This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0016
Commission Directive 2007/16/EC of 19 March 2007 implementing Council Directive 85/611/EEC on the coordination of laws, regulations and administrative provisions relating to undertakings for collective investment in transferable securities (UCITS) as regards the clarification of certain definitions (Text with EEA relevance )
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE tad- 19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’ ċerti definizzjonijiet Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE tad- 19 ta' Marzu 2007 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’ ċerti definizzjonijiet Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 79, 20.3.2007, pp. 11–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 56M, 29.2.2008, pp. 134–142
(MT)
In force
|
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
134 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/16/KE
tad-19 ta' Marzu 2007
li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) rigward il-kjarifika ta’ ċerti definizzjonijiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (1), u b’mod partikolari l-punt (a) ta’ l-Artikolu 53a tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 85/611/KEE fiha bosta definizzjonijiet, xi drabi interkonnessi, li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assi li huma eliġibbli għall-investiment minn impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli, minn hawn ‘il quddiem “UCITS”, bħal ma hi definzzjoni ta’ titoli trasferibbli u definizzjoni ta' strumenti tas-suq tal-flus. |
|
(2) |
Minn żmien l-adozzjoni tad-Direttiva 85/611/KEE, żdiedet sew il-varjetà ta’ strumenti finanzjarji nnegozjati fis-swieq finanzjarji, u dan wassal għal inċertezza fid-determinazzjoni dwar jekk ċerti kategoriji ta’ strumenti finanzjarji humiex koperti minn dawn id-definizzjonijiet. L-inċertezza fl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet tagħti lok għal interpretazzjonijiet diverġenti tad-Direttiva. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 85/611/KEE, biex jiġu megħjuna l-Istati Membri biex jiżviluppaw ftehim komuni dwar jekk kategorija partikolari ta’ assi hijiex eliġibbli għall-UCITS, u sabiex jiġi żgurat li d-definizzjonijiet jinftiehmu b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji sottostanti tad-Direttiva 85/611/KEE, bħal dawk li jirregolaw id-diversifikazzjoni tar-riskju u l-limiti għall-iskopertura, il-kapaċità tal-UCITS li jifdu l-unitajiet tagħhom meta mitluba mit-titolari tagħhom u li jikkalkulaw il-valur nett ta’ l-assi tagħhom kull meta l-unitajiet jinħarġu jew jinfdew, jeħtieġ li f’dan ir-rigward tingħata aktar ċertezza lill-awtoritajiet kompetenti u lill-parteċipanti fis-suq. Ċertezza akbar tiffaċilita wkoll tħaddim aħjar tal-proċedura ta' notifikazzjoni għad-distribuzzjoni tal-UCITS bejn pajjiż u ieħor. |
|
(4) |
Il-kjarifiki pprovduti minn din id-Direttiva minnhom infushom ma jagħtux lok għal obbligi ġodda ta’ mġiba jew operattivi għall-awtoritajiet kompetenti jew għall-parteċipanti fis-suq. Aktar milli jistabbilixxu listi eżawrjenti ta’ strumenti u tranżazzjonijiet finanzjarji, jispjegaw kriterji bażiċi bħala għajnuna fil-valutazzjoni ta’ jekk strument finanzjarju huwiex kopert mid-definizzjonijiet varji. |
|
(5) |
L-eliġibilità ta’ assi għal UCITS għandha tiġi vvalutata mhux biss f’dak li għandu x’jaqsam ma’ jekk tidħolx fl-ambitu tad-definizzjonijiet kif iċċarati minn dan it-test iżda wkoll mar-rekwiżiti l-oħra tad-Direttiva 85/611/KE. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jaħdmu flimkien permezz tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR) sabiex jiżviluppaw metodi komuni għall-applikazzjoni prattika u ta’ kuljum ta’ dawn il-kjarifiki fil-kuntest tad-doveri ta’ superviżjoni tagħhom, partikolarment f’rabta ma’ rekwiżiti oħrajn tad-Direttiva 85/611/KE bħall-proċeduri ta’ kontroll jew ta’ ġestjoni tar-riskju, u sabiex ikun żgurat il-funzjonament mingħajr intoppi tal-passaport tal-prodott. |
