54/KE, ĠU L 226, 30.8.2007, p. 21).
(2) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 11.