EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0061

Direttiva tal-Kunsill 2007/61/KE tas- 26 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

ĠU L 258, 4.10.2007, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/61/oj

4.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 258/27


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2007/61/KE

tas-26 ta’ Settembru 2007

li temenda d-Direttiva 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-ħtieġa dejjem akbar għall-armonizzazzjoni fil-kummerċ internazzjonali tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, għandha ssir dispożizzjoni li tippermetti l-istandardizzazzjoni tal-kontenut ta’ proteina f’ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għal kontenut minimu ta’ 34 %, bl-użin, espress fuq materjal niexef bla xaħam.

(2)

Filwaqt li tkun permessa l-istandardizzazzjoni, huwa neċessarju li jkunu definiti materji primi kif ukoll il-kompożizzjoni tal-materji primi użati għall-aġġustament tal-proteini.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (2) jimmira li jirregola ż-żieda ta’ tali sustanzi ma’ l-ikel u jistabbilixxi l-lista ta’ vitamini u minerali li jistgħu jiżdiedu ma’ l-ikel. Għaldaqstant id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (3) għandha tkun emendata biex tippermetti ż-żieda ta’ vitamini u minerali kif previst mir-Regolament (KE) Nru 1925/2006.

(4)

Id-Direttiva 2001/114/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/114/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jitħassar.

(2)

L-Anness I għandu jiġi emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Awwissu 2008. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni bejniethom u din id-Direttiva.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  Opinjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.


ANNESS

L-Anness I għad-Direttiva 2001/114/KE huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

Fil-punt 1 “Ħalib imnixxef minn parti mill-ilma”, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan ifisser li l-prodott likwidu, kemm jekk magħmul ħelu jew le, miksub bit-tneħħija parzjali ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat in parti jew kollu jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti, li jista’ jkollhom taħlita miżjuda ta’ krema jew ta’ ħalib imnixxef kollu mill-ilma jew tat-tnejn, iż-żieda tal-ħalib imnixxef kollu mill-ilma ma taqbiżx, fil-prodotti lesti, 25 % tas-solidi totali tal-ħalib.”

2.

Fil-punt 2 “Ħalib imnixxef kollu mill-ilma”, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan ifisser il-prodott solidu, fejn il-kontenut ta’ l-ilma ma jaqbiżx 5 % bl-użin tal-prodott lest, miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat kollu jew in parti, minn krema jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti.”

3.

Il-punt 3 “Trattamenti” għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (b), il-kliem tad-daħla għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (*), għandha tinkiseb il-preservazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(*)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Korrett mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.”;"

(b)

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“(ċ)

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta’ kompożizzjoni tal-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness il-kontenut ta’ proteina tal-ħalib jista’ jiġi aġġustat għal kontenut minimu ta’ 34 % bl-użin (espress fuq materjal niexef bla xaħam), biż-żieda u/jew bit-tneħħija ta’ kostitwenti tal-ħalib b’tali mod li ma jinbidilx il-proporzjon bejn il-proteini tax-xorrox u l-kaseina tal-ħalib li jkun qed jiġi aġġustat.”

4.

Il-punt 4 “Żidiet awtorizzati” għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.   Żidiet awtorizzati u materji primi

(a)

Vitamini u minerali skond ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra ma’ l-ikel (**).

(b)

Il-materji primi awtorizzati għal finijiet ta’ l-aġġustament tal-proteini msemmija fil-punt 3(ċ) għandhom ikunu kif ġej:

(i)

Retentat tal-ħalib

Ir-retentat tal-ħalib huwa l-prodott miksub bill-konċentrazzjoni tal-proteini tal-ħalib permezz ta’ ultra-filtrazzjoni tal-ħalib, ta’ ħalib parzjalment xkumat, jew ta’ ħalib xkumat;

(ii)

Permeat tal-ħalib

Il-permeat tal-ħalib huwa l-prodott miksub bit-tneħħija tal-proteini tal-ħalib u tax-xaħam tal-ħalib minn ħalib, ħalib parzjalment xkumat, jew ħalib xkumant permezz ta’ ultra-filtrazzjoni; u

(iii)

Lattosju

Il-lattosju huwa kostitwent naturali tal-ħalib normalment miksub mix-xorrox li b’kontenut ta’ lattosju anidruż ta’ mhux anqas minn 99,0 % m/m fuq bażi niexfa. Huwa jista’ jkun anidruż jew ikun fih molekula waħda ta’ ilma ta’ kristallizzazzjoni jew ikun taħlita taż-żewġ forom.

(**)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.”"



Top