|
(6) |
Id-Direttiva 85/611/KE tiddefinixxi t-titoli trasferibbli esklussivament minn ottika formali-legali. Skond dan, id-definizzjoni ta’ titoli trasferibbli tapplika għal firxa kbira ta’ prodotti finanzjarji b’karatteristiċi li jvarjaw u b'livelli differenti ta' likwidità. Għal kull wieħed minn dawk il-prodotti finanzjarji għandha tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-definizzjoni ta’ titoli trasferibbli u dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva. |
|
(7) |
Fondi magħluqa (closed end) jikkostitwixxu klassi ta’ assi li mhijiex imsemmija espliċitament bħala assi eliġibbli għal UCITS skond id-Direttiva 85/611/KE. Madankollu, l-unitajiet tal-fondi magħluqa huma sikwit ittrattati bħal titoli trasferibbli u dan it-trattament iseħħ spiss meta jiġu ammessi għan-negozju f’suq regolat. Jeħtieġ għalhekk illi tingħata ċ-ċertezza lill-parteċipanti fis-suq u l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ jekk l-unitajiet tal-fondi magħluqa humiex koperti mid-definizzjoni ta’ titoli trasferibbli. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jaħdmu flimkien permezz ta' CESR biex jiżviluppaw strateġiji komuni fir-rigward ta' l-applikazzjoni prattika, minn jum għall-ieħor, tal-kriterji applikabbli għall-fondi magħluqa, partikolarment fir-rigward ta' l-istandards minimi tal-qofolmarbuta mal-mekkaniżmi tal-governanza korporattiva. |
|
(8) |
Tinħtieġ ukoll ċertezza legali addizzjonali fir-rigward tal-kategorizzazzjoni, bħala titoli trasferibbli, ta’ strumenti finanzjarji li huma marbuta mar-rendiment ta’ assi oħra, inklużi assi li mhumiex imsemmija fid-Direttiva 85/611/KEE innifisha, jew li huma sostnuti minn assi bħal dawn. Ta min wieħed jiċċara li jekk ir-rabta mal-komponent sottostanti jew komponent ieħor ta’ l-istrument tammonta għal element li għandu jitqies bħala derivattiv inkorporat, l-istrument finanzjarju jaqa’ taħt is-sottokategorija ta’ titoli trasferibbli li jinkorporaw element derivatttiv skond id-Direttiva 85/611/KEE. Il-konsegwenza ta’ dan hija li l-kriterji għad-derivattivi għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ dak l-element. |
|
(9) |
Sabiex ikun kopert mid-definizzjoni ta’ strumenti tas-suq tal-flus fid-Direttiva 85/611/KE, strument finanzjarju għandu jilħaq ċerti kriterji, partikolarment għandu normalment ikun ittrattat fuq is-suq tal-flus, għandu jkun likwidu u għandu jkollu valur li jista' jiġi ddeterminat f'kull ħin. Jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi għal dawn il-kriterji billi jitqiesu ċerti prattiki tas-suq. Jeħtieġ ukoll li jiġi ċċarat li l-kriterji għandhom jinftiehmu f'koerenza mal-prinċipji l-oħra tad-Direttiva 85/611/KE. Id-definizzjoni ta’ strumenti tas-suq tal-flus għandha testendi għal strumenti finanzjarji li mhumiex ammessi jew ma jiġux innegozjati fuq suq regolat u li għalihom id-Direttiva 85/611/KEE tistipula kriterji flimkien mal-kriterji ġenerali għall-istrumenti tas-suq tal-flus. Jeħtieġ bl-istess mod li dawn il-kriterji jiġu ċċarati fid-dawl tal-ħtiġijiet għall-ħarsien ta' l-investituri u billi jitqiesu prinċipji tad-Direttiva bħal-likwidità tal-portfolio, kif jirriżulta mill-Artikolu 37 tagħha. |
|
(10) |
Skond id-Direttiva 85/611/KEE strumenti finanzjari derivattivi għandhom jitqiesu bħala assi finanzjarji likwidi jekk iwettqu l-kriterji stipulati f’dik id-Direttiva. Jeħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-kriterji u huwa wkoll neċessarju li tkun ċara illi dawn il-kriterji għandhom jinftiehmu b’mod li huwa konsistenti ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva. Għandu jkun ċar ukoll li jekk id-derivattivi ta’ kreditu jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji, għandhom ikunu strumenti finanzjarji derivattivi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 85/611/KEE u b’hekk eliġibbli għat-trattament bħala assi finanzjarji likwidi. |
