Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0871

    Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/488/PESK

    ĠU L 340, 22.12.2007, p. 109–114 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2008; Imħassar b' 32008E0586

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2007/871/oj

    22.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 340/109


    POŻIZZJONI KOMUNI 2007/871/PESK TAL-KUNSILL

    ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

    li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/488/PESK

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

    (2)

    Fit-28 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/448/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

    (3)

    Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2007/448/PESK, skond l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (4)

    Wara din ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni kienu involuti f’atti terroristiċi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu s-suġġett tal-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

    (5)

    Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha għalhekk tkun aġġornata.

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tinsab fl-Anness hawnhekk.

    Artikolu 2

    Il-Pożizzjoni Komuni 2007/448/PESK hija hawnhekk imħassra.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. NUNES CORREIA


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

    (2)  ĠU L 169, 29.6.2007, p. 69.


    ANNESS

    Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (1)

    1.   PERSUNI

    1.

    ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    2.

    ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    3.

    AKHNIKH, Ismail (magħruf ukoll bħala SUHAIB; magħruf ukoll bħala SOHAIB), imwieled fit-22.10.1982 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NB0322935 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    4.

    * ALBERDI URANGA, Itziar (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fis-7.10.1963 f'Durango Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 78.865.693

    5.

    * ALBISU IRIARTE, Miguel (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru tal-Gestoras Pro-amnistía) imwieled fis-7.6.1961 f’San Sebastián Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru15.954.596

    6.

    AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    7.

    AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    8.

    AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    9.

    AOURAGHE, Zine Labidine (magħruf ukoll bħala Halifi Laarbi MOHAMED; magħruf ukoll bħala Abed; magħruf ukoll bħala Abid; magħruf ukoll bħala Abu ISMAIL), imwieled fit-18.7.1978 f’Nador (il-Marokk), Nru tal-passaport (Spanja) ESPP278036 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    10.

    * APAOLAZA SANCHO, Iván (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fl-10.11.1971 f'Beasain f’ Guipúzcoa (Spanja); karta ta’ l-identità Nru 44.129.178

    11.

    ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    12.

    ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    13.

    ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    14.

    ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    15.

    * ARZALLUS TAPIA, Eusebio (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-8.11.1957 f’Regil Guipúzcoa (Spanja); karta ta’ l-identità Nru 15.927.207

    16.

    ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

    17.

    BOUGHABA, Mohamed Fahmi (magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BOURABA; magħruf ukoll bħala Mohammed Fahmi BURADA; magħruf ukoll bħala Abu MOSAB), imwieled fis-6.12.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    18.

    BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    19.

    DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    20.

    DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl-Alġerija (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    21.

    * ECHEBERRIA SIMARRO, Leire (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fl-20.12.1977 f'Basauri Biscay, karta ta' l-identità Nru 45.625.646

    22.

    * ECHEGARAY ACHIRICA, Alfonso (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fl-10.1.1958 fi Plencia, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 16.027.051

    23.

    EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    24.

    EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    25.

    EL MORABIT, Mohamed, imwieled fl-24.1.1981 f’Al Hoceima (il-Marokk) Nru tal-passaport (il-Marokk) K789742 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    26.

    ETTOUMI, Youssef (magħruf ukoll bħala Youssef TOUMI), imwieled fl-20.10.1977 f’Amsterdam (l-Olanda), Nru tal-Karta ta’ l-Identita (l-Olanda) LNB4576246 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    27.

    FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    28.

    * GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko (Attivist ta' l-E.T.A.), imwieled fid-29.4.1967 fi Guernica, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 44.556.097

    29.

    HAMDI, Ahmed (magħruf ukoll bħala Abu IBRAHIM), imwieled fil-5.9.1978 f’Beni Said (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) K728658 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    30.

    * IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad (Attivista ta' l-E.T.A.) imwielda fil-25.4.1961 f'Escoriaza (Navarra), karta ta' l-identità Nru 16.255.819

    31.

    * IZTUETA BARANDICA, Enrique (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-30.7.1955 f'Santurce Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 14.929.950

    32.

    IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu

    33.

    LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    34.

    MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

    35.

    MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    36.

    * MORCILLO TORRES, Gracia (Attivista ta' l-E.T.A.; Membru ta' Kas/Ekin) imwielda fil-15.3.1967 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 72.439.052

    37.

    MUGHNIYAH, Imad Fa'iz (magħruf ukoll bħala MUGHNIYAH, Imad Fayiz), Uffiċjal Anzjan tas-Servizzi Sigrieti tal-HEZBOLLAH, imwieled fis-7.12.1962 f’Tayr Dibba, (il-Libanu), passaport Nru 432298 (il-Libanu)

    38.

    * NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fit-23.2.1961 f'Pamplona, Navarra (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.841.101

    39.

    NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    40.

    * ORBE SEVILLANO, Zigor (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-22.9.1975 f'Basauri, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 45.622.851

    41.

    * PALACIOS ALDAY, Gorka (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid imwieled fis-17.10.1974 f'Baracaldo, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 30.654.356

    42.

    * PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-18.9.1964 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.976.521

    43.

    * QUINTANA ZORROZUA, Asier (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fis-27.2.1968 f'Bilbao Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 30.609.430

    44.

    RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    45.

    * RUBENACH ROIG, Juan Luis (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fit-18.9.1963 f'Bilbao, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 18.197.545

    46.

    SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    47.

    SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    48.

    SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    49.

    SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini inkluż l-NPA) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

    50.

    TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ al-Takfir u al-Hijra)

    51.

