EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0039

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE tas- 26 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/39/oj

27.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 165/25


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/39/KE

tas-26 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

L-Istat Membru rapporteur informa lill-Kummissjoni li jista’ jkun neċessarju li jiġu riveduti l-MRLs għad-diazinon fid-Direttiva 90/642/KEE fid-dawl tad-dubji fil-konsum tal-konsumatur. Proposti għar-reviżjoni tal-livelli massimi ta’ residwi tal-Komunità tressqu quddiem il-Kummissjoni.

(2)

L-MRLs u l-livelli li huma rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm numru ta’ Codex MRLs għad-diazinon. L-MRLs Komunitarji li huma bbażati fuq il-Codex MRLs ġew ukoll ivvalutati mill-Istat Membru rapporteur fid-dawl ta’ l-informazzjoni l-ġdida dwar riskju għall-konsumaturi.

(3)

L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għad-diazinon, permezz tal-prodotti ta’ l-ikel, ġie studjat mill-ġdid u vvalutat skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (2). Fuq din il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda ta’ residwi, li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur.

(4)

Fejn huwa rilevanti, l-esponiment akut tal-konsumaturi għad-diazinon permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ġie studjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-konklużjoni hija li l-preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi fil-livelli massimi ġodda ta’ residwi jew taħthom mhijiex se tikkawża effetti tossiċi qawwija.

(5)

Għaldaqstant huwa neċessarju li jkunu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użi tagħhom u għall-ħarsien tal-konsumatur.

(6)

Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar il-livelli massimi ġodda ta’ residwi u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(7)

L-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif imiss.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-27 ta’ Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-28 ta’ Diċembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).

(2)  Il-Linji ta’ Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).


ANNESS

Fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linji għad-diazinon jinbidlu b’dan li ġej:

Residwi ta’ Pestiċida u livelli massimi ta’ residwu (mg/kg)

“Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta’ residwu

Diazinon

1.   

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippreżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

0,01  (*)

Grejpfrut

 

Lumi

 

Lajm

 

Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra)

 

Larinġ

 

Pomelos

 

Oħrajn

 

(ii)

ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha)

 

Lewż

0,05

Ġewż tal-Brażil

 

Ġewż ta’ l-anakardju

 

Qastan

 

Ġewż ta’ l-Indi

 

Ġellewż

 

Makadamja

 

Ġewż tal-Pekan

 

Ġewż ta’ l-arżnu

 

Pistaċċi

 

Ġewż

 

Oħrajn

0,01  (*)

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA

0,01  (*)

Tuffieħ

 

Lanġas

 

Sfarġel

 

Oħrajn

 

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

0,01  (*)

Berquq

 

Ċiras

 

Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili)

 

Għanbaqar

 

Oħrajn

 

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

0,01  (*)

Għeneb tal-mejda

 

Għeneb ta’ l-inbid

 

(b)

Frawli (ħlief dak selvaġġ)

0,01  (*)

(ċ)

Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ)

0,01  (*)

Tut

 

Dewberries

 

Loganberries

 

Lampun

 

Oħrajn

 

(d)

Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak selvaġġ)

 

Bilberries

 

Cranberries

0,2

Passolina (aħmar, iswed u abjad)

 

Gooseberries

 

Oħrajn

0,01  (*)

(e)

Berries u frott żgħir selvaġġ

0,01  (*)

(vi)

DIVERSI

 

Avokado

 

Banana

 

Tamal

 

Tin

 

Kiwi

 

Kumquats

 

Litchis

 

Mango

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

 

Papaja

 

Passion fruit

 

Ananas

0,3

Rummien

 

Oħrajn

0,01  (*)

2.   

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

Pitrava zokkrija

 

Karrotti

 

Cassava

 

Krafes

 

Mustarda użata għaz-zalza

 

Qaqoċċ

 

Zunnarija bajda

 

Parsley root

 

Ravanell

0,1

Sassefrika

 

Patata ħelwa

 

Swedes

 

Turnips

 

Jam

 

Oħrajn

0,01  (*)

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

 

Tewm

 

Basal

0,05

Shallots

 

Spring onions

 

Oħrajn

0,01  (*)

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

(a)

Solanacea

 

Tadam

 

Bżar

0,05

Brunġiel

 

Okra

 

Oħrajn

0,01  (*)

(b)

Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel

0,01  (*)

Ħjar

 

Gherkins

 

Qarabali

 

Oħrajn

 

(ċ)

Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

0,01  (*)

Bettieħ

 

Squashes

 

Dulliegħ

 

Oħrajn

 

(d)

Qamħirrum

0,02

(iv)

ĦXEJJEX BRASSICA

 

(a)

Brassica li tagħmel il-fjuri

0,01  (*)

Brokkoli

 

Pastard

 

Oħrajn

 

(b)

Brassica bir-ras

 

Kaboċċi ta’ Brussell

 

Kaboċċi tar-ras

0,5

Oħrajn

0,01  (*)

(ċ)

Brassica bil-weraq

 

Kaboċċi taċ-Ċina

0,05

Kale

 

Oħrajn

0,01  (*)

(d)

Ġdur

0,2

(v)

ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦWAWR FRISK

0,01  (*)

(a)

Ħass u simili

 

Krexxuni

 

Ħass tal-ħaruf

 

Ħass

 

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa)

 

Insalata

 

Weraq u zkuk tal-brassica

 

Oħrajn

 

(b)

Spinaċi u simili

 

Spinaċi

 

Weraq tal-pitravi

 

Oħrajn

 

(ċ)

Krexxuni ta’ l-ilma

 

(d)

Witloof

 

(e)

Ħwawar

 

Maxxita

 

Kurrat selvaġġ

 

Tursin

 

Weraq tal-karfus

 

Oħrajn

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

0,01  (*)

Fażola (bl-imżiewed)

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

 

Piżelli (bl-imżiewed)

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

 

Oħrajn

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

0,01  (*)

Asparagu

 

Kardun

 

Karfus

 

Bużbież

 

Qaqoċċ

 

Kurrat

 

Rabarbru

 

Oħrajn

 

(viii)

FAQQIEGĦ

0,01  (*)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,01  (*)

Fażola

 

Għazz

 

Piżelli

 

Lupini

 

Oħrajn

 

4.

Żejt taż-żrieragħ

0,02  (*)

Żerriegħa tal-kittien

 

Karawett

 

Żerriegħa tal-peprin

 

Ġulġlien

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

Żerriegħa tal-lift

 

Żerriegħa tas-sojja

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

Żerriegħa tal-qoton

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

Oħrajn

 

5.

Patata

0,01  (*)

Patata bikrija

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

6.

Te (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis)

0,02  (*)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat

0,5


(*)  Jindika l-limitu l-iktar baxx għad-determinazzjoni analitika”


Top