|
(11) |
Il-bżonn tal-kjarifika huwa partikolarment urġenti għad-derivattivi fuq l-indiċijiet finanzjarji. Bħalissa hemm firxa wiesgħa ta' indiċijiet finanzjarji li jaħdmu bħala s-sottostanti għal strument derivattiv. Dawn l-indiċi jistgħu jvarjaw fir-rigward tal-kompożizzjoni tagħhom jew il-koeffiċjenti korrettivi tal-komponenti tagħhom. Fil-każi kollha għandu jiġi żgurat li l-UCITS ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-likwidità tal-portafoll, kif jirriżulta mill-Artikolu 37 tad-Direttiva 85/611/KEE u l-kalkolu tal-valur nett ta' l-assi u li dawn l-obbligi ma jkunux affetwati negattivament mill-karatteristiċi tal-komponent sottostanti jew derivattiv. Għandu jiġi ċċarat illi d-derivattivi fuq l-indiċi finanzjarji li l-kompożizzjoni tagħhom hija diversifikata biżżejjed, li jirrappreżentaw livell ta' referenza adegwat għas-suq li għalih jirreferu u li huma soġġetti għal informazzjoni xierqa rigward il-kompożizzjoni u l-kalkolu ta’ l-indiċi jidħlu fil-kategorija tad-derivattivi bħala assi likwidi finanzjarji. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jaħdmu flimkien permezz ta' CESR sabiex jiżviluppaw metodi komuni għall-applikazzjoni prattika ta’ kuljum ta’ dawn il-kriterji fir-rigward ta’ l-indiċijiet ibbażati fuq assi li mhumiex identifikati individwalment bħala assi eliġibbli f’din id-Direttiva. |
|
(12) |
Id-Direttiva 85/611/KE tirrikonoxxi bħala sottokategorija ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus dawk li jinkorporaw element derivattiv. L-inkorporazzjoni ta’ element derivattiv f’titolu trasferibbli jew strument tas-suq tal-flus ma tittrasformax l-istrument finanzjarju kollu fi strument finanzjarju derivattiv li kieku ma jidħolx fi ħdan id-definizzjonijiet ta' titolu trasferibbli jew strument tas-suq tal-flus. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi ċċarat jekk derivattiv finanzjarju għandux jitiqes bħala inkorporat fi strument ieħor. Barra minn hekk, l-inkorporazzjoni ta’ derivattiv f’titolu trasferibbli jew strument tas-suq tal-flus tinvolvi r-riskju li wieħed ikun jista’ jdur madwar ir-regoli għad-derivattivi imposti mid-Direttiva 85/611/KE, u li dawn għalhekk ma jiġux osservati. Minħabba f'hekk, id-Direttiva teħtieġ identifikazzjoni ta' l-element derivattiv inkorporat u l-konformità ma’ dawk ir-regoli. Minħabba l-livell ta’ innovazzjoni finanzjarja, l-identifikazzjoni ta' l-element derivattiv inkorporat mhijiex dejjem evidenti. Sabiex tinkiseb ċertezza akbar f’dan ir-rigward, għandhom jiġu stipulati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ elementi bħal dawn. |
|
(13) |
Skond id-Direttiva 85/611/KEE, it-tekniċi u l-istrumenti relatati mat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq tal-flus għall-għanijiet tal-ġestjoni effiċjenti tal-portfolio ma jaqgħux fi ħdan id-definizzjonijiet ta' titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus. Sabiex jiġu ċċarati l-limiti ta’ dawk id-definizzjonijiet, jeħtieġ li jiġu stipulati kriterji sabiex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet li kieku jaqgħu taħt dawk it-tekniċi u l-istrumenti. Jeħtieġ ukoll li wieħed jiftakar li dawk it-tekniċi u strumenti għandhom jinftiehmu f’koerenza ma’ l-obbligi l-oħra ta’ UCITS, partikolarment fir-rigward tal-profil tar-riskju tiegħu. Dan ifisser li għandhom ikunu konsistenti mar-regoli stipulati fid-Direttiva 85/611/KEE dwar il-ġestjoni tar-riskju u d-diversifikazzjoni tar-riskju, kif ukoll mar-restrizzjonijiet tagħha dwar il-bejgħ bin-nieqes (short sales) u s-self. |
|
(14) |