    * URANGA ARTOLA, Kemen (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) imwieled fil-25.5.1969 f’Ondarroa (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.627.290

    52.

    * VALLEJO FRANCO, Iñigo (Attivist ta' l-E.T.A.) imwieled fil-21.5.1976 f’Bilbao, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 29.036.694

    53.

    * VILA MICHELENA, Fermín (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta' Kas/Ekin) imwieled fit-12.3.1970 f'Irún, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.254.214

    54.

    WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l-Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

    1.

    L-Organizzazzjoni Abu Nidal (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah, il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab, Settembru l-Iswed, u l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti)

    2.

    Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa

    3.

    Al-Aqsa e.V.

    4.

    Al-Takfir u al-Hijra

    5.

    * Cooperativa Artigiana Fuoco ed Affini – Occasionalmente Spettacolare (Il-Kooperattiva Artiġjana Nar u Simili – Okkażjonalment Spettakulari)

    6.

    * Nuclei Armati per il Comunismo (Nukleji Armati għall-Komuniżmu)

    7.

    Aum Shinrikyo (magħruf ukoll bħala AUM, magħruf ukoll bħala Aum Verita Suprema, magħruf ukoll bħala Aleph)

    8.

    Babbar Khalsa

    9.

    * CCCCC – Cellula Contro Capitale, Carcere i suoi Carcerieri e le sue Celle (Iċ-Ċellula Kontra l-Kapital, il-Ħabs, il-Gwardjani tal-Ħabs u ċ-Ċelel tal-Ħabs)

    10.

    Il-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-Filippini, marbuta ma’ Sison Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, responsabbli mill-Partit Komunista tal-Filippini, inkluż l-NPA)

    11.

    * L-Armata Repubblikana Irlandiża tal-Kontinwità (CIRA)

    12.

    * “EPANASTATIKOS AGONAS” - Lotta Rivoluzzjonarja

    13.

    * Euskadi Ta Askatasuna/Tierra Vasca y Libertad/Patrija Baska u Libertà (E.T.A.) (L-organizzazzjonijiet li ġejjin huma parti mill-grupp terroristiku E.T.A.: K.a.s., Xaki, Ekin, Jarrai-Haika-Segi, Gestoras pro-amnistía, Askatasuna, Batasuna (magħruf ukoll bħala Herri Batasuna, magħruf ukoll bħala Euskal Herritarrok)

    14.

    Gama'a al-Islamiyya (Grupp Islamiku), (magħruf ukoll bħala Al-Gama'a al-Islamiyya, IG)

    15.

    Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant (IBDA-C)

    16.

    * Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre/Il-Gruppi ta’ Reżistenza Antifaxxista ta’ l-Ewwel ta’ Ottubru (G.R.A.P.O.)

    17.

    Hamas (inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem)

    18.

    Hizbul Mujahideen (HM)

    19.

    Hofstadgroep

    20.

    Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp

    21.

    Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh (ISYF)

    22.

    * Solidarietà Internazionale (Is-Solidarjetà Internazzjonali)

    23.

    Kahane Chai (Kach)

    24.

    Il-Forza Khalisan Zindabad (KZF)

    25.

    Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), (magħruf ukoll bħala KADEK; magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL)

    26.

    Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam (LTTE)

    27.

    * Il-Forza tal-Voluntiera Lealista (LVF)

    28.

    L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq (MEK jew MKO) [minbarra l-“Kunsill Nazzjonali tar-Reżistenza ta’ l-Iran” (NCRI)] (magħrufa bħala L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran (NLA, il-fergħa militanti tal-MEK), il-Mujahedin tal-Poplu ta’ l-Iran (PMOI), is-Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani)

    29.

    L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali (Ejército de Liberación Nacional)

    30.

    * Il-Voluntiera Oranġjo (OV)

    31.

    Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLF)

    32.

    Il-Jihad Islamika Palestinjana (PIJ)

    33.

    Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP)

    34.

    Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali, (magħruf ukoll bħala PFLP – Kmand Ġenerali)

    35.

    * L-IRA Reali

    36.

    * Brigate Rosse per la Costruzione del Partito Comunista Combattente (Il-Brigati Ħomor għall-Kostruzzjoni tal-Partit Komunista Kombattenti)

    37.

    * Id-Difensuri ta’ l-Id Ħamra (RHD)

    38.

    Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja (FARC)

    39.

    * In-Nuklei Rivoluzzjonarji/Epanastatiki Pirines

    40.

    * L-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tas-17 ta' Novembru/Dekati Evdomi Noemvri

    41.

    L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

    42.

    It-Triq li Tiddi (SL) (Sendero Luminoso)

    43.

    Stichting Al Aqsa (magħruf ukoll bħala Stichting Al Aqsa Nederland, magħruf ukoll bħala Al Aqsa Nederland)

    44.

    TAK - Teyrbazen Azadiya Kurdistan, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

    45.

    * Brigata XX Luglio (Il-Brigata ta’ l-20 ta’ Lulju)

    46.

    * L-Assoċjazzjoni għad-Difiża ta’ Ulster/Il-Ġellieda għall-Ħelsien ta’ Ulster (UDA/UFF)

    47.

    Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja (AUC) (Autodefensas Unidas de Colombia)

    48.

    * F.A.I. – Federazione Anarchica Informale (Il-Federazzjoni Anarkika Mhux Uffiċjali)


    (1)  Il-persuni, gruppi jew entitajiet immarkati b’asterisk għandhom ikunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 tal-Posizzjoni Komuni 2001/931/PESK.


    Top