Id-Direttiva 85/611/KEE tistipula kriterji sabiex jiġu ddefiniti UCITS li jirrepplikaw indiċijiet ta' bonds jew ishma. UCITS li jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji huma soġġetti għal trattament aktar flessibbli fir-rigward tal-limiti tal-konċentrazzjoni għal kull emittent. Jeħtieġ għalhekk li jiġi żviluppat ftehim ċar ta’ dawn il-kriterji u li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha. Dan jinvolvi l-għoti ta’ aktar kjarifiki fir-rigward ta’ jekk UCITS jistax jitqies bħala UCITS li jirreplika indiċi, u b'hekk aktar ċertezza dwar il-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw it-trattament preferenzjali ta’ UCITS li jirreplikaw l-indiċi. |
|
(15) |
Il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli ġie kkonsultat għall-pariri tekniċi. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistipula regoli li jiċċaraw, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni uniformi tagħhom, it-termini li ġejjin:
|
(1) |
titoli trasferibbli, kif definiti fl-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(2) |
strumenti tas-suq tal-flus, kif definiti fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(3) |
assi finanzjarji likwidi, kif imsemmija fid-definizzjoni ta’ UCITS stipulata fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/611/KEE, fir-rigward ta' strumenti finanzjarji derivattivi; |
|
(4) |
titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus li jinkorporaw derivattivi, kif imsemmija fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(5) |
tekniċi u strumenti għall-għanijiet ta’ ġestjoni effiċjenti tal-portfolio, kif imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(6) |
UCITS li jirreplikaw l-indiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 85/611/KEE. |
Artikolu 2
Artikolu 1 (8) tad-Direttiva 85/611/KEE
Titoli trasferibbli
1. Ir-referenza fl-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 85/611/KE għal titoli trasferibbli għandha tinftiehem bħala referenza għal strumenti finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin;
|
(a) |
it-telf potenzjali li l-UCITS jistgħu jġarrbu fir-rigward tal-proprjetà ta’ dawn l-istrumenti huwa limitat għall-ammont imħallas għalihom; |
|
(b) |
il-likwidità tagħhom ma tikkompromettix il-kapaċità tal-UCITS li jikkonformaw ma’ l-Artikolu 37 tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(c) |
tkun disponibbli stima affidabbli għalihom kif ġej:
|
|
(d) |
informazzjoni xierqa tkun disponibbli għalihom kif ġej:
|
|
(e) |
ikunu negozjabbli; |
|
(f) |
l-akkwist tagħhom ikun konsistenti mal-politika jew l-għanijiet ta’ investiment tal-UCITS, jew it-tnejn skond id-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(g) |
ir-riskji tagħhom ikunu kkontrollati b’mod xieraq mill-proċess ta' ġestjoni tar-riskju tal-UCITS. |
Għall-finijiet tal-punti (b) u (e) ta' l-ewwel subparagrafu, u sakemm ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli għall-UCITS li twassal għal determinazzjoni differenti, l-istrumenti finanzjarji ammessi jew ittrattati f'suq regolat kif imsemmi skond il-punti (a), (b) jew (c) ta' l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/611/KEE għandhom jitqiesu bħala li ma jikkompromettux il-kapaċità tal-UCITS li jikkonformaw ma’ l-Artikolu 37 tad-Direttiva 85/611/KEE u għandhom ukoll jitqiesu li huma negozjabbli.
2. Titoli trasferibbli kif imsemmija fl-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 85/611/KEE għandhom jitqiesu li jinkludu dawn li ġejjin:
|
(a) |
unitajiet f’fondi magħluqa kkostitwiti jew bħala kumpaniji ta’ investiment jew bħala fondi komuni (unit trusts), li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
|
(b) |
unitajiet f' fondi magħluqa kkostitwiti f’forma kuntrattwali li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
|
(c) |
strumenti finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
3. Meta strument finanzjarju kopert mill-punt (c) tal-paragrafu 2 ikun fih komponent derivattiv inkorporat kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva, ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 85/611/KEE għandhom japplikaw għal dak il-komponent.
Artikolu 3
Artikolu 1 (9) tad-Direttiva 85/611/KEE
Strumenti li s-soltu jiġu nnegozjati fuq is-suq tal-flus
1. Ir-referenza fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 85/611/KE għal strumenti tas-suq tal-flus bħala strumenti finanzjarji għandha tinftiehem bħala referenza għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
strumenti finanzjarji li huma elenkati għan-negozju jew li huma ttrattati fuq suq regolat skond il-punti (a), (b) u (c) ta’ l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(b) |
strumenti finanzjarji li mhumiex elekanti għan-negozju. |
2. Ir-referenza fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 85/611/KE għal strumenti tas-suq tal-flus bħala strumenti li s-soltu huma ttrattati fuq is-suq tal-flus għandha tinftiehem bħala referenza għal strumenti finanzjarji li jwettquwieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
għandhom maturità mal-ħruġ sa u inkluż 397 jum; |
|
(b) |
għandhom maturità residwa sa u inkluż 397 jum; |
|
(c) |
jgħaddu minn aġġustamenti regolari tar-rendita skond il-kundizzjonijiet tas-suq tal-flus talanqas darba kull 397 jum. |
|
(d) |
il-profil ta’ riskju tagħhom, inkluż rati ta’ riskju tal-kreditu u ta’ l-imgħax, jikkorrispondi għal dak ta' strumenti finanzjarji li għandhom maturità kif imsemmija fil-punti (a) jew (b) jew huma soġġetti għal aġġustament tar-rendita kif imsemmi fil-punt (c). |
Artikolu 4
Artikolu 1 (9) tad-Direttiva 85/611/KEE
Strumenti likwidi b’valur li jista’ jiġi ddeterminat fi kwalunkwe ħin
1. Ir-referenza fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 85/611/KE għal strumenti tas-suq tal-flus bħala strumenti li huma likwidi għandha tinftiehem bħala referenza għal strumenti finanzjarji li jistgħu jinbiegħu bi prezz limitat f’perjodu ta’ żmien adegwatament qasir, billi jitqies l-obbligu tal-UCITS li jixtru mill-ġdid jew jifdu l-unitajiet fuq talba ta’ kull titolari ta’ unitajiet.
2. Ir-referenza fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 85/611/KE għal strumenti tas-suq tal-flus bħala strumenti li għandhom valur li jista’ jiġi ddeterminat b'mod eżatt fi kwalukwe ħin għandha tinftiehem bħala referenza għal strumenti finanzjarji li għalihom huma disponibbli sistemi ta’ stima preċiżi u affidabbli, li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
jippermettu li l-UCITS jikkalkulaw il-valur nett ta’ l-assi skond il-valur li bih l-istrument finanzjarju fil-portfolio jista’ jiġi skambjat bejn partijiet konsapevoli u disponibbli fi transazzjoni ordinarja tas-suq; |
|
(b) |
ikunu bbażati jew fuq informazzjoni tas-suq jew fuq mudelli ta’ stima li jinkludu sistemi bbażati fuq prezzijiet ammortizzati. |
3. Il-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitqiesu bħala mwettqa fil-każ ta’ strumenti finanzjari li s-soltu huma ttrattati fis-suq tal-flus għall-finijiet ta' l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 85/611/KEE u li huma elenkati jew ittrattati f’suq regolat skond il-punti (a), (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 19(1) tagħha, sakemm ma jkunx hemm informazzjoni disponibbli lill-UCITS li twassalhom għal determinazzjoni differenti.
Artikolu 5
Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE
Strumenti li l-ħruġ tagħhom jew min joħroġ dawn l-istrumenti huwa rregolat għall-finijiet tal-ħarsien ta’ l-investituri u tat-tfaddil
1. Ir-referenza fl-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KE għal strumenti tas-suq tal-flus barra minn dawk ittrattati f’suq regolat, li l-ħruġ tagħhom jew min joħroġ dawn l-istrumenti huwa nnifsu rregolat għall-finijiet tal-ħarsien ta’ l-investituri u tat-tfaddil, għandha tinftiehem bħala referenza għal strumenti finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
iwettqu wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(2) u l-kriterji kollha fl-Artikoli 4(1) u 4(2); |
|
(b) |
tkun disponibbli għalihom informazzjoni xierqa, inkluż informazzjoni li tippermetti valutazzjoni xierqa tar-riskji tal-kreditu marbuta ma’ l-investiment fi strumenti bħal dawn, billi jitqiesu l-paragrafi 2, 3 u 4 ta'dan l-Artikolu; |
|
(c) |
ikunu trasferibbli liberament. |
2. Għal strumenti tas-suq tal-flus koperti mit-tieni u r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE, jew għal dawk maħruġa minn awtorità lokali jew reġjonali ta’ Stat Membru jew minn entità internazzjonali pubblika, iżda li mhumiex garantiti minn Stat Membru jew, fil-każ ta’ Stat federali li huwa Stat Membru, minn wieħed mill-membri ta’ din il-federazzjoni, l-informazzjoni xierqa kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tikkonsisti f'li ġej:
|
(a) |
informazzjoni kemm dwar il-ħruġ jew il-programm tal-ħruġ kif ukoll dwar il-qagħda legali u finanzjarja ta’ min joħroġ dawn l-istrumenti qabel il-ħruġ ta’ l-istrument tas-suq tal-flus; |
|
(b) |
aġġornamenti ta’ l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) fuq bażi regolari u kull meta jseħħ avveniment sinfikanti; |
|
(c) |
l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ivverifikata min-naħa ta' partijiet terzi kkwalifikati li ma jkunux soġġetti għall-istruzzjonijiet ta' min joħroġ dawn l-istrumenti; |
|
(d) |
statistika disponibbli u affidabbli dwar il-ħruġ jew il-programmi tal-ħruġ. |
3. Għal strumenti tas-suq tal-flus koperti mit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE, informazzjoni xierqa kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tikkonsisti f'li ġej:
|
(a) |
informazzjoni dwar il-ħruġ jew il-programm tal-ħruġ jew il-qagħda legali u finanzjarja ta’ min joħroġ dawn l-istrumenti qabel il-ħruġ ta’ l-istrument tas-suq tal-flus; |
|
(b) |
aġġornamenti ta’ l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) fuq bażi regolari u kull meta jseħħ avveniment sinfikanti; |
|
(c) |
statistika disponibbli u affidabbli dwar il-ħruġ jew il-programm tal-ħruġ u informazzjoni oħra li tippermetti valutazzjoni xierqa tar-riskji tal-kreditu marbuta ma’ l-investiment fi strumenti bħal dawn. |
4. Għall-istrumenti kollha tas-suq tal-flus koperti mill-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u dawk maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew jew dawk maħruġa minn bank ċentrali ta' Stat Membru, informazzjoni xierqa kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tikkonsisti f’informazzjoni dwar il-ħruġ jew il-programm ta’ ħruġ jew dwar il-qagħda legali u finanzjarja ta’ min joħroġ dawn l-istrumenti qabel il-ħruġ ta’ l-istrument tas-suq tal-flus.
Artikolu 6
Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE
Stabbiliment li huwa soġġett għal regoli prudenzjali u konformi magħom, meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti mil-liġi Komunitarja
Ir-referenza fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KE għal stabbiliment li huwa soġġett għal u jikkonforma ma' regoli prudenzjali, meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala talanqas stretti daqs dawk stabbiliti mil-liġi Komunitarja, għandha tinftiehem bħala referenza għal emittent li huwa soġġett għal u jikkonforma mar-regoli prudenzjali u li jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
1. |
ikun jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea; |
|
2. |
ikun jinsab fil-pajjiżi ta' l-OECD li jiffurmaw parti mill-Grupp ta’ Għaxra, |
|
3. |
ikollu mill-inqas “investment grade rating”; |
|
4. |
abbażi ta’ analiżi fil-fond ta’ l-emittent, ikun jista’ jintwera li r-regoli prudenzjali applikabbli għal dak min joħroġ dawn l-istrumenti huma mill-inqas stretti daqs dawk stipulati mill-liġi Komunitarja. |
Artikolu 7
Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE
Veikoli ta’ titolarizzazzjoni li jgawdu minn linja ta’ likwidità bankarja
1. Ir-referenza fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE għal veikoli ta’ titolizzazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal strutturi, sew f'forma korporattiva, ta' trust jew kuntrattwali, imwaqqfa għall-għanijiet ta' operazzjonijiet ta' titolarizzazzjoni.
2. Ir-referenza fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KEE għal linji ta' likwidità bankarja għandhom jinftiehmu bħala referenza għal faċilitajiet bankarji ggarantiti minn istituzzjoni finanzjarja li hija nnifisha tikkonforma mat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 19(1)(h) tad-Direttiva 85/611/KE.
Artikolu 8
Artikoli 1(2) u 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KE
Assi finanzjarji likwidi fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji derivattivi
1. Ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 85/611/KEE għal assi likwidi finanzjarji għandha għandha tinftiehem, fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji derivattivi, bħala referenza għal strumenti finanzjarji derivativvi li jissodisfaw l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
is-sottostanti tagħhom ikunu jikkonsistu f’waħda jew aktar milli ġejjin:
|
|
(b) |
fil-każ ta’ derivattivi OTC, ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KEE. |
2. Strumenti finanzjarji derivattivi kif imsemmija fl-Artikolu 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KEE għandhom jitqiesu li jinkludu strumenti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
ikunu jippermettu t-trasferiment tar-riskju tal-kreditu ta’ assi kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu indipendentament mir-riskji l-ohra assoċjati ma’ dan l-ass; |
|
(b) |
ma jirriżultawx fil-konsenja jew fit-trasferiment, inkluż il-forma kontanti, ta’ assi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(c) |
jikkonformaw mal-kriterji għad-derivattivi OTC stipulati fit-tieni u t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KEE u fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu; |
|
(d) |
ir-riskji tagħhom ikunu kkontrollati b’mod adegwat mill-proċess ta' ġestjoni tar-riskju tal-UCITS, u mill-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tagħhom f’każ ta’ riskji ta’ asimetrija ta’ informazzjoni bejn l-UCITS u l-kontroparti tad-derivattiv tal-kreditu li tirriżulta minn aċċess potenzjali tal-kontroparti għal informazzjoni mhux pubblika dwar ditti li l-assi tagħhom huma użati bħala sottostanti minn derivattivi ta’ kreditu; |
3. Għall-finijiet tat-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KE, ir-referenza għall-valur ekwu għandha tinftiehem bħala referenza għall-ammont li għalih assi jista’ jiġi skambjat jew li għalih jista’ jsir is-saldu ta' passiv bejn partijiet konsapevoli u disponibbli fi tranżazzjoni ordinarja tas-suq.
4. Għall-finijiet tat-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KE, ir-referenza għal stima affidabbli u verifikabbli għandha tinftiehem bħala referenza għal stima, mill-UCITS li tikkorrispondi għall-valur ekwu kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, li ma tiddependix biss minn kwotazzjonijiet tas-suq mill-kontroparti u li tissodisfa iż-żewġ kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-bażi għall-istima hija jew valur tas-suq aġġornat affidabbli ta' l-istrument, jew, jekk valur bħal dan ma jkunx disponibbli, mudlel ta' pprezzar li juża metodoloġija xierqa rikonoxxuta; |
|
(b) |
il-verifika ta’ l-istima titwettaq minn wieħed minn dawn:
|
5. Ir-referenza fl-Artikoli 1(2) u 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KE għall-assi finanzjarji likwidi għandha tinftiehem bħala li teskludi d-derivattivi fuq il-prodotti.
Artikolu 9
Artikolu 19(1)(g) tad-Direttiva 85/611/KEE
Indiċi finanzjarji
1. Ir-referenza fil-punt (g) ta’ l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/611/KE għall-indiċijiet finanzjarji għandha tinftiehem bħala referenza għall-indiċijiet li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin;
|
(a) |
ikunu diversifikati biżżejjed, fis-sens li jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:
|
|
(b) |
jirrappreżentaw livell adegwat għas-suq li jirreferu għalih, fis-sens li jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:
|
|
(c) |
huma ppubblikati b’mod xieraq, fis-sens li jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:
|
2. Meta l-kompożizzjoni ta’ l-assi li jintużaw bħala sottostanti mid-derivattivi finanzjarji skond l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/611/KEE ma jissodisfawx il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawn id-derivattivi finanzjarji għandhom, meta jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 8(1) ta' din id-Direttiva, jitqiesu bħala derivattivi finanzjarji fuq tagħqida ta' l-assi msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) ta' l-Artikolu 8(1)(a).
Artikolu 10
Artikolu 21(3) tad-Direttiva 85/611/KEE, ir-raba’ subparagrafu
Titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus li jinkorporaw derivattivi
1. Ir-referenza fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 85/611/KE għal titoli trasferibbli li jinkorporaw derivattiv għandha tinftiehem bħala referenza għal strumenti finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva u li fihom komponent li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
minħabba dak l-komponent xi wħud jew il-flussi kollha tal-likwidità li kieku jkunu meħtieġa mit-titolu trasferibbli li jiffunzjona bħala l-kuntratt ospitanti jistgħu jiġu mmodifikati skond rata ta’ imgħax speċifikata, prezz ta’ strument finanzjarju, rata ta’ kambju, indiċi ta’ prezzijiet jew rati, rating tal-kreditu jew indiċi tal-kreditu, jew varjabbli oħra, u għalhekk ivarjaw b’mod simili għal dak ta’ derivattiv waħdu; |
|
(b) |
il-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tiegħu mhumiex marbuta direttament mal-karatteristiċi u r-riskji ekonomiċi tal-kuntratt ospitanti; |
|
(c) |
ikollu impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju u l-ipprezzar tat-titolu trasferibbli. |
2. Strumenti tas-suq tal-flus li jissodisfaw wieħed mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(2) u l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 4(1) u 4(2), u li fihom komponent li jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala strumenti tas-suq tal-flus li jinkorporaw derivattiv.
3. Titolu trasferibbli jew strument tas-suq tal-flus m'għandux jitqies bħala li jinkorpora derivattiv meta jkun fih komponent li huwa kuntrattwalment trasferibbli indipendentement mit-titolu trasferibbli jew mill-istrument tas-suq tal-flus. Komponent bħal dan għandu jitqies bħala strument finanzjarju separat.
Artikolu 11
Artikolu 21(2) tad-Direttiva 85/611/KEE
Tekniċi u strumenti għall-għanijiet tal-ġestjoni effiċjenti tal-portfolio
1. Ir-referenza fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 85/611/KE għal tekniċi u strumenti marbuta ma’ titoli trasferibbli u li jintużaw għall-għanijiet tal-ġestjoni effiċjenti tal-portfolio għandha tinftiehem bħala referenza għal tekniċi u strumenti li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin;
|
(a) |
ikunu ekonomikament xierqa fis-sens li jitwettqu b'mod effiċjenti f'relazzjoni ma' l-ispejjeż involuti; |
|
(b) |
jintużaw għal waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
ir-riskji tagħhom ikunu kkontrollati b’mod xieraq mill-proċess ta' ġestjoni tar-riskju tal-UCITS. |
2. Tekniċi u strumenti li jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 u li għandhom x’jaqsmu ma’ strumenti tas-suq tal-flus għandhom jitqiesu bħala tekniċi u strumenti marbuta ma’ strumenti tas-suq tal-flus għall-għanijiet tal-ġestjoni effiċjenti tal-portfolio, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 85/611/KEE;
Artikolu 12
Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 85/611/KEE
UCITS li jirreplikaw l-indiċi
1. Ir-referenza fl-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 85/611/KE għar-replikazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ indiċi ta’ titoli ta’ stokks jew djun għandha tinftiehem bħala referenza għar-replikazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ l-assi sottostanti ta’ l-indiċi, inkluż l-użu ta’ derivattivi jew tekniċi u strumenti oħra kif imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 85/611/KEE u l-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva.
2. Ir-referenza fl-ewwel indiċi ta’ l-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 85/611/KEE għal indiċi li l-kompożizzjoni tiegħu hija ddiversifikata biżżejjed għandha tinftiehem bħala referenza għall-indiċi li jikkonforma mar-regoli tad-diversifikazzjoni tar-riskju ta' Artikolu 22a ta' dik id-Direttiva.
3. Ir-referenza ft-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 85/611/KEE għal indiċi li jirrapreżenta livell xieraq għandha tinftiehem bħala referenza għall-indiċi li min jipprovdih juża metodoloġija rikonoxxuta li s-soltu ma tirriżultax fl-esklużjoni ta’ emittent ewlieni mis-suq li tirreferi għalih.
4. Ir-referenza fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 85/611/KEE għal indiċi li huwa ppubblikat b'mod xieraq għandha tinftiehem bħala referenza għal indiċi li jissodisfa l-kriterji li ġejjin;
|
(a) |
ikun aċċessibbli għall-pubbliku; |
|
(b) |
min jipprovdi l-indiċi jkun indipendenti mill-UCITS li tirreplika l-indiċi. |
Il-punt (b) ma għandux jipprekludi lil min jipprovdi l-indiċi u lill-UCITS li tifforma parti mill-istess grupp ekonomiku, dejjem sakemm ikun hemm arranġamenti effettivi għall-ġestjoni ta' kunflitti ta’ interess.
Artikolu 13
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-23 ta' Marzu 2008 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mit-23 ta' Lulju 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id- dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom ir-referenza msemmija waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 14
Entry into force
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Addressees
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).